Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0660

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u li jiffissa l-premiums u l-limiti tal-garanziji għall-weraq tat-tabakk skond il-grupp tal-varjetà u l-Istat Membru għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001

    ĠU L 83, 27.3.1999, p. 10–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1229

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/660/oj

    31999R0660



    Official Journal L 083 , 27/03/1999 P. 0010 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999

    tat-22 ta’ Marzu 1999

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u li jiffissa l-premiums u l-limiti tal-garanziji għall-weraq tat-tabakk skond il-grupp tal-varjetà u l-Istat Membru għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta’ tabakk mhux maħdum [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 4(1), 8 u 9(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

    Billi ammont supplimentarju jingħata għat-tabakk imnixxef bis-sħana, tabakk ħafif imnixxef fl-arja u tabakk skur imnixxef fl-arja imkabbar fl-Awstrija, l-Belġju, Franza u l-Ġermanja; Billi l-Kunsill ddeċieda li jgħolli dak l-ammont minn 50 % għal 65 % tad-differenza fuq il-bażi tal-ħsad ta’ l-1992; billi din iż-żieda trid tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-differenza bejn il-premium mogħti għal dak it-tabakk għal-ħsad ta’ l-98 u l-premium applikabbli għal-ħsad ta’ l-1992; billi l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 m’huwiex konsistenti ma’ dan; billi l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandu għalhekk jiġi emendat;

    Billi l-livell tal-premiums għandu jiġi ffisat wara li jingħata kont ta’ l-oġġettivi tal-politika komuni agrikola u b‘mod partikolari biex jiġi assigurat livell ġust ta’ ħajja għal-komunità tal-bdiewa; billi l-ammonti tal-premiums għandhom jirriflettu l-ftuħ tas-suq tal-passat u dak prevvist għal tabakk differenti differenti taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni; billi l-livell tal-premiums għandu jkun iffissat għall-tlett ħsad konsekuttivi u marbut mal-limiti tal-garanziji stabbiliti għat-tlett snin tal-ħsad 1999, 2000 u 2001 biex jiġi żgurat li tinżamm l-istabilità tas-settur;

    Billi it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 jipprovdu għall-allokazzjoni bejn l-Istati Membri produtturi ta’ limiti ta’ garanziji għall-kull grupp ta’ varjetà għat-tlett ħsad sa mill-1999;

    Billi l-livell ta’ dawk i-limiti għat-tlett ħsad 1999, 2000 u 2001 iridu jkunu ffissati wara li jingħata kont, b’mod partikolari, tal-kondizzjonijiet tas-suq u l-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi u agrikoli prevalenti fiż-żoni ta’ produzzjoni kkonċernati; billi dan l-iffissar għandu jsir fi żmien biżżejed biex ikun jippermetti lill-produtturi lijippjanaw il-produzzjoni tagħhom għall-imsemmija ħsad;

    Billi, bħala riżultat taż-żieda fl-ammonti supplimentarji għat-tabakk imnixxef bis-sħana, tabakk ħafif imnixxef bl-arja u tabakk skur imnixxef bl-arja imkabbar fl-Awstrija, l-Belġju, Franza u l-Ġermanja, il-limiti tal-garanziji għal dawn l-Istati Membri għandhom jitnaqqsu biex tinżamm newtralità fl-estimi;

    Billi, fil-waqt li jinżamm il-potenzjal ta’ produzzjoni u l-allokazzjoni tal-kwoti mill-Istati Membri, il-kwoti għall-varjetajiet li għandhom swieq assigurati u li jattiraw prezzijiet tas-suq għoljin għandhom jiżdiedu progressivament għad-detriment tal-kwoti tal-varjetajiet li huma diffiċli biex jinbiegħu u li jattiraw prezzijiet tas-suq baxxi;

    Billi il-miżuri in kwistjoni għandhom jiġu ntroduċuti malajr kemm jista’ jkun,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "2. Ammont supplimentari għandu, iżdaa, jingħata gaħt-tabakk imnixxef bis-sħana, tabakk ħafif imnixxef bl-arja u tabakk skur imnixxef bl-arja imkabbar fl-Awstrija, l-Belġju, Franza u l-Ġermanja. Dak l-ammont għandu jkun ugwali għal 65 % tad-differenza bejn il-premium applikabbli għall-ħsad ta’ l-1998 u l-premium applikabbli għall-ħsad ta’ l-1992 għal dak it-tabakk."

    Artikolu 2

    Għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001, l-ammonti ta’premiums għal kull wieħed mil-gruppi ta’ tabakk mhux maħdum u l-ammonti supplimentarji speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandhom ikunu kif muri fl-Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001, il-limiti tal-garanziji riferiti fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEEC) Nru 2075/92 skond il-grupp tal-varjetà u skond l-Istat Membr għandhom ikunu kif imniżżlal fl-Anness II li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, fit-22 ta’ Marzu 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Verheugen

    [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1636/98 (ĠU L 210, ta’ l-20.7.1998, p. 23).

    [2] ĠU C 361, ta’ l-24.11.1998, p. 16.

    [3] Opinjoni mogħtija fil-11 ta’ Marzu 1999 (mhux ippubblikata s’issa fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] Opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Frar 1999 (mhux ippubblikata s’issa fil-Ġurnal Uffiċjali).

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    PREMIUMS GĦALL-WERAQ TAT-TABAKK GĦALL-ĦSAD TA' L-I999, L-2000 U L-2001

    | I Imnixxef bis-sħana | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    EUR/kg | 2,98062 | 2,38423 | 2,38423 | 2,62199 | 2,38423 | 4,12957 | 3,50395 | 2,50377 |

    AMMONTI SUPPLIMENTARI

    Varjetajiet | EUR/kg |

    Badischer Geudertheimer, Pereg, Korso | 0,5509 |

    Badischer Burley E l-ibridi tiegħu | 0,8822 |

    Virgin D u l-ibridi tiegħu, Virginia u l-ibridi tiegħu | 0,5039 |

    Paraguay u l-ibridi tiegħu, Dragon vert u l-ibridi tiegħu, Philippin, Petit Grammont (Flobecq), Semois, Appelterre | 0,4112 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    LIMITI TAL-GARANZIJI GĦALL-1999

    | I Imnixxef bis-sħana | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | Ohrajn | Total |

    VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    L-Italja | 48125 | 46655 | 18056 | 7173 | 12000 | | 500 | | 132509 |

    Il-Greċja | 30700 | 12400 | | | 14800 | 26100 | 22250 | 20407 | 126657 |

    Spanja | 29000 | 2470 | 10800 | 30 | | | | | 42300 |

    Il-Portugall | 5500 | 1200 | | | | | | | 6700 |

    Franza | 9500 | 8300 | 8548 | | | | | | 26348 |

    Il-Ġermanja | 3000 | 4125 | 4500 | | | | | | 11625 |

    Il-Belġju | | 191 | 1662 | | | | | | 1853 |

    LAwstrija | 30 | 446 | 100 | | | | | | 576 |

    | 125855 | 75787 | 43666 | 7203 | 26800 | 26100 | 22750 | 20407 | 348568 |

    LIMITI TA' GARANZIJA GĦALL-2000

    | I Imnixxef bis-sħana | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | Oħrajn | Total |

    VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    L-Italja | 48500 | 47000 | 17900 | 6965 | 10100 | | 1500 | | 131965 |

    L-Greċja | 31200 | 12400 | | | 12640 | 26330 | 22750 | 20788 | 126108 |

    Spanja | 29000 | 2470 | 10800 | 30 | | | | | 42300 |

    Il-Portugall | 5500 | 1200 | | | | | | | 6700 |

    Franza | 9500 | 8300 | 8548 | | | | | | 26348 |

    L-Ġermanja | 3000 | 4125 | 4500 | | | | | | 11625 |

    L-Belġju | | 191 | 1662 | | | | | | 1853 |

    L-Awstrija | 30 | 446 | 100 | | | | | | 576 |

    | 126730 | 76132 | 43510 | 6995 | 22740 | 26330 | 24250 | 20788 | 347475 |

    LIMITI TAL-GARANZIJA GĦALL-2001

    | I Imnixxef bis-sħana | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | Oħrajn | Total |

    VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    L-Italja | 48500 | 47000 | 17900 | 6965 | 10100 | | 1500 | | 131965 |

    L-Greċja | 31900 | 12400 | | | 11000 | 26330 | 23270 | 20788 | 125688 |

    Spanja | 29000 | 2470 | 10800 | 30 | | | | | 42300 |

    Il-Portugall | 5500 | 1200 | | | | | | | 6700 |

    Franza | 9500 | 8300 | 8548 | | | | | | 26348 |

    L-Ġermanja | 3000 | 4125 | 4500 | | | | | | 11625 |

    L-Belġju | | 191 | 1662 | | | | | | 1853 |

    L-Awstrija | 30 | 446 | 100 | | | | | | 576 |

    | 126730 | 76132 | 43510 | 6995 | 21100 | 26330 | 24770 | 20788 | 347055 |

    --------------------------------------------------

    Top