Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0169

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 169/1999 tal-25 ta' Jannar 1999 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 19, 26.1.1999, p. 6–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/169/oj

    31999R0169

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 169/1999 tal-25 ta' Jannar 1999 li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    Official Journal L 019 , 26/01/1999 P. 0006 - 0008
    CS.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    ET.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    HU.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    LT.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    LV.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    MT.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    PL.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    SK.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147
    SL.ES Chapter 02 Volume 09 P. 145 - 147


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 169/1999

    tal-25 ta' Jannar 1999

    li jirrigwarda l-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2248/98 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-Nomenklatura Magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija msejsa fuqha fl-intier tagħha jew f'parti minnha jew li żżid kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

    Billi skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati ġewwa l-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet dikjarati fil-kolonna 3;

    Billi huwa aċċettat illi t-tagħrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifika ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jista’ jissokta jiġi invokat, taħt d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 82/97 [4], għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur mill-pussessur;

    Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tat-tariff u n-nomenklatura statistikatal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati ġewwa n-Nomenklatura Magħquda ġewwa l-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    It-agġrif li jorbot tat-tariffa maħruġ mill-awtoritjiet tad-dwana ta' l-Istati Membri u li ma jikkonformawx mad-dritijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jista’ jissokta jiġi invokat taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu taż-żmien ta' tliet xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Jannar 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 282, tal-20.10.1998, p. 55.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Id-Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-Klassifika tal-Kodiċi tan-NM | Ir-Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Taħlita tad-dqiq għat-tħejjija tal-ħobż tas-segala li tikkonsisti minndqiq tas-segala: 50,0dqiq tal-qamħ: 48,6gluten tal-qamħ | 11010090 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali: 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal-kliem tal- kodiċijiet tan-NM 110100 u 11010090 |

    2.Taħlita tal-qamħ għat-tħejjija tal-ħobż ta' ħafna qmuħ li tikkonsisti minn (perċentwal fil-piż):dqiq tal-qamħ komuni: 78,5dqiq tas-segala: 7,0dqiq tal-ħafur: 4,0dqiq tar-ross: 4,0dqiq tax-xgħir: 2,0mikrobo: 1,0gluten tal-qamħ: 3,5 | 11010015 | Il-Klassifika hija stabbilita bir Regoli Ġenerali 1, 3b u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u l-għoti tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 110100 u 11010015 |

    3.Dqiq għalbiex jintgħamel il-ħobż li jikkonsisti fi (perċentwal tal-piż):dqiq tal qamħ komuni: 99,85melħ: 0,15u kwantitajiet żgħar ħafna ta' l-anilase u anti-ossidant (E300) | 19010015 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazjoni tan- Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 110100 u 11010015 |

    4.Tħejjija għall-għemil tal-ħobż imsejsa fuq id-dqiq li bih tintgħamel il-ħobża l-kbira (tal-farmhouse) li jkun fiha (perċentwal ta' l-użin):dqiq tal-qamħ komuni: 88dqiq tas-segala: 10ħmira mnixxfa ta-segala: 1ħmira tal-ħobż, emulsifikatur: 1u kwantitajiet żgħar ħafna ta' l- anilase u anti-ossidant (E300) | 19012000 | Il-Klassifika hija stabblita bid- diposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall- interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 1901 u 19012000. Iż-żieda tal-ħmira tal-ħobż u l-ħmira tas- segala tfisser illi l-prodott għandu l- karatteristiċi ta' taħlita għat-tħejjija tal- biegħa tal-furnar ta' l-intestatura 1905 u huwa eskluż mill-Kapitolu 11 skond in- nota 1(b) ta' dan il-kapitolu |

    5.Pilloli kwadri li jikkonsistu minn 200 mg ta' askorbat tal-kalċju (melħ tal-vitamina Ċ), 342 mg ta' eċċipjent li jikkonsisti mill-fosfat tad-dikalċju, iċ- ċellulosi mikro-kristallin, il- metilċellulosi marbut salib tal- karbossi tas-sodju u aċidu stearku u8 mg stereat tal-manjeżju bħala aġent kontra t-tagħqid. | 21069092 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda u bil-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2106, 210690 u 21069000. Il-prodott huwa eskluż mill-intestatura 2936 minħabba l-preżenza ta' l-additivi, li mhumiex koperti bin-nota 1(f) u (ġ) tal-Kapitolu 29 u bl-applikazzjoni tan-Noti ta' Spjega f'l-aħħar paragrafu ta' l-intestaturata 2936 tas-Sistema Armonizzata, taħt id-(d) |

    6(a).Kolla msejsa fuq il-fidda (konċentrazzjoni għolja)fidda: 72,0 %kompost tal-kadmju: 8,9 %kompost tar-ram: 8,9 %6(b).Kolla msejsa fuq il-fidda konċentrazzjoni medja)fidda: 45 %kompost tar-ram: 3,5 %kompost tal-kadmju: 3,5 %Dawn il-prodotti huma wżati sabiex japplikaw iċ-ċirkwiti elettroniċi mal- folji tal-metall mogħtija l-enamel permezz ta' trattament bis-sħana | 32073000 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda nota 3(ċ) tal- Kapitolu 71, u bil-għoti tal-kliem tal- kodiċijiet tan-NM 3207 u 32073000 Ara wkoll in-Noti ta' Spjega ta' l- intestatura 7106 tas-Sistema Amonizzata. |

    7.Toner magħmul trab, bi proprjetajiet manjetiċi, użat bħala developer għall-magni li jiżviluppaw ir-ritratti.Il-Kompożizzjoni:Stirene u kopolimeru akrilat tal-butil: 40 %Polipropene: 3 %Magnetit: 56 %Silika: < 1 % | 37079030 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura magħquda, u bil-għoti tal- kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3707, 30790837079030 Ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata, intestatura 3215, punt (a) u l-intestatura 3707, punt (20). |

    8.Trab kulur abjad-krema, li jikkonsisti mill-montmorillonit bi 30 % stearilamin miżjud.Dan it-trab ta' natura organofilika, jista’ kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3824, jitħallat ma’ solventi organiċi u juri telf ta' 35 % fil-massa meta msaħħan f’ temperatura ta' 600 grad C. | 38249095 | Il-Klassifika hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Maħquda, u bil-għoti tal-382490 u 38249095. Dan il-prodott mhux ikkunsidrat attivat fit- tifsira ta' l-intestatura 3802. Ara wkoll in-Noti ta' Spjega għas-Sistema Armonizzata, intestatura 3824 (40). |

    --------------------------------------------------

    Top