Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0454

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 1999 dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' twaqqif ta' ħruq, issiġillar mill-ħruq u prodotti ta' protezzjoni kontra l-ħruq (notifikat bid-dokument numru K(1999) 1481)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 178, 14.7.1999, p. 52–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/454/oj

    31999D0454



    Official Journal L 178 , 14/07/1999 P. 0052 - 0055


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-22 ta' Ġunju 1999

    dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' twaqqif ta' ħruq, issiġillar mill-ħruq u prodotti ta' protezzjoni kontra l-ħruq

    (notifikat bid-dokument numru K(1999) 1481)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (1999/454/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' prodotti għal kostruzzjoni [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

    (1) Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, kif bejn iż-żewġ proċeduri taħt Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, il-"proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għall-prodott jew grupp ta' prodotti partikolari, l-esiztena ta' sistema ta' kontroll tal-fabbrika ta' produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa għalhekk meħtieġ;

    (2) Billi Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew grupp ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    (3) Billi ż-żewġ proċeduri li għalihom jipprovdi Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu mplimentati, b'riferenza għal Anness III, għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, minħabba li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

    (4) Billi l-proċedura riferita fil punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi mniżżla fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistema mniżżla fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III;

    (5) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti mniżżla f'Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata bi proċedura li biha, b'żieda mas-sistema ta' kontroll tal-fabbrika ta' produzzjoni imħaddma mill-manifattur, korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll ta' produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 2

    Din il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif imniżżla f'Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għall-linji ta' gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Ġunju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.02.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.08.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Prodotti biex iwaqqfu l-ħruq u jissiġillaw mill-ħruq [1]:

    Prodotti protettivi kontra l-ħruq (inklużi passati ta' żebgħa) [2] [3]:

    - għall-kompartimentazzjoni kontra l-ħruq u/jew protezzjoni kontra l-ħruq jew ġiri tan-nar

    [1] Esklużi prodotti tal-ġipsum (eż. folji, blokki, tikħil) prodotti ta' njam minerali, blokki u komponenti rinfurzati prefabbrikati ta' AAC u LAC, tajn tal-bini, tajn għat-tikħil u l-kisi, prodotti ta' kalċjum silikate u prodotti ċelllulari tal-ħġieġ.

    [2] Esklużi prodotti tal-ġipsum (eż. folji, blokki, tikħil) prodotti ta' njam minerali, blokki u komponenti rinfurzati prefabbrikati ta' AAC u LAC, tajn tal-bini, tajn għat-tikħil u l-kisi, prodotti ta' kalċjum silikate u prodotti ċelllulari tal-ħġieġ.

    [3] Esklużi wkoll panewwijiet għall-protezzjoni kontra l-ħruq ta' ħitan u soqfa u settijiet ta' soqfa sospiżi (kif inkluż fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/437/EC dwar irfinar intern u estern ta' ħitan u soqfa (ĠU L 194, ta' l-10.7.1998, p. 39)).

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    AFFERMAZZJONI TA' KONFORMITÀ

    Nota:

    għal prodotti li jkollhom aktar minn użu maħsub wieħed speċifikati fil-gruppi li ġejjin, ix-xogħlijiet għall-korp approvat, miksuba mis-sistema rilevanti għall-attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

    GRUPP TA' PRODOTTI:

    TWAQQIF TAL-ĦRUQ, ISSIĠILLAR KONTRA L-ĦRUQ U PROODTTI TA' PROTEZZJONI KONTRA IL-ĦRUQ (1/2)

    Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

    Għall-prodott/i u użu/i maħsuba/a elenkati hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika is-sistema/i li ġejja/jin għall-attestazzjoni tal-konformità fil-linja ta' gwida rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

    Sistema 1: Ara direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), mingħajr ittestjar awditjat tal-kampjuni.

    Prodott/i | Użu/i maħsub/a | Livell/i jew klsi/jiet (reżistenza għan-nar) | Sistema/i ta' attestazzjoni ta' konformità |

    Prodotti ta' twaqqif tal-ħruq u prodotti ta' issiġillar kontra l-ħruq Prodotti protettivi kontra l-ħruq(inklużi passati ta' żebgħa) | Għall-kompartimentazzjoni għal kontra l-ħruq u/jew protezzjoni kontra l-ħruq jew ġiri tan-nar | Kollha | 1 |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata ukoll meta r-rendiment ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2.1 tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi, il-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhix tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma' jkunx jixtieq li jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

    FAMILJA TA' PRODOTT:

    TWAQQIF TAN-NAR, ISSIĠILLAR TAN-NAR U PRODOTTI TA' PROTEZZJONI KONTRA N-NAR (2/2)

    Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

    Għall-prodott/i u użu/i maħsub/a elenkati hawn taħt, EOTA hija mitluba li tispeċifika is-sistema li ġejja/jin ta' attestazzjoni ta' konformità fil-linja ta' gwida relevanti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej:

    Sistema 1: Ara CPD Anness III(2)(i), mingħajr ittestjar awditjat tal-kampjuni.

    Sistema 3: Ara CPD Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

    Sistema 4: Ara CPD Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

    Prodott/i | Użu/i maħsub/a | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) | Sistema/i ta'attestazzjoni ta' konformità |

    Twaqqif tal-ħruq u prodotti għall-issiġillar kontra l-ħruq Prodotti għall-protezzjoni kontra l-ħruq (inklużi passati ta' żebgħa) | Għall-użi bla ħsara għar-regolamenti tal-ħruq | A, B, C | 1 |

    A, B, C | 3 |

    A, D, E, F | 4 |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi mplimentata ukoll meta r-rendiment ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit għal ċert karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi, il-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhix tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma' jkunx jixtieq li jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top