Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0344

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/1999 tas-16 ta’ Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1439/95 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

    ĠU L 43, 17.2.1999, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/344/oj

    31999R0344



    Official Journal L 043 , 17/02/1999 P. 0006 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 344/1999

    tas-16 ta’ Frar 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1439/95 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 dwar l-importazzjoni u esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu tiegħu,

    Billi l-proċeduri għar-reviżjoni tal-lista ta’ l-awtoritajiet li joħorġu d-dokumenti ta’ oriġini għandhom jiġu simplifikati sabiex jagħtu kont b’mod f’waqtu tas-sitwazzjoni aġġornata; billi għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrevedi l-lista msemmija ta’ awtoritajiet bid-deċiżjoni tagħha;

    Billi l-Awstralja ħatret agenzija ġdida biex toħroġ id-dokumenti ta’ oriġini; billi l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1439/95 [2], kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 1764/98 [3], għandu jiġi hekk emendat; billi l-ħatra mill-Awstralja ta’ l-aġenzija l-ġdida biex toħroġ id-dokumenti ta’ oriġini hija effettiva mill-1 ta’ Frar 1999, huwa xieraq li jitqiesu validi d-dokumenti maħruġa mill-aġenzija msemmija minn dik id-data;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1439/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 12(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "2. Il-lista tista’ tiġi riveduta mill-Kummissjoni fejn kull awtorità li toħroġ id-dokumenti ma tkunx aktar rikonoxxuta, fejn tonqos li twettaq l-obbligi meħtieġa minnha jew fejn awtorità ġdida li toħroġ id-dokumenti tiġi maħtura."

    2. fl-Anness I, "Departmint ta’ l-Industriji Primarji u l-Enerġija" hija sostitwita bi "Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, tas-Sajd u tal-Forestrija."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika b’seħħ mill-1 ta’ Frar 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 312, ta’ l-20.11.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 7.

    [3] ĠU L 223, tal-11.8.1998, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top