Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0056

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/56/KE tat-3 ta' Ġunju 1999 li tadatta d-Direttiva ta' Kunsill 78/933/KEE dwar l-istallazzjoni ta' dawl u ta' mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (Test b'relevanza għall-Ftehim ŻEE)

    ĠU L 146, 11.6.1999, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/56/oj

    31999L0056



    Official Journal L 146 , 11/06/1999 P. 0031 - 0032


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/56/KE

    tat-3 ta' Ġunju 1999

    li tadatta d-Direttiva ta' Kunsill 78/933/KEE dwar l-istallazzjoni ta' dawl u ta' mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija

    (Test b'relevanza għall-Ftehim ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE tas-17 ta' Ottobru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-istallazzjoni ta' dawl u ta' mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari Artikoli 5 tagħha,

    (1) Billi, sabiex titejjeb is-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif għandhom jiġu installati mezzi għas-sinjalizzazzjoni bid-dawl;

    (2) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 78/933/KEE jinbidlu hawnhekk skond l-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. Mill-1 ta' Lulju 1989, l-Istati Membri ma jistgħux:

    - jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni ta' tip KEE, li joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni ta' tip nazzjonali, dwar tip ta' trattur, jew

    - iwaqqfu id-dħul fis-servizz ta' tratturi,

    jekk it-tratturi involuti jħarsu r-rekwiżiti tad-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

    2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri:

    - ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta' Artikolu 10(1) ta' Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta' d-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti tad-Direttivi 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2000. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir dik ir-referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Ġunju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

    [2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24.

    [3] ĠU L 325, ta' l-20.11.1978, p. 16.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 78/64/KEE huma hawnhekk emendati kif ġej:

    1. Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)fil-parti 3.13:—kull referenza għal "isfar selettiv" hija mħassra,—fid-disa' indent, il-bqija tas-sentenza wara l-kelma "abjad" hija mħassra,—l-aħħar paragrafu huwa mħassar;

    (b) il-parti 4.2.4.2.2 hija sostitwita b'dan li ġej:

    "4.2.4.2.2 fil-każ ta' tratturi mgħammra biex jitwaħħal magħhom apparat li jista' jinġarr fuq quddiem, żewġ fanali dipped-beam b'żieda mal-fanali msemmija f'4.2.4.2.1 għandu jkun permess f'għoli li ma jeċċedix it-3000 mm, jekk il-konnessjonijiet elettriċi jkunu tali li żewġ pari ta' fanali dipped-beam ma jistgħux jinxtegħlu fl-istess ħin.";

    (ċ) fil-parti 4.7.1 , "Bl-għażla" hija sostitwita bi "Mandatorja";

    (d) fil-parti 4.9.4.2 , "2100 mm"hija sostitwita bi "2300 mm";

    2. Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)wara t-titolu, it-test li jaqra:"Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija b'veloċita massima skond id-disinn ta' bejn 6 u 25 km/siegħa" huwa sostitwit bit-test li ġej:"Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija."

    (b) fl-aħħar tan-nota f’qiegħ il-paġna (1). "b""veloċità massima skond id-disinn ta' bejn 6 u 25 km/siegħa" hija mħassra.

    --------------------------------------------------

    Top