This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0015
Commission Directive 1999/15/EC of 16 March 1999 adapting to technical progress Council Directive 76/759/EEC relating to direction indicator lamps for motor vehicles and their trailers Text with EEA relevance.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/15/KE tas-16 ta' Marzu 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE dwar il-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/15/KE tas-16 ta' Marzu 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE dwar il-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 97, 12.4.1999, p. 14–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
Official Journal L 097 , 12/04/1999 P. 0014 - 0032
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/15/KE tas-16 ta' Marzu 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE dwar il-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' fanali indikaturi tad-direzzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, (1) Billi d-Direttiva 76/759/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, b'konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għad-Direttiva 76/759/KEE; (2) Billi, b'mod partikolari, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha mehmuż magħha dokument ta' informazzjoni u wkoll ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI mad-Direttiva 70/156/KEE sabiex l-approvazzjoni tat-tip tista' tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip previst fid-Direttiva 76/759/KEE għandu jiġi emendat kif xieraq; (3) Billi l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tiġi miżmuma l-ekwivalenza maħsuba mill-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn xi Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE), meta dawk ir-regolamenti jiġu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/759/KEE għandhom jiġu mibdula b'dawk tar-Regolament UN-ECE Nru 6 permezz ta' referenza għal xulxin; (4) Billi hu neċessarju li jiġi assigurat li jkun hemm konformità mal-ħtiġiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 1999/17/KE [7]; (5) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 76/759/KEE hi emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 hu mibdul b' li ġej: "1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-eżami stabbiliti fl-Annessi rilevanti." 2. Fl-Artikolu 2, l-ewwel pragrafu hu mibdul b'li ġej: "L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, l-Appendiċi 3." 3. L-Artikolu 4 hu mibdul b' li ġej: "L-Artikolu 4 L-awtoriatjiet kompetenti ta' l-Istat Membru għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b'kull approvazzjoni li jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva," 4. L-artikolu 9 hu mibdul b' li ġej: "L-Artikolu 9 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, ħlief għall-vetturi li jimxu fuq il-linji u t-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu." 5. L-Annessi huma mibdula bit-test fl-Anness ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja iktar mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni: - jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura jew tip ta' fanal indikatur tad- direzzjoni, li jagħtu approvazjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat- tip nazzjonali, jew - jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' fanal indikaturi tad-direzzjoni, basta li l-fanali indikaturi tad-direzzjoni jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/759/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, u li, sa fejn huma konċernati vetturi, huma installati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE. 2. Mill-1 ta' April 2000 l-Istati Membri: - ma'għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwaluhkwe tip ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' fanali indikaturi tad-direzzjoni, u għal kwalunkwe tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/759/KEE, kif emendata min din id-Direttiva mhumiex sodisfatti. 3. Mill-1 ta' April 2001 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/759/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni bħala komponenti, kif emendata minn din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. 4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-iskopijiet tal-partijiet ta' tibdil l-Istati Membri għandhom jibqgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' fanali indikaturi tad-direzzjoni, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 76/759/KEE sakemm dawn il-fanali indikaturi tad-direzzjoni: - huma maħsuba li jiġu mwaħħla f'vetturi diġà użati, u - jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu l-ewwel irreġistrati. Artikolu 3 Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 6 UN-ECE, imsemmija fil-punt 1 ta' l-Anness II, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta' April 1999. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminsitrativi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Ottubru 1999, madanakollu, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja iktar mill-1 ta' April 1999, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja lil hinn mil-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawk it-testi. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-riferenza għandha ssir. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-kamp kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 6 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25. [3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71. [4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 1. [5] ĠU L 171, tat-30.6.1997, p. 1. [6] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 96. [7] ĠU L 97, tat-12.4.1999, p.45. -------------------------------------------------- L-ANNESS " LISTA TA' L-ANNESSI L-ANNESS I | Dispożizzjonijiet amminsitrattivi għall-approvazzjoni tat-tip | Appendiċi 1: | Id-dokument ta' informazzjoni | Appendiċi 2: | Iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip | Appendiċi 3: | Il-mudelli tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent | L-ANNESS II: | Ħtiġiet tekniċi | L-ANNESS I DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP 1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT 1.1. L-applikazzjoni għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanal indikaturtad-direzzjoni għandha tiġi sottomessa mill-manifattur. 1.2. Mudell għad-dokument ta' l-informazzjoni hu mogħti fl-Appendiċi 1. 1.3. Li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli biex jikkonduċi t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip: 1.3.1. Żewġ kampjuni mgħammra bil-fanali jew il-fanali rakkomandati; jekk il-mezzimhumiex identiċi imma huma simetriċi u tajbin biex jiġu mmuntati wieħed fuq in-naħa ta-xellug u wieħed fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu ikunu identiċi u tajbin biex jiġu mmuntati biss fuq in-naħa tal-lemin jew biss fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura; għall-indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 2b, l-applikazzjoni għandu wkoll ikollha magħha żewġ kampjuni tal-partijiet li jikkostitwixxu s-sistema li tassigura ż-żewġ livelli ta' intensità. 2. L-IMMARKAR 2.1. Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandu jkollhom: 2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur; 2.1.2. fil-każ ta' fanali bis-sorsi tad-dawl sostitwibbli: it-tip(i) ta' bozza tal-filament preskritt; 2.1.3. fil-każ ta' fanal bis-sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli: il-vultaġġ u l-wattage nominali. 2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jarmi d-dawl, jew ma' wieħed mill-uċuh li jarmi d-dawl, tal-imezz. Għandhom ikunu visibbli minn barra meta l-imezz hu mwaħħal mal-vettura. 2.3. Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1. 3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT 3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jingħataw. 3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hu mogħti fl-Appendiċi 2. 3.3. Numru ta' l-approvazzjoni konformi ma' l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun mogħti lil kull tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal indikatur tad-direzzjoni. 3.4. Meta l-approvazzjoni ta' tip tal-KE ta' komponent hi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal indikatur tad- direzzjoni u fanali oħrajn, numru wieħed ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jista' jingħata sakemm il-fanal indikatur tad-direzzjoni jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-imezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent hi mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih. 4. MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT 4.1. F'addizzjoni mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanal indikatur tad-direzzjoni li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent. 4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f: 4.2.1. rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip: 1 għall-Ġermanja 2 għal Franza 3 għall-Italja 4 għall-Olanda 5 għall-Isvezja 6 għall-Belġju 9 għal Spanja 11 għar-Renju Unit 12 għall-Awstrija 13 għal-Lussemburgu 17 għall-Finlandja 18 għad-Danimarka 21 għall-Portugall 23 għall-Greċja IRL għall-Irlanda; 4.2.2. fil-qrib tar-rettangolu "in-numru bażi ta' l-approvazzjoni" miżmum fis-sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ ċifri li juru n-numru ta' sekwenza mogħti lill-emenda teknika maġġuri l-iktar riċenti lid-Direttiva 76/759/KEE fid-data li fiha l-approvazzjoni tat-tip tal- KE kienet mogħtija. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza hu 01; 4.2.3. simboli addizzjonali kif ġej: 4.2.3.1. wieħed jew iktar min-numri: 1, 1a, 1b, 2a, 2b, 3, 4, 5, jew 6, skond jekk il-imezz jappartjenix għal kategorija waħda jew iktar 1, 1a, 1b, 2a, 2b, 3, 4, 5, jew 6; 4.2.3.2. fuq mezzi li ma jistgħux jiġu mmuntati fuq ebda naħa tal-vettura b'mod mhux diskriminatorju, vleġġa li turi f'liema pożizzjoni l-imezz għandu jġi mmuntat (il-vleġġa għandha tkun diretta 'l barra mill-vettura fil-każ ta' mezzi tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b u lejn 'il quddiem tal-vettura fil-każ ta' mezzi tal-kategoriji 3, 4, 5 u 6). F'addizzjoni, għal mezzi tal-kategorija 6 indikazzjoni "R" jew "L" għandha f'dan il-każ tintwera fuq il-imezz, li turi n-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-vettura; 4.2.3.3. fuq mezzi li jistgħu jintużaw bħala fanal wieħed u bħala parti minn assemblaġġ ta' żewġ fanali, l-ittra addizjonali "D" fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.2.3.1.; 4.3. Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma' waħda mil-lentijiet b'tali mod li ma titħassarx u tkun tista' tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali huma mwaħħla mal-vettura. 4.4. L-arranġament tal-marka ta' l-approvazzjoni. 4.4.1. Fanali indipendenti: Eżempji tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1. 4.4.2. Fanali raggruppati, kkombinati jew reċiprokament inkorporati: 4.4.2.1. Meta numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent hu maħruġ, skond punt 3.4 fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal indikatur tad-direzzjoni u fanali oħrajn, marka waħda ta' approvazzjoni tat-tip tal-Ke ta' komponent tista' tiġi mwaħħla, li tikkonsisti f': 4.4.2.1.1. rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 4.2.1); 4.4.2.1.2. in-numru bażi ta' l-approvazzjoni (ara l-punt 4.2.2., l-ewwel nofs sentenza); 4.4.2.1.3. jekk neċessarju, l-vleġġa meħtieġa, sa fejn din għandha x'taqsam ma' l-assemblaġġ sħiħ tal-fanal. 4.4.2.2. Din il-marka tista' tinstab kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkorporati, sakemm: 4.4.2.2.1. tkun tidher wara l-istallazzjoni tal-fanali; 4.4.2.2.2. ebda komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkoporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka ta' l-approvazzjoni. 4.4.2.3. Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li konformi magħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent kienet mogħtija, flimkien man-numru tas-sekwenza (ara l-punt 4.2.2, it-tieni nofs sentenza) u, fejn neċessarju, l-ittra "D" u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati: 4.4.2.3.1. jew fuq il-wiċċ approprjat li jarmi d-dawl; 4.4.2.3.2. jew fi grupp, sabiex kull wieħed mill-fanali raggruppati, kumbinati jew reċiprokament inkorporati jkun jista' tiġi identifikata b'mod ċar. 4.4.2.4. Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka m'għandhomx ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki idividwali mid-Direttivi varji li konformi magħhom l-approvazjoni tat-tip tal-KE ta' komponent kienet mogħtija. 4.4.2.5. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal fanal li hu raggruppat, kkumbinat jew reċiprokament inkorporat ma' fanali oħrajn huma mogħtija fl-Appendiċi 3, il-Figura 2. 4.4.3. Fanali reċiprokament inkorporati ma' fanali oħrajn, li l-lenti tagħhom tista' wkoll tintuża għal tipi oħrajn ta' headlamps: 4.4.3.1. id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 4.2.2. għandhom japplikaw; 4.4.3.2. f'addizzjoni, meta l-istess lenti hi użata, ta' l-aħħar jista' jkollha marki ta' l-approvazzjoni differenti li għandhom 'xjaqsmu mat-tipi differenti ta' headlamps jew unitajiet ta' fanali, sakemm il-qafas ewlieni tal-headlamp, anke jekk ma jistax jiġi sseparat mil-lenti, jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-punt 2.3 u jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali; 4.4.3.3. jekk tipi differenti ta' headlamps jinkludu l-istess qafas ewlieni, ta' l-aħħar jista' jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni differenti. 4.4.3.4. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal fanali reċiprokament inkorporati ma' headlamp huma mogħtija fil-figura 3 ta' l-Appendiċi 3. 5. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET 5.1. Fil-każ ta' modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw. 6. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 6.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE. 6.2. Kull fanal indikatur tad-direzzjoni għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet fotometriċi u kolorimetriċi speċifikati fil-paragrafi 6 u 8 [1]. Madanakollu, fil-każ ta' mezz magħżul saltwarjament minn serje ta' produzzjoni, il-ħtiġiet fejn għandha x'taqsam l-intensità minima tad-dawl mitfugħ (imkejla b'bozza tal-filament standard kif imsemmija fil-paragrafu 7 [2] għandhom ikunu limitati f'kull direzzjoni rilevanti għal 80 fil-mija tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 6.1 u 6.2 [3] Appendiċi 1 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Appendiċi 3 EŻEMPJI TAL-MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT +++++ TIFF +++++ Il-Figura 1 Il-mezz li jkollu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent murija fuq huwa fanal indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 4, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e 1) skond din id-Direttiva (01) taħt in-numru bażi ta' approvazzjoni 1471, li jista' wkoll jiġi użat f'assemblaġġ ta' żewġ fanali. Il-vleġġa tipponta lejn 'il quddiem tal-vettura. Id-Direzzjoni li fiha l-vleġeġ fuq il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip jippuntaw, skond il-kategorija tal-mezz hi indikata taħt: +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Il-Figura 2aImmarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-imezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)MUDELL A +++++ TIFF +++++ MUDELL B +++++ TIFF +++++ MUDELL Ċ Nota: It-tliet eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B u Ċ jirrappreżentaw tliet alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità ta' fanali raggruppati, kumbinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki ta' l-approvazzjoni juru li l-imezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) bl-istess numru bażi ta' l-approvazzjoni 1712 u jinkludi: Retro riflettur ta' klassi IA approvat skond id-Direttiva 76/757/KEE, Nru tas-sekwenza 02; Indikatur tad-direzzjoni ta' wara tal-kategorija 2a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01: Fanal ta' pożizzjoni aħmar fuq wara (R) approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, Nru tas-sekwenza 02: Fanal taċ-ċpar ta' wara (F) approvat skond id-Direttiva 77/538/KEEm Nru tas-sekwenza 00; Fanal tar-rivers (AR) approvat skond id-Direttiva 77/539/KEE, Nru tas-sekwenza 00; Fanal tal-waqfien b'żewġ livelli ta' intensità (S2) approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, Nru tas-sekwenza 02; Fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara (L) approvat skond id-Direttiva 76/740/KEE, Nru tas-sekwenza 00. +++++ TIFF +++++ Il-Figura 2bImmarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, ikkumbinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-imezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)MUDELL A +++++ TIFF +++++ MUDELL B +++++ TIFF +++++ MUDELL Ċ +++++ TIFF +++++ MUDELL D Nota: L-erba' eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba' alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità ta' fanali raggruppati, kumbinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki ta' l-approvazzjoni juru li l-imezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) bl-istess numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 u jinkludi: Fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem (A) approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, Nru 02, għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug; Headlamp (HCR) b'raġġ passanti ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u raġġ għas-sewqan b'intensità massima kompriża bejn 86250 u 101250 candelas (kif indikat min-numru 30) approvat skond l-Anness V mad-Direttiva 76/761/KEE, sekwenza Nru 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL); Fanal taċ-ċpar ta' quddiem (B) approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL); Fanal indikatur tad-direzzjoni ta' quddiem ta' kategorija 1a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01. +++++ TIFF +++++ Figura 3Fanal reċiprokament inkorporat jew raggruppat ma' headlamp L-eżempju t' hawn fuq jikkorrispondi għall-immarkar ta' lenti maħsuba biex tiġi użata f'tipi differenti ta' headlamps, jiġifieri: jew: headlamp b'raġġġ passanti ddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ tas-sewqan b'intensità luminuża massima bejn 86250 u 101250 candelas (kif muri bin numru 30) approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' approvazzjoni 7120 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV għad-Direttiva 76/76/KRR, sekwenza Nru 04, li huwa inkorporat b'mod reċiproku ma' fanal indikatur tad-direzzjoni ta' quddiem kif approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, sekwenza Nru 01, jew headlamp b'raġġ passanti u raġġ tas-sewqan, iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) bin-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7122 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness II mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 01, li hu reċiprokament inkorporat ma' l-istess fanal indikatur tad-direzzjoni ta' quddiem bħal fuq, jew anke kwalunkwe mill-headlamps imsemmija fuq approvati bħala fanal wieħed. Il-qafas ewlieni tal-fanal għandu jkollu l-uniku numru validu ta' l-approvazzjoni, per eżempju: +++++ TIFF +++++ jew +++++ TIFF +++++ jew +++++ TIFF +++++ jew +++++ TIFF +++++ L-ANNESS II ĦTIĠIET TEKNIĊI 1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 1 u 5 sa 8 u l-Annessi 1, 4 u 5 tar-Regolament UN-ECE Nru 6 li jikkonsisti f'konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin: - is-serje ta' emendi 01 li tinkorpora s-Supplimenti 1 sa 5 tas-serje ta' emendi 01 u l-varji korriġendi għaliha [1] - is-suppliment 6 mas-serje ta' emendi 01 [2] - is-suppliment 7 mas-serje ta' emendi 01 [3] ħlief li: 1.1. fejn hi magħmula riferenza għar-"Regolament Nru 48", dan għandu jkun mifhum bħala d-"Direttiva 76/756/KEE." 1.2. fejn hi magħmula riferenza għar-"Regolament Nru 37", dan għandu jkun mifhum bħala l-"L-Anness VII mad-Direttiva 76/761/KEE". " [1] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva. [2] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva. [3] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva. [1] [2] [3] TRANS/WP.29/518. --------------------------------------------------