This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0096
Directive 1999/96/EC of the European Parliament and of the Council of 13 December 1999 on the approximation of the laws of the Member States relating to measures to be taken against the emission of gaseous and particulate pollutants from compression ignition engines for use in vehicles, and the emission of gaseous pollutants from positive ignition engines fuelled with natural gas or liquefied petroleum gas for use in vehicles and amending Council Directive 88/77/EEC
Id-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dawk li huma miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' tniġġis forma ta' gass jew partiċelli minn compression ignition engines għall-użu f'inġenji, u l-ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu għall-użu f'inġenji u li jemenda id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE
Id-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dawk li huma miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' tniġġis forma ta' gass jew partiċelli minn compression ignition engines għall-użu f'inġenji, u l-ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu għall-użu f'inġenji u li jemenda id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE
ĠU L 44, 16.2.2000, p. 1–155
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2005; Imħassar b' 32005L0055
Official Journal L 044 , 16/02/2000 P. 0001 - 0155
Id-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dawk li huma miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' tniġġis forma ta' gass jew partiċelli minn compression ignition engines għall-użu f'inġenji, u l-ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu għall-użu f'inġenji u li jemenda id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, [1] Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], (1) Billi għandhom jittieħdu miżuri fi ħdan l-istruttura tas-suq intern; (2) Billi l-ewwel programm ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent [4], approvat mill-Kunsill nhar it-22 ta' Novembru 1973, kien jitlob li tingħata attenzjoni lill-iżviluppi xjentifiċi aħħarija f'dik li hi l-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja kkawżat minn gassijiet mormija minn inġenji tat-triq u għad-Direttivi addottati qabel biex jiġu emendati skond il-bżonn; billi l-ħames programm ta' azzjoni, li fil-kuntest ġenerali tiegħu kien ġie approvat mill-Kunsill b'riżoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 [5], jinkludi aktar miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqas konsiderevolment il-livell preżenti ta' ħruġ ta' tniġġis minn inġenji tat-triq; (3) Billi huwa rikonoxxut li l-iżvilupp tat-trasport fi ħdan il-Komunità wassal għall-piżijiet kbar fuq l-ambjent; billi numru ta' estimi uffiċjali dwar iż-żieda fid-densità tat-traffiku urew li huma inqas mill-figura attwali; billi minħabba din ir-raġuni standards stretti dwar il-ħruġ ta' tniġġis minn inġenji tat-toroq għandhom jiġu stabbiliti; (4) Billi d-Direttiva 88/77/KEE [6] stabbiliet il-limiti għall-valuri ta' ħruġ ta' karbonju tal-monoxide, idrokarboni mhux maħruqa u nitroġeni ossidi minn magni diesel għal użu f'inġenji tat-toroq fuq il-bażi ta' eżami ta' proċedura għall-kondizzjonijiet Ewropej tas-sewqan għall-inġenji kkonċernati; billi din id-Direttiva kienet emendata l-ewwel darba minn Direttiva 91/542/KEE [7] f'żewġ stadji, l-ewwel stadju (1992/1993) kien jikkoinċidi mad-dati ta' implimentazzjoni għal standards Ewropej ġodda dwar il-ħruġ ta' tniġġis minn inġenji għall-passiġġieri; billi t-tieni stadju (1995/1996) stabbilixxa orjentazzjoni fit-tul għall-industrija Ewropea ta' l-inġenji billi ffissa valuri limiti bbażati fuq ir-riżultati mistennija minn teknoloġiji li kienu għadhom qed jiġu żviluppati, filwaqt li ingħata ċans lill-industrija biex ittejjeb dawn it-teknoloġiji; billi d-Direttiva 96/1/KE [8] kienet teżiġi li fejn jidħlu inġenji żgħar li jaħdmu bid-diesel b'ċilindru ta' volum swept ta' inqas minn 0.7dm3 u fejn il-qawwa tal-veloċità hija meqjusa aktar minn 3000 minn -1, il-valur limitu għall-ħruġ ta' partiċelli hekk kif stabbilit f'Direttiva 91/542/KEE għandu jiddaħħal mill-1999; billi, minkejja dan, huwa meqjus raġonevoli fuq bażi teknika li tinżamm differenza fuq ħruġ ta' partiċelli minn inġenji żgħar u veloċi li jaħdmu bid-diesel li għandhom ċilindru ta' volum swept inqas minn 0.75dm3 u b'qawwa ta' veloċità ta' aktar minn 3000 minn -1, iżda din id-differenza għandha tispiċċa fl-2005; (5) Billi, taħt l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/542/KEE, il-Kummissjoni kellha tirraporta lill-Kunsill qabel tmiem l-1996 dwar il-progess li jkun sar dwar ir-reviżjoni tal-valuri limiti għal ħruġ ta' tniġġis kombinat, jekk ikun hemm bżonn, b'reviżjoni ta' l-eżami ta' proċedura; billi dawn il-limiti riveduti m'għandhomx ikunu japplikaw qabel l-1 ta' Ottubru 1999 fejn jidħlu tipi ġodda għall-approvazzjoni; (6) Billi l-Kummissjoni implimentat programm Ewropew dwar il-kwalità ta' l-arja, il-ħruġ mit-traffiku fit-toroq, teknoloġiji ta' karburanti u inġenji, (il-programm Inġenji-karburanti), bl-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/12/KE [9]; billi studju dwar il-prezz u l-effettività fi ħdan il-programm Inġenji-karburanti wera li hemm bżonn ta' iżjed titjib fit-teknoloġija ta' l-inġenji diesel għal vetturi ta' strapazz kien neċessarju sabiex tintlaħaq kwalità ta' l-arja sas-sena 2010 hekk kif deskritta minn komunikat tal-Kummissjoni dwar il-programm Inġenji-karburanti; (7) Billi titjib fil-ħtiġijiet għall-magni ġodda diesel fid-Direttiva 88/77/KEE jiffurmaw parti minn strateġija globali tal-Komunità li għandha wkoll tinkludi reviżjoni ta' l-i standards għall-inġenji kummerċjali ħfief u għall-inġenji tal-passiġieri mis-sena 2000, titjib fil-karburanti għall-inġenji u assessjar aktar metikoluż tal-manutenzjoni ta' l-inġenji fejn jidħol ħruġ ta' tniġġis; (8) Billi d-Direttiva 88/77/KEE hija waħda minn dawk id-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tipi hekk kif imniżżla mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-appossimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tipi ta' l-inġenji u t-trailers tagħhom [10]; billi l-oġġettiv li jitnaqqas il-livell ta' ħruġ ta' tniġġis minn inġenji ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali u jista għaldaqstant jintlaħaq aħjar bl-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-ara minn inġenji; (9) Billi tnaqqis fil-limiti ta' ħruġ li jibdew japplikaw mis-sena 2000 jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 30 % fil-ħruġ ta' karbonju monoxide, idrokarboni totali, NOx u materja f'partiċelli ġew identifikati mill-programm Inġenji-karburanti bħala miżuri kruċjali sabiex jintlaħaq livell sodisfaċenti fil-kwalità ta' l-arja fuq medda nofsana ta' żmien; billi tnaqqis ta' 30 % tad-duħħan exhaust fuq dak imkejjel minn tipi ta' magni kurrenti u li jikkumplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE [11] għandu jwassal għall-tnaqqis għall-materja f'partiċelli; billi aktar tnaqqis fil-limit ta' l-emmissjonijiet applikabli mill-2005 ta' 30 % karbonju monoxide, idrokarboni totali u NOx u 80 % f'partiċelli għandu jwassal għal titjib fil-benefiċċji tal-kwalità ta' l-arja fuq medda nofsana ta' żmien; billi dan in-tnaqqis ħa jqis l-effett ta' l-emmissjonijiet ta' eżamijiet ġodda taċ-ċikli li jirrapreżentaw aħjar it-tendenzi fis-sewqan esperjenzati minn inġenji li jgħaddu minn manutenzjoni; billi l-limitu addizzjonali fuq NOx applikabli mill-2008 għandu jwassal għal tnaqqis addizzjonali ta' 43 % fil-limit ta' l-emmissjonijiet ta' dan it-tniġġis; billi, mhux aktar tard minn tmiem 2002, il-Kummissjoni għandha tqis it-teknoloġija eżistenti bl-intenzjoni li tikkonferma l-i standards mandatorji ta' NOx għall-2008 f'rapport lil Parlament Ewropew u lil Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposti xierqa; (10) Billi valuri limiti ta' ħruġ premissibli huma introdotti li huma applikabli għall-inġenji definiti bħala "Inġenji li ma jgħamlux ħsara lill-ambjent"(EEVs); (11) Billi sistemi ta' dianjosi fuq il-vettura (OBD) għadhom mhux daqshekk żviluppati għall-inġenji ta' strapazz imma se jkunu introdotti mill-2005 sabiex ikun identifikat malajr meta jfalli l-ħruġ ta' komponenti kritiċi u sistemi fuq l-inġenji u għaldaqstant iwassal għal titjib sinifikattiv fil-manutenzjoni ta' ħruġ inizjali fuq inġenji li jkunu qegħdin għall-manutenzjoni permezz ta' spezzjonar u manutanezjoni aħjar; billi rekwiżiti speċifiċi għad-durabbilità ta' inġenji ġodda ta' l-istrapazz u sabiex ikunu konformi ma' l-eżaminar ta' inġenji ta' strapazz li jkunu qegħdin għall-manutenzjoni jkunu introdotti mill-2005; (12) Billi approvazzjoni ta' tipi ġodda ta' eżaminar ċikliku għal gassijiet u ħruġ ta' partiċelli u duħħan li jċajpar ikunu introdotti sabiex ikun hemm evalwazzjoni aktar rappreżentattiva ta' l-emmissjonijiet minn magni diesel waqt kondizzjonijiet ta' eżaminar li jixbħu aktar dawk ta' l-inġenji waqt il-manutenzjoni; billi eżami kombinat (b'żewġ ċikli) ġdid ikun introdot għall-magni diesel konvenzjonali u għal dawk il-magni diesel li għandhom katalist ta' l-ossidazzjoni; billi eżami kombinat (b'żewġ ċikli) ġdid ikun introdott għal magni li jaħdmu bil-gass u, kif ukoll, għall-magni diesel li għandhom sistema avvanzata li tikkontrolla l-ħruġ; billi mill-2005, il-magni diesel kollha għandhom ikunu eżaminati miż-żewġ proċeduri; billi l-Kummissjoni tara li jsir progress fin-negozjati li jwasslu għall-armonizzazzjoni dinjija fil-proċeduri ta' l-eżami; (13) Billi, l-Istati Membri għandhom jitħallew, permezz ta' inċentivi fiskali, jinkoraġġixxu l-introduzzjoni fis-suq ta' inġenji li jissodisfaw il-ħtiġijiet adottati fuq livell Komunitarju, liema inċentivi għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet maħsuba sabiex jevitaw taqlib fis-suq intern; filwaqt li din d-Direttiva ma taffetwax id-dritt ta' l-Istati Membri li jinkludu ħruġ ta' tniġġis u sustanzi oħra meta jiġu biex jikkalkolaw it-taxxi tat-traffiku fuq inġenji; (14) Billi, fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni tal-Komunità li jikkonċerna ħruġ minn inġenji, għandhom jitqiesu r-riżultati ta' riċerka li għaddejja bħal issa dwar il-karatteristiċi tal-partiċelli għandhom jittieħed f'kunsiderazzjoni; (15) Billi l-Kummissjoni għandha tirraporta qabel il-31 ta' Diċembru 2000 fuq l-iżviluppi ta' apparat li jkejjel il-ħruġ għall-inġenji diesel ta' strapazz u r-relazzjoni mal-kwalità tal-karburant, il-bżonn ta' titjib fl-akkuratezza u r-riproduċibbililtà tal-kejl tal-partiċelli u proċeduri kampjuni u l-iżvilupp ta' eżami ċikliku dinji; (16) Billi d-Direttiva 88/77/KEE għandha tiġi amendata kif ġej; ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Id-Direttiva 88/77/KEE qegħda hawnhekk tiġi emendata kif ġej: 1. It-titlu ser jinbidel b'dan: "Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li hu miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli minn compression ignition engines għal użu f'inġenji, u ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu ghall-użu f'inġenji" . 2. Artikolu 1 ser jinbidel minn dan: "Artikolu 1 "inġenju" tfisser kwalunkwe inġenju hekk kif definit minn Anness II sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE li jaħdem b' compression engine jew magna bil-gass, bl-eċċezjoni ta' inġenji f'kategorija M1 li teknikament ikollhom piż massimu permissibli ta' anqas minn jew ugwali għal 3,5 t, "compression ignition jew magna bil-gass" tfisser li s-sors tal-propulsjoni mottiva ta' inġenju għal tip approvat, tista' tingħata bħala enti separata teknikament hekk kif definit minn Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE. "EEV" tfisser inġenji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jkun inġenju li jaħdem b'magna li tikkonforma mal-valuri limiti permessi ta' ħruġ hekk kif mgħotija f'linja C tat-tabella li hemm f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I." 3. Annessi I sa VIII ser jinbidlu b'Annessi I sa VII li jidhru fl-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B'effett mill-1 ta' Lulju 2000, l-ebda Stat Membru ma jista', fuq raġunijiet relatati ma' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli u viżibbilità ħażina minħabba ħruġ ta' duħħan minn magna: - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE, jew li joħroġ id-dokument li għalih hemm provdut fl-aħħar inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' inġenju li jaħdem b'compression ignition jew magna bil-gass, jew - jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' dawn l-inġenji l-ġodda, jew - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE għal xi tip ta' compression ignition jew magna bil-gass, jew - jipprojbixxi l-bejgħ jew użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda, jekk ir-rekwiżiti xierqa ta' l-Annessi għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva, ikunu sodisfatti speċjalment fejn jidħol ħruġ ta' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli u viżibbilità ħażina minħabba ħruġ ta' duħħan mill-magna ikunu konformi mal-valuri limiti hekk kif imniżżla jew f'linja A jew linja B jew B1 jew B2 jew il-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva. 2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2000, l-Istati Membri: - ma jistgħux jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip KE jew joħorġu d-dokument provdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - għandhom jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tipi ta' compression ignition jew magni bil-gass u tipi ta' inġenji li jaħdmu b'compression ignition jew magni bil-gass fejn il-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis partikolari u viżibbilità ħażina minħabba duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva. 3. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2001 u bl-eċċezzjoni ta' inġenji u magni maħsuba biex jiġu esportati lil pajjiżi terzi u bl-eċċezjoni ta' magni biex jibdlu għal inġenji għal manutenzjoni, l-Istati Membri jkollhom: - jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw inġenji ġodda jew magni ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' inġenji ġodda li jaħdmu b'compression ignition jew magna bil-gass u l-bejgħ u użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda, fejn il-ħruġ ta' gassijiet jew tniġġis partikolari u l-viżibbilità ħażina minħabba d-duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva. 4. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2005, l-Istati Membri: - ma jistgħux jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip KE jew joħorġu d-dokument provdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - għandhom jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tipi ta' compression ignition jew magni bil-gass u tipi ta' inġenji li jaħdmu b'compression ignition jew magni bil-gass fejn il-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis partikolari u viżibbilità ħażina minħabba duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B1 tat-tabelli f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva. 5. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2006 u bl-eċċezzjoni ta' inġenji u magni maħsuba biex jiġu esportati lil pajjiżi terzi u bl-eċċezjoni ta' magni biex jibdlu għal inġenji għal manutenzjoni, l-Istati Membri jkollhom: - jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw inġenji ġodda jew magni ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' inġenji ġodda li jaħdmu b'compression ignition jew magna bil-gass u l-bejgh u użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda, fejn il-ħruġ ta' gassijiet jew tniġġis partikolari u l-viżibbilità ħażina minħabba d-duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B1 tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva. 6. B'effett mill-1 ta' Ottubtu 2008, l-Istati Membri: - ma jistgħux jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip KE jew joħorġu d-dokument provdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - għandhom jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tipi ta' compression ignition jew magni bil-gass u tipi ta' inġenji li jaħdmu b'compression ignition jew magni bil-gass fejn il-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis partikolari u viżibbilità ħażina minħabba duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B2 tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva. 7. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2009 u bl-eċċezzjoni ta' inġenji u magni maħsuba biex jiġu esportati lil pajjiżi terzi u bl-eċċezjoni ta' magni biex jibdlu għal inġenji għal manutenzjoni, l-Istati Membri jkollhom: - jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw inġenji ġodda jew magni ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' inġenji ġodda li jaħdmu b'compression ignition jew magna bil-gass u l-bejgh u użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda, fejn il-ħruġ ta' gassijiet jew tniġġis partikolari u l-viżibbilità ħażina minħabba d-duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B2 tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva. 8. Skond paragrafu 1, magna li tissodisfa r-rekwiżiti mixtieqa ta' l-Annessi tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva, u tilħaq il-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva, sejra titqies bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' paragrafi 2 sa 7. Artikolu 3 1. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għal inċentivi fiskali biss għal dawk li huma inġenji li jikkonformaw mad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din d-Direttiva. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattat kif ukoll il-kondizzjonijiet hekk kif imniżżla f'(a) jew (b) hawn taħt: (a) għandhom japplikaw għall-inġenji ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta' l-Istat Membru u li jikkonformaw bil-quddiem mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A fit-tabella 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din d-Direttiva, u minn hemm 'il quddiem sa mill-1 ta' Ottubru 2000 mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B1 jw B2 ta' l-istess tabella. Għandhom jiġu terminati b'effett mill-applikazzjoni mandatorja tal-valuri limiti ta' l-emmissjonijiet li għalih issir referenza fl-Artikolu 2(3) għal inġenji ġodda, jew sad-dati ta' l-applikazzjoni mandatorja tal-valuri limiti ta' l-emmissjonijiet hekk kif imniżżla f'linja B1 jew B2 fit-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE hekk kif emendata minn din id-Direttiva; (b) għandhom japplikaw għall-inġenji ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta' l-Istat Mebru u li jikkonformaw mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C fit-tabella 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din d-Direttiva. 2. Għal kul tip ta' inġenju, l-inċentivi m'għandhomx jaqbżu l-ispejjeż addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi introdotti biex jassiguraw konformità mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A jew linja B1 jew B2 jew il-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva, u ta' l-installazzjoni tagħhom fl-inġenju. 3. Il-Kummissjoni għandha tkun informata f'biżżejjed ħin dwar pjanijiet biex jitwaqqfu jew jinbidlu l-inċentivi fiskali msemmija f'dan l-Artiklu, sabiex tkun tista' tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha. Artikolu 4 Mill-1 ta' Ottubru 2005, tipi ġodda ta' inġenji, u mill-1 ta' Ottubru 2006, kull tip ta' inġenji, għandhom ikunu attrezzati b'sistema ta' dianjosi fuq il-vettura (OBD) jew sistema ta' tkejjil fuq il-vettura (OBM) biex josservaw l-ammont ta' ħruġ ta' exhaust fl-inġenju stess. Il-Kummissjoni se tipproponi disposizzjonijiet f'dan ir-rispett lil Parlament Ewropew u lil Kunsill. Dawn għandhom jinkludu: - aċċess bla xkiel u b'mod standard għas-sistema ta' OBD għal spezzjonijiet, dianjosi, manutenzjoni u tiswijiet, - il-konformità tal-kodiċi tad-difetti, - il-kompatibbilità ta' biċċiet tad-tibdil biex jiffaċilitaw it-tiswija, tibdil, u manutenzjoni ta' inġenji bl-OBD. Artikolu 5 Mill-1 ta' Ottubru 2005, għal tipi ġodda, u mill-1 ta' Ottubru 2006, għal kull tip, approvazzjonijiet tat-tipi mogħtija lill-inġenji u magni ser jikkonfermaw ukoll li l-apparat li jikkontrolla l-ħruġ se jkun qed jaħdem sew matul il-ħajja normali ta' l-inġenju jew il-magna. Il-Kummissjoni ser teżamina d-differenzi fil-ħajja normali ta' kategoriji varji ta' inġenji ta' strapazz u tqis li tipproponi rekwiżiti ta' durabbilità xierqa u speċifiċi għal kull kategorija. Artikolu 6 Mill-1 ta' Ottubru 2005, għal tipi ġodda, u mill-1 ta' Ottubru 2006, għal kull tip, approvazzjonijiet tat-tipi mogħtija lill-inġenji ser jirrikjedu wkoll il-konferma ta' l-operazzjoni korretta ta' l-apparat li jikkontrolla l-ħruġ matul il-ħajja normali ta' inġenju taħt kondizzjonijiet normali ta' użu (konformità ta' inġenji li jintużaw u huma miżmuma u wżati b'mod xieraq). Din id-disposizzjoni għandha tkun ikkonfermata u kumplimentata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7. Artikolu 7 Il-Kummissjoni ser tissottometti proposta lil Parlament Ewropew u lil Kunsill fejn tikkonferma u tikkumplimenta din id-Direttiva mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jew il-31 ta' Diċembru 2000, skond liema jiġi l-ewwel. Il-proposta ser iżżomm quddiem għajnejha: - il-proċess ta' reviżjoni tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill hekk kif imniżżel fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/69/KE [12] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/70/KE [13], - l-iżvilupp ta' teknoloġija li tikkontrolla l-ħruġ minn compression ignition engine u ta' magna bil-gass, li tinkludi wkoll it-teknoloġija ta' wara it-trattament, waqt li tqis l-interdipendenza ta' din it-teknoloġija mal-kwalità tal-karburant, - il-bżonn li ttejjeb l-akkuratezza u r-ripetibbilità tal-kejl kurrenti u l-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni għall-livelli baxxi ta' partiċelli minn magni; - l-iżvilupp ta' eżami ċikliku dinji għal eżamijiet li japprovaw it-tipi, u l-proposta ser tinkludi: - regoli li jistabbilixxu l-introduzzjoni ta' sistema ta' OBD fuq inġenji ta' strapazz mill-1 ta' Ottubru 2005 skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva u, mutatis mutandis, mad-Direttiva 98/69/KE dwar it-tnaqqis ta' ħruġ ta' exhaust minn inġenji tal-passiġġieri u inġenji kummerċjali ħfief, - disposizzjonijiet dwar id-durabbilità ta' sistemi li jikkontrollaw il-ħruġ b'effett mill-1 ta' Ottubru 2005 skond l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, - disposizzjonijiet biex jassiguraw il-konformità ta' inġenji li jkunu qed jintużaw fil-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tipi għall-inġenji b'effett mill-1 ta' Ottubtu 2005 skond l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva waqt li żżomm quddiem għajnejha l-ispeċifiċità ta' l-eżamijiet li jkunu saru fuq dawn l-inġenji u l-informazzjoni speċifika miksuba mis-sistemi OBD f'kuntest ta' effettività ta' l-ispiża, - limiti xierqa għal tniġġis li fil-preżent mhuwiex regolat bħala konsegwenza ta' introduzzjoni wiesa ta' karburanti alternattivi ġodda. Sal-31 ta' Diċembru 2001 il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar il-progress fin-negozjati għall-armonizzazzjoni dinjija ta' eżami ċikliku. Sat-30 ta' Ġunju 2002 il-Kummissjoni ser tissottometti rapport lil Parlament Ewropew u lil Kunsill dwar ir-rekwiżiti għal operazzjoni ta' sistema ta' OBM. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għall-miżuri li għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005 li jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-annessi korrispondenti ħalli jipprovdu għal approvazzjoni tat-tipi ta' sistemi ta' OBM li għandhom jassiguraw ta' l-anqas livelli ekwivalenti ta' kontroll għal tas-sistemi OBD u li għandhom ikunu kompatibbli magħhom ukoll. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, tikkonsidra t-teknoloġija disponibbli sabiex tikkonferma l-i standard mandatorju ta' NOx għal 2008 f'rapport tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, akkumpanjat, jekk hemm bżonn, minn proposti xierqa. Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 2000. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih. La darba l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn ser ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jigu publikati uffiċjalment. Il-metodu ta' kif għandha issir din ir-referenza għandu jkun deċiz mill-Istati Membri. 2. Member States shall communicate to the Commission the texts of the main provisions of national law which they adopt in the field covered by this Directive. Artikolu 9 Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 10 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, nhar it-13 ta' Diċembru 1999. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President S. Hassi [1] ĠU C 173, 8.6.1998, p. 1 uĠU C 43, 17.2.1999, p. 25. [2] ĠU 407, 28.12.1998, p. 27. [3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 341, 9.11.1998, p. 74), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta' April 1999 (ĠU C 296, 15.10.1999, p. 1) u deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 1999 (għadhom mhux ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU C 112, 20.12.1973, p. 1. [5] ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1. [6] ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33. [7] ĠU L 295, 25.10.1991, p. 1. [8] ĠU L 40, 17.2.1996, p. 1. [9] ĠU L 100, 19.4.1994, p. 42. [10] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25). [11] ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1. Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/20/KE (ĠU L 125, 16.5.1997, p. 21). [12] ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1. [13] ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58. -------------------------------------------------- ANNESS WERREJ | | Paġna | ANNESS I | GĦAN, DEFINIZZJONI U ABBREVJAZZJONI, APPLIKAZZJONI GĦAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET U EŻAMIJIET U KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI | 278 | 1. Għan | 278 | 2. Definizzjonijiet u Abbrevjazzjonijiet | 278 | 3. Applikazzjoni għall-Approvazzjoni tat-tip KE | 284 | 4. Approvazzjoni tat-tip KE | 285 | 5. Simboli tal-magni | 287 | 6. Speċifikazzjonijiet u eżamijiet | 289 | 7. Installazzjoni fuq l-inġenju | 291 | 8. Il-kategorija tal-magna | 291 | 9. Konformità tal-produzzjoni | 293 | Appendiċi 1 | Proċedura għall-eżaminar tal-konformità tal-produzzjoni fejn devjazzjoni standard hija sodisfaċenti | 296 | Appendiċi 2 | Proċedura għall-eżaminar tal-konformità tal-produzzjoni fejn devjazzjoni standard hija insodisfaċenti jew mhux disponibbli | 298 | Appendiċi 3 | Proċedura għall-eżaminar tal-konformità meta mitluba mill-produttur | 300 | ANNESS II | DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI | 302 | Appendiċi 1 | Karatteristiċi essenzali tal-magna (primarja) u informazzjoni li tikkonċerna t-twettiq ta' l-eżami | 303 | 1. Deskrizzjoni tal-magna | 303 | 2. Miżuri meħuda kontra t-tniġġis ta' l-arja | 304 | 3. Provvista tal-karburant | 305 | 4. Kronizzazzjoni tal-valvola | 308 | 5. Ignition system (spark ignition engines biss) | 308 | 6. Tgħamir imħaddem b'magna | 308 | 7. Informazzjoni addizzjonali dwar il-kondizzjonijet ta' l-eżami | 309 | 8. Kif taħdem il-magna | 310 | Appendiċi II | Karatteristiċi essenzali tal-kategorija tal-magna | 312 | 1. Parametri komuni | 312 | 2. Lista tal-kategorija tal-magni | 312 | Appendċi III | Karatteristiċi essenzali tat-tip ta' magna fi ħdan il-kategorija | 314 | 1. Deskrizzjoni tal-magna | 314 | 2. Miżuri kontra t-tniġġis ta' l-arja | 315 | 3. Provvista tal-karburant | 316 | 4. Kronizzazzjoni tal-valvola | 319 | 5. Ignition system (spark ignition engines biss) | 319 | Appendiċi 4 | Karatteristiċi tal-partijiet relatati mal-magna ta' l-inġenji | 320 | ANNESS III | PROĊEDURA TA' L-EŻAMI | 321 | 1. Introduzzjon | 321 | 2. Kondizzjonijiet ta' l-eżami | 322 | Appendiċi 1 | Eżamijiet ċikliċi ESC u ERL | 324 | 1. Parametri tal-magna u d-dynamometer | 324 | 2. Eżami prova ESC | 325 | 3. Eżami prova ELR | 327 | 4. Kalkolu dwar ħruġ ta' gassijiet | 329 | 5. Kalkolu dwar ħruġ ta' partiċelli | 332 | 6. Kalkolu dwar valuri tad-duħħan | 334 | Appendiċi 2 | Eżamijiet ċikliċi ETC | 336 | 1. Proċedura li turi d-disinn tal-magna | 336 | 2. Ġenerazzjoni ta' l-eżami ċikliku ta' referenza | 336 | 3. Eżamijiet dwar ħruġ | 337 | 4. Kalkolu ta' l-emmissjonijiet tal-gassijiet | 341 | 5. Kalkolu ta' l-emmissjonijiet ta' partiċelli (magni diesel biss) | 345 | Appendiċi 3 | Skeda tad-dynamometer ETC | 347 | Appendiċi 4 | Proċeduri ta' kejl u teħid ta' kampjuni | 357 | 1. Introduzzjoni | 357 | 2. Dynamometer u apparat għall-eżami taċ-ċelluli | 357 | 3. Determinazzjoni tal-komposizzjoni tal-gassijiet | 358 | 4. Determinazzjoni tal-partiċelli | 360 | 5. Determinazzjoni tad-duħħan | 362 | Appendiċi 5 | Proċedura tal-kalibrar | 364 | 1. Kalibrar ta l-istrumenti analitiċi | 364 | 2. Kalibrar tas-sistema tas-CVS | 370 | 3. Kalibrar tas-sistema biex tkejjel il-partiċelli | 372 | 4. Kalibrar ta' l-apparat li jkejjel id-duħħan | 373 | ANNESS IV | KARATTERISTIĊI TEKNIĊI GĦALL-KARBURANT TA' REFERENZA PRESKRITT GĦAL-EŻAMIJIET TA' APPROVAZZJONI U BIEX TKUN VERIFIKATA IL-KONFORMITÀ TAL-PRODOTT | 374 | 1. Karburant diesel | 374 | 2. Gass naturali (NG) | 375 | 3. Gass pitrolju likwidu | 376 | ANNESS V | SISTEMI ANALITIĊI U TA' TEĦID TA' KAMPJUNI | 377 | 1. Determinazzjoni ta' ħruġ ta' gassijiet | 377 | 2. Likwidifikazzjoni ta' gassijiet exhaust u determinazzjoni tal-partiċelli | 384 | 3. Determinazzjoni tad-duħħan | 399 | ANNESS VI | ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE | 403 | ANNESS VII | EŻEMPJU TA' PROĊEDURA TA' KALKOLU | 405 | INDIĊI TA' ILLUSTRAZZJONIJIET | | Paġna | Figura 1 | Definizzjonijiet speċifiċi ta' l-eżamijiet ċikliċi | 280 | Figura 2 | Skema ta' konformità fl-eżami tal-produzzjoni | 295 | Figura 3 | Sekwenza ta' l-eżami ELR | 328 | Figura 4 | Interpolazzjoni tal-punt ta' kontroll Nox | 331 | Figura 5 | Skeda ta' l-ETC Dynamometer | 356 | Figura 6 | Skema ta' l-apparat għall-konverżjoni ta' l-apparat NOx | 367 | Figura 7 | Flow diagram ta' l-analiżi tas-sistema tar-raw exhaust għal CO, CO2, NOx, HC (ESC biss) | 377 | Figura 8 | Flow diagram ta' l-analiżi tas-sistema tal-gass exhaust likwidu għal CO, CO2, NOx, HC (ETC, ottimali għal ESC) | 378 | Figura 9 | Flow diagram għal Analiżi tal-metanju (metodu GC) | 381 | Figura 10 | Flow diagram għal analiżi tal-metanju bl-imqass tan-non-metanju (NMC) | 383 | Figura 11 | Sistema parzjali ta' influss likwidu bi proba iżokinetika u teħid ta' kampjuni frazzjonali (kontrol SB) | 385 | Figura 12 | Sistema parzjali ta' influss likwidu bi proba iżokinetika u teħid ta' kampjuni frazzjonali (kontrol PB) | 385 | Figura 13 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'CO2 jew NOx f'miżuri konċentrati u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 386 | Figura 14 | Sistemma parzjali ta' influss likwidu b' CO2 f'miżura konċentrata, bilanċ tal-karbonju u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 386 | Figura 15 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'venturi singola, kejl konċentrat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 387 | Figura 16 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'żewġ venturi jew żewġ fetħiet, kejl konċentrat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 388 | Figura 17 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'tubu li jinfetaħ kemm-il darba, kejl konċentrat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 389 | Figura 18 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'influss ikkontrollat u teħid komplet ta' kampjuni | 390 | Figura 19 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'influss ikkontrollat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 390 | Figura 20 | Sistema ta' influss likwidu sħiħ | 394 | Figura 21 | Sistema ta' teħid ta' kampjuni ta' partiċelli | 397 | Figura 22 | Sistema doppja likwida (sistema ta' influss sħiħ biss) | 397 | Figura 23 | Full flow opacimeter. | 400 | Figura 24 | Partial flow opacimeter | 401 | INDIĊI TAT-TABELLA Tabella 1 | Valuri limitati - eżamijiet ESC u ELR | 290 | Tabella 2 | Valuri limitati - eżami ETC | 290 | Tabella 3 | Numri li jiddeterminaw min għadda u min weħel tal-pjan tat-teħid tal-kampjuni ta' Appendiċi 1 | 297 | Tabella 4 | Numri li jiddeterminaw min għadda u min weħel tal-pjan tat-teħid tal-kampjuni ta' Appendiċi 2 | 299 | Tabella 5 | Numri li jiddeterminaw min għadda u min weħel tal-pjan tat-teħid tal-kampjuni ta' Appendiċi | 301 | Tabella 6 | Tolleranza tal-linja tar-rigressjoni | 340 | Tabella 7 | Punt ta' tħassir permezz mil-linja tar-rigressjoni | 341 | Tabella 8 | Akkuratezza ta' l-istrumenti tal-kejl | 357 | Tabella 9 | Armar rakkomandat tal-filter | 361 | --------------------------------------------------