This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0094
Directive 1999/94/EC of the European Parliament and of the Council of 13 December 1999 relating to the availability of consumer information on fuel economy and CO2 emissions in respect of the marketing of new passenger cars
Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda
Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda
ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/12/2008
Official Journal L 012 , 18/01/2000 P. 0016 - 0023
Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], (1) Billi l-Artikolu 174 tat-Trattat jitlob utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; billi l-użu razzjonali ta' l-enerġija huwa wieħed mill-mezzi prinċipali li bih dan l-għan jista' jinkiseb u t-tniġġis ambjentali jitnaqqas; (2) Billi l-għan aħħari tal-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima huwa li tinkiseb stabilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-greenhouse gas fl-atmosfera f'livell li ma jħallix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima; (3) Billi taħt il-Protokoll ta' Kyoto li jinsab mal-Qafas tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bidla fil-Klima miftiehem fil-Konferenza ta' Kyoto ta' Diċembru 1997, il-Kummissjoni kienet aċċettat li timmira li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 dwar il-basket ta' gassijiet greenhouse bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990; (4) Billi bħala rikonoxximent ta' l-importanza tal-karozzi tal-passiġġieri bħala sors ta' emissjonijiet tas-CO2, il-Kummissjoni kienet ipproponiet strateġija Komunitarja li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u ttejjeb l-ekonomija tal-karburant; billi fil-Konklużżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1996 il-Kunsill laqa b' sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni; (5) Billi t-tagħrif għandu rwol vitali fit-tħaddim tal-forzi tas-suq; billi l-provvista ta' tagħrif eżatt, relevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri jista' jinfluwenza l-għażla tal-konsumatur favur dawk il-karozzi li jużaw anqas karburant u għalhekk jarmu anqas CO2, waqt li b'hekk jinkoraġġixxu lill-fabbrikanti biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-karburant tal-karozzi li huma jiffabbrikaw; (6) Billi l-preżenza ta' tikketti fuq karozzi wżati fil-post tal-bejgħ jista' jinfluwenza x-xerrejja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri favur karozzi b'konsum baxx, billi din il-karatteristika titqies meta l-karozza terġa tinbiegħ; billi huwa għalhekk xieraq, b'konnessjoni ma l-ewwel reviżjoni ta' din id-Direttiva, li jiġi kkunsidrat li jitkabbar l-iskop għall-karozzi wżati koperti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE tas-17 ta' Diċembru 1993 billi tiġi adattata għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE relatata mal-konsum tal-karburant ta' karozzi bil-mutur [4]; (7) Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi żviluppata tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant fuq il-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri li tiġi esibita fil-post tal-bejgħ; (8) Billi tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant għandu jkun fiha tagħrif dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li ġew stabbiliti skond l-istandards armonizzati u l-metodi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 li tkun relatata ma' l-emissjonijiet ta' dijossidu karboniku u mal-konsum tal-karburant tal-karozzi bil-mutur [5]; (9) Billi huwa meħtieġ li tagħrif standardizzat supplimentari dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet kollha fis-suq tal-karozzi ġodda jkun disponibbli f'forma adattata kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mill-korp nominat f'kull Stat Membru; billi dak it-tagħrif jista' jkun utli għall-konsumaturi biex jiffurmaw id-deċiżjoni tagħhom ta' xiri qabel ma jidħlu fix-showrooom jew li jagħżlu li ma jużawx is-servizzi ta' bejjiegħ jew li ma jżurux showroom meta jixtru karozza ġdida; (10) Billi huwa importanti li klijenti potenzjali jkunu konxji, fil-post tal-bejgħ, tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri l-aktar effiċjenti fil-karburant disponibbli f'dak il-post tal-bejgħ; (11) Billi l-letteratura promozzjonali, u kif xieraq, il-materjal promozzjonali l-ieħor kollu, użat fil-marketing ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, għandu jkun fih id-data relevanti dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 għall-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li dwarhom jittratta, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Billi l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiżgura li t-tagħrif relatat ma' l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri offruti għall-bejgħ jew għall-kiri fil-Komunità jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi biex jippermetti lill-konsumaturi biex jagħmlu għażla informata. Artikolu 2 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva: 1. "karozza tal-passiġġieri" tfisser kull karozza bil-mutur tal-kategorija M1, kif definita fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE [6] u li taqa' fl-ambitu tad-Direttiva 80/1268/KEE. Din ma tinkludix karozzi li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 92/61/KEE [7] u karozzi b'għan speċjali kif definiti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE; 2. "karozza ġdida tal-passiġġieri" tfisser kull karozza tal-passiġġieri li ma tkunx inbiegħet qabel lil persuna li tkun xtratha bi skop ieħor ħlief dak li tbiegħha jew tikkunsinnaha; 3. "ċertifikat tal-konformità" tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 70/156/KEE; 4. "post tal-bejgħ" tfisser post, bħal showroom tal-karozzi jew roqgħa art miftuħa fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri lil klijenti prospettivi. Fieri kummerċjali fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jiġu ppreżentati quddiem il-pubbliku huma inklużi f'din it-tifsira; 5. "konsum uffiċjali tal-karburant" tfisser konsum tal-karburant tat-tip approvat mill-awtorità li tapprova skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuż maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valur li għandu jingħata lill-konsum tal-karburant ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla konsum uffiċjali f'dak il-grupp; 6. "emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2" għal karozza tal-passiġġieri partikolari tfisser dawk imkejjla skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuża maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valuri li għandhom jingħataw għas-CO2 ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla emissjonijiet uffiċjali tas-CO2 f'dak il-grupp; 7. "tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant" tfisser tikketta li jkun fiha tagħrif għall-konsumatur dwar il-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 tal-karozza li magħha t-tikketta tkun imwaħħla; 8. "gwida ta' l-ekonomija dwar il-konsum" tfisser kompilazzjoni ta' data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dwar l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 għal kull mudell disponibbli fis-suq tal-karozzi ġodda; 9. "letteratura promozzjonali" tfisser il-materjal kollu stampat użat fil-marketing, fir-reklamar u fil-promozzjoni ta' karozzi lill-pubbliku in ġenerali. Din tinkludi, bħala minimu, manwali tekniċi, fuljetti , reklami fil-gazzetti, rivisti, stampa kummerċjali u kartelluns; 10. "għamla" tfisser l-isem kummerċjali mogħti mill-fabbrikant u huwa dik li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumenti ta' l-approvazzjoni tat-tip; 11. "mudell" tfisser id-deskrizzjoni kummerċjali ta' l-għamla, tat-tip, u, fejn ikun il-każ u jkun xieraq il-varjant u l-verżjoni tal-karozza tal-passiġġieri; 12. "tip", "varjant" u "verżjoni" ifissru d-diversi vetturi ta' għamla partikolari li jiġu ddikjarati mill-fabbrikant, kif deskritti fl-Anness II. B li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE, u unikament indentifikati mill-karattri alfanumeriċi skond il-verżjoni, it-tip u l-varjant. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2, li tkun skond il-ħtiġiet deskritti fl-Anness I, tkun imwaħħla jew esibita, b'mod li tkun tidher, ħdejn kull mudell ġdid ta' karozza tal-passiġġieri fil-post tal-bejgħ. Artikolu 4 Mingħajr preġudizzju għat-twaqqif mill-Kummissjoni ta' gwida fuq l-Internet fuq livell Komunitarju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħoloq gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 b'konsultazzjoni mal-fabbrikanti almenu fuq bażi ta' kull sena skond il-ħtiġiet ta'l-Anness II. Il-gwida għandha tkun tista' tinġarr, tkun ċkejkna fid-daqs u tkun tista tinkiseb mingħajr ħlas għall-konsumaturi meta tintalab kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mingħand korp nominat f'kull Stat Membru. L-awtorità jew awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 8 jistgħu jikkooperaw fit-tħejjija tal-gwida. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull għamla ta' karozza, kartellun (jew inkella, kartellun) tiġi esibita flimkien ma' lista bid-data tal-konsum uffiċjali tal-karburant u bid-data uffiċjali dwar l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-mudelli ġodda kollha tal-karozzi tal-passiġġieri esibiti jew offruti għall-bejgħ jew għall-kiri ġo jew permezz ta' dak il-post tal-bejgħ. Dan it-tagħrif għandu jintwera f'post promineneti u skond il-format fl-Anness III. Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali kollha jkun fiha d-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dik uffiċjali speċifika dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li għalihom din tirreferi skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jipprovdu materjal promozzjonali barra minn dak tal-letteratura promozzjonali msemmija hawn fuq li jindika d-d ata uffiċjali dwar l-emissjoni tas-CO2 d-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant tal-mudell speċifiku tal-karozza li għalih jirreferi. Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-presenza ta' tikketti, gwidi, kartelluni u letteratura promozzjonali u materjal imsemmi fl-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' marki oħra, simboli jew iskrizzjonijiet relatati mal-konsum tal-karburant jew ma' l-emissjonijiet tas-CO2 li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva huma pprojbiti, jekk il-wiri tagħhom ikun jista joħloq konfużjoni mal-konsumaturi prospettivi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri. Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta' l-iskema tat-tagħrif għall-konsumatur deskritta f'din id-Direttiva. Artikolu 9 Kwalunkwe emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi li jinsabu ma' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u wara konsultazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet oħra nteressati. Biex jiġi megħjun dan il-proċess ta' adattazzjoni kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2003, rapport dwar l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkopri l-perjodu mit-18 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002. Il-format ta' dan ir-rapport għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2001. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10, tieħu miżuri mmirati lejn: (a) speċifikazzjoni akbar tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 3 billi temenda l-Anness I; (b) speċifikazzjoni akbar fil-ħtiġiet li jikkonċernaw il-gwida msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jiġu klassifikati mudelli ġodda ta' karozzi biex b'hekk ikun jista' jsir elenku tal-mudelli skond l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-karburant fi klassijiet speċifikati, inkluża klassi għal elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant; (ċ) it-twaqqif ta' rakkomandazzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet dwar il-letteratura promozzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 lil medja u materjali oħra. Artikolu 10 Kumitat Il-Kummissjoni għandha tkum megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dak l-abbozz, fi żmien li l-President jista' jistipula skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205 tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Jekk wara li jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 11 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sat-18 ta' Jannar 2001. Dawn għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun hemm magħhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 13 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 14 Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1999. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President S. Hassi [1] ĠU C 305, tat-3.10.1998, p. 2 uĠU C 83, tal-25.3.1999, p. 1. [2] ĠU C 40, tal-15.2.1999, p. 45. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 1998 (ĠU C 98, tad-9.4.1999, p. 252), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 1999 (ĠU C 123, ta' l-4.5.1999, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Novembru 1999 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 329, tat-30.12.1993, p. 39. [5] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 36. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE. [6] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' karozzi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 98/91/KE (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25). [7] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 relatata ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' karozzi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72). Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-1994. -------------------------------------------------- L-ANNESS I DESKRIZZJONI TAT-TIKKETTA DWAR L-EKONOMIJA TAL-KARBURANT U L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw, bħala minimu, li t-tikketti kollha ta' l-ekonomija tal-karburant fit-territorju tagħhom: 1. ikunu jikkonformaw mal-format standardizzat li jippermetti aktar għarfien mill-konsumaturi; 2. ikunu ta' daqs ta' 297 mm × 210 mm (A4); 3. ikun fihom referenza għall-mudell u t-tip tal-karburant tal-karozza tal-passiġġieri li magħha jitwaħħlu; 4. ikun fihom il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karbuarnt u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), jew bħala kombinazzjoni xierqa ta' dawn u jiġi kkwotat sa post deċimali wieħed. L-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb numru sħiħ fi grammi kull kilometru (g/km). Dawn il-valuri jistgħu jiġi espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE [1]). 5. ikun fihom it-test li ġej dwar id-disponibilità tal-gwida dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet CO2:"Gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 li jkun fiha tagħrif dwar il-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri, tkun disponibbli fil-post tal-bejgħ mingħajr ebda ħlas" 6. ikun fihom it-test li ġej: "B'żieda ma’ l-effiċjenza ta' karozza rigward il-karburant, l-andament waqt is-sewqan kif ukoll karatteristiċi oħra mhux tekniċi għandhom sehem importanti biex jiġi stabbilit il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozza. Is-CO2 huwa l-gass greenhouse prinċipali responsabbli għat-tisħin globali" [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-unitajiet tal-kejl u r-revoka tad-Direttiva 71/354/KEE (ĠU L 39, tal-15.2.1980, p. 40). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/617/KEE (ĠU L 357, tas-7.12.1989, p. 28). -------------------------------------------------- L-ANNESS II DESKRIZZJONI TAL-GWIDA DWAR L-EKONOMIJA TAL-KARBURANT U L-EMISSJONIJIET CO2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet CO2, ikun fiha, bħala minimu, it-tagħrif li ġej: 1. elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri disponibbli għall-bejgħ fl-Istati Membri fuq bażi ta' kull sena, raggruppati skond l-għamla f'ordni alfabetiku. Jekk f'xi Stat Membru l-gwida tiġi aġġornata aktar minn darba fis-sena, allura l-gwida għandu jkun fiha elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri disponibbli fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-aġġornament; 2. għal kull mudell li jidher fil-gwida, it-tip tal-karburant, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), jew bħala kombinazzjoni xierqa ta' dawn, u tiġi kkwotata sa post deċimali wieħed. L-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb numru sħiħ fi grammi kull kilometru (g/km). Dawn il-valuri jistgħu jiġu espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE; 3. elenku prominenti ta' l-10 mudelli ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant klassifikati skond l-ordni ta' kemm jiżdiedu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull tip tal-karburant. L-elenku għandu jkun fih il-mudell, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. 4. parir lis-sewwieqa li l-użu sewwa u l-manutenzjoni regolari tal-vettura u l-imġieba waqt is-sewqan, bħal li wieħed jevita sewqan aggressiv, isuq b'veloċità aktar baxxa, jantiċipa l-ibbrejkjar, jonfoħ it-tyres sew, inaqqas il-perjodi ta' l-idling, ma jġorrx piż eċċessiv, dawn kollha jtejbu l-konsum tal-karburant u jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozza tal-passiġġieri tagħhom; 5. spjegazzjoni dwar l-effetti ta' l-emissjonijiet tal-gass greenhouse, it-tibdil prospettiv tal-klima u r-relevanza ta' karozzi bil-mutur kif ukoll referenza għad-diversi għażliet tal-karburant disponibbli għall-konsumatur u l-implikazzjonijiet ambjentali tagħhom ibbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika u l-ħtiġiet leġislattivi; 6. referenza għall-miri Komunitarji għall-medja ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda u d-data li fiha dawn il-miri għandhom jintlaħqu; 7. referenza għall-gwida tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija tal-karburant u emissjonijiet tas-CO2 fuq l-Internet, meta dawn ikunu disponibbli. -------------------------------------------------- L-ANNESS III DESKRIZZJONI TAL-KARTELLUNLI GĦANDU JIĠI ESPOST FIL-POST TAL-BEJGĦ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kartellun/ijilħaq/qu, bħala minimu, il-ħtiġiet li ġejjin: 1. il-kartellun għandu jkun ta' daqs minimu ta' 70 cm × 50 cm; 2. it-tagħrif fuq il-kartellun għandu jkun faċli biex jinqara; 3. il-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri jkunu raggruppati u elenkati separatament skond it-tip tal-karburant (p.eż. petrol jew diesel). Għal kull tip ta' karburant, il-mudelli jiġu klassifikati f'ordni skond ma kemm jiżdiedu l-emissjonijiet tas-CO2, bil-mudell bl-anqas konsum tal-karburant imqiegħed l-ewwel fil-lista; 4. għal kull mudell ta' karozza tal-passiġġieri li jidher fil-lista, l-għamla, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), kilometri kull litru (km/l), jew premezz ta' taħlita xierqa ta' dawn, u jiġi kkwotat sa post deċimali wieħed. L-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb numru sħiħ fi grammi kull kilometru (g/km). Dawn il-valuri jistgħu jiġi espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE. Suġġeriment għal format jidher hawn taħt: +++++ TIFF +++++ 5. il-kartellunikun fih it-test li ġej fir-rigward tad-disponibilità tal-gwida dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2:"Gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 li fiha tagħrif dwar il-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri tista' tinkiseb mill-post tal-bejgħ mingħajr ebda ħlas" 6. il-kartellunikun fih it-test li ġej:"B'żieda ma' l-effiċjenza fejn jidħol il-karburant tal-karozza, l-imġieba waqt is-sewqan kif ukoll xi karatteristiċi oħra mhux tekniċi għandhom sehem biex jistabbilixxu l-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozza. Is-CO2 huwa l-gass greenhouse prinċipali responsabbli għat-tisħin globali" 7. il-kartellun għandu jkun aġġornat kompletament talanqas darba kull sitt xhur. Bejn iż-żewġ aġġornamenti, karozzi ġodda għandhom jiżdiedu fl-aħħar tal-lista. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV IL-PROVVISTA TA' DATA DWAR IL-KONSUM TAL-KARBURANT U L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 FIL-LETTERATURA PROMOZZJONALI L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali kollha jkun fiha l-konsum uffiċjali tal-karburant u tagħrif dwar l-emissjonijiet speċifiċi uffiċjali tas-CO2 tal-vetturi li għalihom tkun tirreferi. Dan it-tagħrif għandu, bħala minimu, jilħaq il-ħtiġiet li ġejjin: 1. ikun faċli biex jinqara u mhux anqas prominenti mill-parti prinċipali tat-tagħrif provdut fil-letteratura promozzjonali; 2. ikun faċli biex jiftiehem anke b'ħarsa superfiċjali; 3. id-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant għandha tiġi provduta għall-mudelli differenti tal-karozzi kollha koperti mill-materjal promozzjonali. Jekk aktar minn mudell wieħed jiġi speċifikat allura jew id-data uffiċjali tal-konsum tal-karburant għall-mudelli kollha speċifikati jiġi inkluż jew il-qabża bejn l-agħar u l-aħjar konsum tal-karburant tiġi ddikjarata. Il-konsum tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), kilometri kull litru (km/l), jew bħala taħlita xierqa ta' dawn. Id-data numerika kollha tiġi kkwotata sa post deċimali wieħed. Dawn il-valuri jistgħu jiġu espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE. Jekk il-letteratura promozzjonali jkun fiha biss referenza għall-għamla, u mhux għal xi mudell partikolari, allura d-data tal-konsum tal-karburant mhux meħtieġ li tiġi provduta. --------------------------------------------------