Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0057

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/57/KE tas-7 ta' Ġunju 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva ta' Kunsill 78/64/KEE dwar is-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 148, 15.6.1999, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/57/oj

    31999L0057



    Official Journal L 148 , 15/06/1999 P. 0035 - 0036


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/57/KE

    tas-7 ta' Ġunju 1999

    li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva ta' Kunsill 78/64/KEE dwar is-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 fuq l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tipi ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 fuq l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija bir-roti [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari Artikoli 10 tagħha,

    (1) Billi, sabiex tittejjeb is-sigurtà, issa huwa neċessarju li jiġi speċifikat fid-dettall kif is-sedil tas-sewwieq għandu jitwaħħal u li ma jkunx hemm ergonomija ħażina;

    (2) Billi l-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Addattament tad-Direttivi lil Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad- Direttiva 74/150/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Il-punt 1.1.5 ta' Anness IV tad- Direttiva 78/764/KEE huwa b'dan mibdul kif ġej:

    "1.1.5. meta l-pożizzjoni tas-sedil huwa aġġustabbli fit-tul u vertikalment biss, l-assi lonġitudinali li jgħaddi mill-punt ta' riferenza tas-sedil irid jimxi mall-pjanċa vertikali lonġitudinali tat-trattur li jgħaddi min-nofs tar-rota tal-isteering u li mhux aktar minn 100 mm minn dik il-pjanċa;"

    .

    Artikolu 2

    1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

    - jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni ta' tip KEE, li joħorġu d-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni ta' tip nazzjonali, jew

    - jwaqqaf id-dħul fis-servizz ta' tratturi, jekk it-tratturi involuti huma skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/764/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

    2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri:

    - ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta' trattur li ma jkunx skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/764/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali ta' tip għal tip ta' trattur li ma jkunx skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/764/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrrattivi neċessarji għall-ħarsien ta' din id-Direttiva l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2000. Għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, is-7 ta'Ġunju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

    [2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.

    [3] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top