Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0753

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1999 dwar l-applikazzjoni temporanja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn min-naħa l-waħda l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra r-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel,

    ĠU L 311, 4.12.1999, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/753/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    31999D0753



    Official Journal L 311 , 04/12/1999 P. 0001 - 0001


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 ta' Lulju 1999

    dwar l-applikazzjoni temporanja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn min-naħa l-waħda l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra r-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel,

    (1999/753/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 310 f'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) l-Komunità u l-Afrika t' Isfel obbligaw ruħhom li jadottaw proċeduri dwar it-tħaddim bikri tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-komunità u l-istati Membri tagħha, minn banda l-waħda, u r-Repubblika ta'l-Afrika t' Isfel mill-banda l-oħra;

    (2) it-tħaddim provvisorju ta'l-imsemmi Ftehim permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju t' Ittri huwa neċessarju sabiex jiġi pprovdut qafas komprensiv ta' koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Afrika t' Isfel, sakemm jiġu mitmuma l-proċeduri meħtieġa sabiex il-Ftehim imsemmi jidħol fis-seħħ;

    (3) il-Ftehim fil-forma ta' Skambju t' Ittri għandu għaldaqstant jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju t' Ittri bejn il-Komunità u l-Afrika t' Isfel, li jipprovdi għat-tħaddim proviżorju ta' parti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn banda l-waħda, u r-Repubblika ta'l-Afrika t' Isfel, mill-banda l-oħra, huwa hawn approvat għan-nom tal-Komunità.

    It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju t' ittri huwa anness ma' din id-Deċiżjoni, kif ukoll it-test tal-Ftehim.

    Artikolu 2

    Għall-fini tat-tħaddim ta'l-Artikolu 97 tal-Ftehim, rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresjedi fuq il-Kunsill tal-Koperazzjoni u jippreżenta l-qagħda tal-Komunità matul il-perjodu tat-tħaddim proviżjonali tal-Ftehim.

    Il-qagħda li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Koperazzjoni għandha titfassal mill-Kunsill fi fuq proposta mill-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Hassi

    --------------------------------------------------

    Top