This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0103
Directive 1999/103/EC of the European Parliament and of the Council of 24 January 2000 amending Council Directive 80/181/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to units of measurement
Id-Direttiva 1999/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl
Id-Direttiva 1999/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl
ĠU L 34, 9.2.2000, p. 17–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 034 , 09/02/2000 P. 0017 - 0019
Id-Direttiva 1999/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95, Wara li kkunsidraw l-opinjoni mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], FIlwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Fuq livell internazzjonali d-19-il Conférence générale des poids et mesures (1991) żiedet il-lista ta' prefissi SI sabiex jiġu wżati għall-multipli u s-submultipli ta' l-unitajiet SI, (2) L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) irrevediet il-prinċipji u r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-kwantitajiet u l-unitajiet stabbiliti fl-istandard internazzjonali ISO 31; ir-regoli għall-użu prattiku tas-sistema SI huma mogħtija mill-i standard internazzjonali ISO 1000. (3) It-test tad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE [4] għandu jinġieb konformi ma' dawn il-ftehim u ma' dawn l-istandards internazzjonali. (4) Xi pajjiżi terzi ma jaċċettawx fis-swieq tagħhom prodotti mmarkati biss bl-unitajiet legali stabbiliti fid-Direttiva 80/181/KEE; kumpanniji li jesportaw il-prodotti tagħhom f'dawn il-pajjiżi sejrin ikunu żvantaġġati jekk ma jkunux permessi indikazzjonijiet supplimentari wara l-31 ta' Diċembru 1999; indikazzjonijiet supplimentari f'unitajiet mhux legali għandhom għalhekk jiġu awtorizzati għal perjodu estiż. (5) L-applikazzjoni tad-Direttiva 80/181/KEE għandha tiġi eżaminata mill-ġdid u għandhom jittieħdu l-miżuri adatti bil-ħsieb li tibda tintuża tas-sistema globali; il-proċedura ta' Artikolu 18 tal-Kunsill tad-Direttiva 71/316/KEE [5], għandha tapplika fejn xieraq. ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 80/181/KEE hija emendata kif ġej: 1. F'Artikolu 3(2), "31 ta' Diċembru 1999" għandu jinbidel b' "31 ta' Diċembru 2009". 2. Għandu jiġi miżjud l-Artikolu li ġej: "Artikolu 6a Il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-każ ta' indikazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu eżaminati aktar, u jekk meħtieġ jittieħdu l-miżuri adottati bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE [6]." 3. L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-Kapitolu I, it-test taħt it-tabella f'punt 1.1.1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = T - To bejn iż-żewġ temperaturi termodinamiċi T u To fejn To = 273,15 K. Intervall jew differenza ta' temperatura jista' jiġi espress jew f'kelvins jew fi gradi Celsius. L-unità "grad Celsius" hija ugwali għall-unità "kelvin"." (b) Id-definizzjonijiet ta' l-unitajiet supplimentari SI ta' wara t-tabella f'punt 1.2.1 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej: "Unità ta' angolu pjan Ir-radian huwa l-anglu bejn żewġ raġġi ta' ċirku li fiċ-ċirkonferenza jaqtgħu ark twila daqs ir-raġġ. (Standard Internazzjonali ISO 31 - 1: 1992) Unità ta' angolu solidu L-isteradian huwa l-angolu solidu ta' kon li, bil-vertiċi tiegħu fiċ-ċentru ta' sfera, jaqta' fuq is-superfiċje ta' l-isfera erja daqs dik ta' kwadru bil-ġnub ta' tul ugwali għar-raġġ tal-isfera. (Standard Internazzjonali ISO 31 - 1: 1992)." (ċ) It-tabella fil-punt 1.3 għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: "Il-Fattur | Il-Prefiss | Is-Sinjal | Il-Fattur | Il-Prefiss | Is-Sinjal | 1024 | yotta | Y | 10-1 | deci | d | 1021 | zetta | Z | 10-2 | centi | c | 1018 | exa | E | 10-3 | mili | m | 1015 | peta | P | 10-6 | mikro | μ | 1012 | tera | T | 10-9 | nano | n | 109 | giga | G | 10-12 | piko | p | 106 | mega | M | 10-15 | femto | a | 103 | kilo | k | 10-18 | atto | f | 102 | hekto | h | 10-21 | zepto | z | 101 | deka | da | 10-24 | yocto | y" | (d) Punt 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "3. UNITAJIET UŻATI MA' L-SI, LI L-VALUR TAGĦHOM HUWA MIKSUB B'MOD SPERIMENTALI Kwantità | Unità | Isem | Simbolu | Definizzjoni | Enerġija | Volt elettroniku | eV | Il-volt elettroniku huwa l-enerġija kinetika miksuba minn elettron li jgħaddi minn differenza potenzjali ta' 1 volt f'vakwu | Piż | Unità ta' piż atomiku sħiħ | U | L-unità tal-piż atomiku sħiħ hija ugwali għall-1/12 tal-piż ta' atomu tan-nuklide 12C. | Nota: Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati fil-lista 1.3 jistgħu jiġu wżati ma' dawn iż-żewġ unitajiet u mas-simboli tagħhom." Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva qabel id-9 ta' Frar 2001. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kommissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi l-proċedura għal referenza bħal din. Artikolu 3 Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 80/181/KEE, l-Istati Membri għandhom, wara l-31 ta' Diċembru 1999, jawtorizzaw jew ikomplu jawtorizzaw l-użu ta' l-indikazzjonijiet supplimentari msemmija f'Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President J. Gama [1] ĠU Ċ 89, tat- 30.3.1999, p.8, [2] ĠU Ċ 169, tas- 16.6.1999, p.1. [3] Opinjoni mogħtija nhar il-15 ta' Diċembru 1999 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999. [4] ĠU L 39, tal-15.2.1980, p.40. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/617/KEE (ĠU L 357, tas-7.12.1989, p.28). [5] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p.1. [6] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p.1. --------------------------------------------------