Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0026

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/26/KE ta' l-20 ta' April 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE dwar l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlietaTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 118, 6.5.1999, p. 32–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/26/oj

    31999L0026



    Official Journal L 118 , 06/05/1999 P. 0032 - 0035


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/26/KE

    ta' l-20 ta' April 1999

    li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE dwar l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta [1], kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    (1) Billi d-Direttiva 93/94/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità introdotta mid-Direttiva 92/61/KEE; billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/61/KEE li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi għalhekk japplikaw għal dik id-Direttiva.

    (2) Billi l-iżviluppi fit-teknoloġija issa jippermettu li tiġi addattata d-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE mal-progress tekniku; billi sabiex jiġi assigurat il-funzjonament xieraq tas-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip bħala ħaġa sħiħa, huwa għalhekk neċessarju li jiġu ċċarati jew kompletati xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva kkonċernata.

    (3) Billi għal dan il-għan huwa neċessarju li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet ta' tagħbija tal-vetturi meta titkejjel l-inklinazzjoni u dawk li għandhom x'jaqsmu mad-dimensjonijiet ta' l-ispazji għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara ta' kwadriċikli armati b'body kif ukoll sabiex il-Figura 1 tiġi allinjata fuq il-pożizzjoni attwali tal-vetturi matul it-testijiet u li jiġu speċifikati aħjar ċerti referenzi fid-dokument ta' informazzjoni.

    (4) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament mal-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [3], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4],

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Anness tad-Direttiva 93/94/KEE qiegħed b'hekk jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara:

    - jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

    - jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta,

    jekk l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara jikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 93/94/KEE kif emendata minn din id-Direttiva.

    2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta' vettura b'żewġ roti jew bi tlieta għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux issodisfati.

    L-Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2000.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' April 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

    [2] ĠU L 311, ta' l-14.12.1993, p. 83.

    [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [4] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. Il-punt 1.1 hu mibdul b'dan li ġej:

    "1.1. Mopeds u kwadriċikli ħfief mingħajr body".

    2. Il-punt 1.2 hu mibdul b'dan li ġej:

    "1.2. Muturi, triċikli sa saħħa massima ta' 15-il kW u kwadriċikli, ħlief għal kwadriċikli ħfief, mingħajr body".

    3. Il-punt 1.3 hu mibdul b'dan li ġej:

    "1.3. Triċikli b'saħħa massima li teċċedi l-15-il kW, kwadriċikli ħfief armati b'body u kwadriċikli ħlief għal kwadriċikli ħfief armati b'body".

    4. Il-punt 3.1.2 hu mibdul b'dan li ġej:

    "3.1.2. tista' tkun inklinata mill-wieqaf b'mhux iktar minn 30°, bil-vettura mhix mgħobbija, meta l-pjanċa ta' wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares 'il fuq;".

    5. Il-punt 3.1.3 hu mibdul b'dan li ġej:

    "3.1.3. tista' tkun inklinata b'mhux iktar minn 15° mill-wieqaf, bil-vettura mhix mgħobbija, meta l-pjanċa ta' wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares 'l isfel;".

    6. Il-punt 4.1 hu mibdul b'dan li ġej:

    "4.1. Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma jista' jkun iktar minn 1,5m 'l fuq mill-art meta l-vettura mhix mgħobbija".

    7. Il-punt 5.1 hu mibdul b'dan li ġej:

    "5.1. Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma għandu jkun inqas minn 0,20 m 'l fuq mill-art, jew inqas mir-raġġ tar-rota 'l fuq mill-art jekk dak hu inqas minn 0,20m, meta l-vettura mhix mgħobbija".

    8. Il-Figura 1 hi mibdula b'dan li ġej:

    +++++ TIFF +++++

    L-angolu tal-viżibilità ġeometrika (dihedral b'tarf orizzontali)"

    9. L-Appendiċi 1 hu mibdul b'dan li ġej:

    "

    L-Appendiċi 1

    Dokument ta' informazzjoni dwar l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

    (li għandu jiġi mehmuż ma' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' komponent meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura)

    In-Nru ta' l-Ordni (mogħti mill-applikant):

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' komponent fir-rigward ta' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara għal tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta għandu jkollha l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE, il-Parti A, it-taqsimiet:

    - 0.1,

    - 0.2,

    - 0.4. sa 0.6,

    - 2.2,

    - 2.2.1,

    - 9.6,

    - 9.6.1.

    "

    --------------------------------------------------

    Top