Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0009

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE tas-26 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 56, 4.3.1999, p. 46–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2011; Impliċitament imħassar minn 32010R1059

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/9/oj

    31999L0009



    Official Journal L 056 , 04/03/1999 P. 0046 - 0046


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE

    tas-26 ta' Frar 1999

    li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni bit-tikketti u bit-tagħrif standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u ta' riżorsi oħra ta' apparat tad-dar [1], u b'mod partikolari Artikolu 9 tagħha,

    Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE [2] timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE rigward it-tikkettjar ta' l-enerġija tal-magni tal-dar tal-ħasil tal-platti;

    Billi kien hemm dewmien fl-iżvilupp u l-adozzjoni tal-metodi tal-kejl (l-EN 50242); billi fin-nuqqas ta' standard armonizzat tal-kejl, huwa impossibbli għall-fornituri li jwettqu l-obbligi tagħhom skond id-Direttiva 97/17/E; billi għalhekk l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiġi differita;

    Billi l-miżuri ppovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit b'Artikolu 10 tad-Direttiva 92/75/KEE.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 97/17/KE jinbidel b'dan li ġej:

    "1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-28 ta' Frar 1999. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 1999.

    Madankollu, l-Istati Membru għandhom jippermettu sal-31 ta' Lulju 1999:

    - it-tqegħid fis-suq, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew il-wiri tal-prodotti, u

    - it-tqassim tal-komunikazzjonijiet stampati riferiti f'Artikolu 2(4),

    li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri riferiti fl-ewwel subparagrafu, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza."

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Frar 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Christos Papoutsis

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, 13. 10. 1992, p. 16.

    [2] ĠU L 118, 7. 5. 1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top