Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0008

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/8/KE tat-18 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

    ĠU L 50, 26.2.1999, p. 26–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/8/oj

    31999L0008



    Official Journal L 050 , 26/02/1999 P. 0026 - 0026


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/8/KE

    tat-18 ta' Frar 1999

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 (a) tagħha,

    Billi, fil-każ taż-żerriegħa triticale maħsuba sabiex tiġi mmarkitjata fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu sa 80 % tal-ġerminazzjoni minima meħtieġa skond l-Anness II;

    Billi din il-possibbiltà mhix sejra tkun iktar iggarantita mill-1 ta' Frar 2000, skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija hawn fuq;

    Billi, skond it-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, jidher diffiċli illi tiġi prodotta fil-Komunità ż-żerriegħa triticale bil-kapaċità tal-ġerminazzjoni daqs dik meħtieġa skond l-Anness II;

    Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp fit-tagħrif xjentifiku u tekniku huwa approprjat li titnaqqas il-kapaċità minima tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura għal 80 %;

    Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permenanti taż-żrieragħ u l-materjal tal-propagagazzjoni għall-agrikoltura, l-ortikultura u l-forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    It-Taqsima (2) (A) ta' l-Anness II mad-Direttiva 66/402/KEE hija emendata kif ġej: Fil-każ tat-triticosecale iċ-ċifra '85’ fil-kolonna 2 għandha tiġi mibdula biċ-ċifra '80’.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva l-iktar tard sa l-1 ta' Frar 2000. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazjzoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta Frar 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru Tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru 125, tal-11. 7. 1966, p. 2039/66.

    [2] ĠU L 25, ta' 1. 2. 1999, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top