Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0071

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE ta' l-14 ta' Lulju 1999 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta' livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċereali, oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u xi prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi frott u ħaxix rispettivamentTest b'rilevanza għall-KEE

    ĠU L 194, 27.7.1999, p. 36–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/71/oj

    31999L0071



    Official Journal L 194 , 27/07/1999 P. 0036 - 0044


    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/65/KE

    tal-24 ta' Ġunju 1999

    li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċereali u ċerti prodotti li joriġina minn pjanti inklużi frott u ħaxix rispettivament

    (Test b'rilevanza FEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċereali ([1]), kif l-aħħar emendata b'Direttiva tal-Kummissjoni 98/82/KE ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4)(a) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq prodotti ta' oriġini minn pjanti, inklużi frott u ħaxix ([3]), kif l-aħħar emendata b'Direttiva 98/82/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4)(a) tagħha,

    (1) Billi l-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 90/642/KEE jeħtieġu li l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena l-programmi nazzjonali futuri tagħhom ta' kontroll għas-sena ta' wara għal residwi ta' pestiċidi fi jew fuq frott, ħaxix u ċereali; billi l-esperjenza li nkisbet mill-Istati Membri fl-ippjanar, twaqqif, twettiq, evalwazzjoni u rapportar fuq programmi annwali ta' qabel ta' kontroll turi li dan iż-żmien mhuwiex prattiku għaliex ma jħalliex biżżejjed żmien biex jittieħed in kunsiderazzjoni matul l-ippjanar tagħhom għas-sena ta' wara tar-riżultati mis-sena ta' qabel; billi perjodu addizzjonali ta' tliet xhur huwa kkunsidrat biżżejjed għal evalwazzjoni xierqa ta' riżultati ta' qabel u ippjanar ta' programmi nazzjonali futuri ta' kontroll;

    (2) Billi l-Artikolu 7(2)(b) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 90/642/KEE jeħtieġu li l-Kummissjoni tibgħat quddiem il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti sat-30 ta' Settembru kull sena abbozz ta' rakkomandazzjoni li jissuġġerixxi programm ikkoordinat ta' kontroll tal-Komunità li jiddentifika t-teħid ta' kampjuni speċifiċi li għandhom jingħadu fil-programm ta' kontroll; billi l-kontenut ta' dak l-abbozz ta' rakkomandazzjoni huwa assoċjat ma' l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fuq il-programmi futuri tagħhom ta' kontroll; billi perjodu addizzjonali ta' tliet xhur għall-preżentazzjoni ta' pjanijiet nazzjonali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tista' tinvolvi dewmien ta' tliet xhur fil-preżentazzjoni ta' abbozz ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ta' Pjanti;

    (3) Billi fil-prattika l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippjanaw programmi koordinati Komunitarji ta' kontroll skond bażi ta' ħafna snin;

    Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa ta' Pjanti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 7 ta' Direttiva 86/362/KEE:

    - fil-paragrafu 2(a), "30 ta' Ġunju" jinbidel bi "30 ta' Settembru",f'paragrafi 2(b) u 3, "30 ta' Settembru" jinbidel bi"31 ta' Diċembru".

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 4 tad- Direttiva 90/642/KEE

    - fil-paragrafu 2(a), "30 ta' Ġunju" jinbidel bi "30 ta' Settembru",

    - f'paragrafi 2(b) u 3, "30 ta' Settembru" jinbidel bi "31 ta' Diċembru".

    Artikolu 3

    1. Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħħa

    2.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw l-miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru tal-1999. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.

    3. Huma għandhom japplikaw dawn il-miżuri sa mill-1 ta' Jannar 2000. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu msieħba b'dik ir-riferenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f'Brussel, fl-24 ta' Ġunju 1999.

    F'isem il-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni

    Anthony Borg

    [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37

    [2] ĠU L 290, tad-29.10.1998, p. 25

    [3] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71

    Top