This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0436
1999/436/EC: Council Decision of 20 May 1999 determining, in conformity with the relevant provisions of the Treaty establishing the European Community and the Treaty on European Union, the legal basis for each of the provisions or decisions which constitute the Schengen acquis
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tiddetermina, b'konformita mad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilxxi l-Komunita Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tiddetermina, b'konformita mad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilxxi l-Komunita Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen
ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 176 , 10/07/1999 P. 0017 - 0030
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tiddetermina, b'konformita mad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilxxi l-Komunita Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen (1999/436/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Filwaqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tal-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewroprea (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-"Protokoll ta' Schengen"); (1) Billi skond l-Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu tal-Protokoll ta' Schengen, l-Acquis ta' Schengen,hekk kif definit fl-Anness li jinsab mal-Protokoll għandhu, mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, japplika immedjatament għat-tlettax-il Stat Membru li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2) tal-Protokoll; (2) Billi xejn f'din nid-Deċiżjoni ma jaffettwa il-kontinwazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet legali taħt il-Konvenzjoni tal-1990; (3) Billi l-mandat mogħti lill-Kunsill bl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, tal-Protokoll ta' Schengen, li jiddetermina, waqt li jaġixxi unanimament u b'konformita mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen, għandu bħala wieħed mill-għanijiet l-identifikazzjoni tal-bażi legali għal xi proposti u inizjattivi futuri biex jemendaw jew jibnu fuq l-acquis ta' Schengen, li, skond l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, tal-Protokoll ta' Schengen, huma suġġetti għad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, inklużi dawk li jirregolaw il-forma ta' l-att li għandu jiġi adottat u l-proċedura għall-adozzjoni tiegħu; (4) Billi xi disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimemta l-Ftehim ta' Schengen teħtieġ li Stati Kontraenti jintroduċu penali għall-infurzar effettiv tagħhom mingħajr, iżda, ma' tkun meħtieġa xi armonizzazzjoni ta' dawn il-penali; billi għalhekk, il-bażi legali li għandha tiġi determinata għal dawn id-disposizzjonijiet għandha tkun dik determinata għar-regoli li l-ksur tagħhom għandu jkun soġġett għal sanzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-bażi legali għal xi miżura fil-futur immirata lejn l-armonizzazzjoni tal-penali; (5) Billi id-determinazzjoni ta' bażi legali f'konformita mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen ma taffettwax l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membru skond l-Artikolu 64 TEC u l-Artikolu 33 TEU fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-salvagwardar ta' sigurta interna; (6) Billi id-determinazzjoni ta' bażi legali f'konformita mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattati għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen, jew id-determinazzjoni li bażi legali mhix meħtieġa għal xi disposizzjonijiet jew deċisjonijiet bħal dawk, ma jeffettwax id-dritt ta' Stati Membri li jwettqu verifiki fuq oġġetti marbuta ma' projbizzjonijiet jew deċisjonijiet elenkati mill-Istati Membri, u li huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità; (7) Billi id-determinazzjoni ta' bażi legali f'konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen relatat b'mod partikolari mal-kondizzjonijiet għad-dħul fir-territorju ta' l-Istati Kontraenti jew għall-ħruġ ta' viżi ma jeffettwawx ir-regoli kurrenti li jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti ta' l-ivvjaġġar; (8) Billi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tad-Danimarka huma regolati bl-Artikolu 3 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 1 sa 5 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka; (9) Billi r-relazzjoni bejn il-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka, il-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda dwar ċerti domandi li jirrigwardaw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunita Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi li tiegħu forom varji huma preskritti għall-addozzjoni ta' u l-parteċipazzjoni fl-acquis ta' Schengen u l-iżvilupp aktar tiegħu, għandu jittieħed in konsiderazzjoni meta Schengen jiġi nkorporat fl-Unjoni Ewropea; (10) Billi l-Protokoll ta' Schengen inniffsu jipprovdi għall-assoċjazzjoni tar-Repubblika ta' l-Islands u r-Renju tan-Norveġja ma' l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen u l-iżvilupp aktar tiegħu fuq il-bażi tal-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996; (11) Billi l-atti adottati fuq il-bażi ta' proposta jew iniżjattiva għal aktar żvilupp tal-acquis ta' Schengen għandu jkun hemm fihom riferenza għall-Protokoll ta' Schengen, sabiex is-sigurtà legali tiġi garantita u d-disposizzjonijiet li jirrelataw mal-Protokoll ta' Schengen jistgħu jiġu applikati f'kull każ; (12) Billi, waqt li jingħata kaz ta' l-Artikolu 134 tal-Konvenzjoni li timplimenta Schengen, l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-Komunita Ewropea ma jeffettwax il-kompetenza ta' Stati Membri fir-rigward ta' l-għarfien ta' Stati u units territorjali, l-awtoritajiet tagħhom u dokumenti ta' l-ivvjaġġar u dokumenti oħrajn maħruġa minnhom, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tiddetermina bażi legali għad-disposizzjonijiet u deċisjonijiet elenkati fl-Annessi A sa D u li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen, ħlief għal dawk id-disposizzjonijiet u deċisjonijiet li għalihom il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza, tal-Protokoll ta' Schengen, iddetermina li ebda bażi legali ma hija meħtieġa. Artikolu 2 Il-bażi legali għad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda li timplimenta l-Ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta' verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fl-14 ta' Ġunju 1985 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa l-"Konvenzjoni ta' Schengen"), u l-Att Finali relatat tiegħu, għandu jiġi determinat skond l-Anness A. Artikolu 3 Il-bażi legali tad-diversi Ftehim ta' Sħubija tal-Konvenzjoni ta' Schengen konklużi mar-Repubblika Taljana (iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990), ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża (iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991), ir-Repubblika Ellenika (iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 19920, ir-Repubblika ta' l-Awstrija (iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995) u r-Renju tad-Danimarka, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (iffirmat fil-Lussembrugu fid-19 ta' Diċembru 1996), u l-Atti Finali relatati tagħhom u dikjarazzjonijiet, għandhom jiġu determinati skond l-Anness B. Artikolu 4 Il-bażi legali għad-deċisjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta' Schengen għandha tiġi determinata skond l-Anness Ċ. Artikolu 5 Il-bażi legali għall-atti adottati għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Schengen mill-organi li fuqhom il-Kumitat Eżekuttiv ikkonferixxa setgħat għat-teħid ta' deċisjonijiet għandha tiġi determinata skond l-Anness D. Artikolu 6 Fir-rigward ta' l-Istati membri elenkati fl-Artikolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, l-iskop territorjali tad-disposizzjonijiet jew deċisjonijiet li jiffurmaw l-acquis ta' Schengen li dwarhom il-Kunsill iddetermina bażi legali fit-Titolu IV tat-Taqsima 3 tat-Trattat tal-KE fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza, tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, u l-firxa ta' applikazzjoni territorjali ta' miżuri li jestendu jew jemendaw dawk id-disposizzjonijiet u deċisjonijiet għandu jkun dak elenkat fl-Artikolu 138 tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u dak elenkat fid-disposizzjonijiet relevanti ta' l-istrumenti ta' sħubija ta' dik il-Konvenzjoni. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni m'għandhiex taffettwa il-kompetenza ta' Stati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' Stati u ta' units territorjali u passaporti, dokumenti ta' l-ivvjaġġar u identita maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom. Artikolu 8 L-atti adottati fuq il-bażi ta' proposta jew inizjattiva għal aktar żvilupp tal-acquis ta' Schengen għandu jkun fihom referenza għall-Protokoll ta' Schengen fil-preambolu. Artikolu 9 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett minnufih. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Mejju 1999. Għall-Kunsill Il-President E. Bulmahn -------------------------------------------------- ANNESS A Artikolu 2 Acquis ta' Schengen | Bażi legali ta' l-EU | 1. Ftehim bejn il-gvernijiet ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom tal-14 ta' Ġunju 1985 | Artikolu 2 Schengen Protokoll | 2. Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, l-att finali relatat u d-dikjarazzjonijiet konġunti: | | Artikolu 1, minbarra t-tifsiriet ta' l-applikazzjoni għal rifuġju, dak li jfittex rifuġju u l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal rifuġju | It-Tifsiriet għandhom japplikaw fl-Artikoli kollha tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen mogħtija bażi legali ta' l-UE bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni | Artikolu 2(1) | Artikolu 62(1) TEC | Artikolu 2(2) u (3) | Artikolu 62(1) TEC, waqt li jirrispetta kollha kemm huma d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 64(1) TEC | Artikolu 3 | Artikolu 62(2)(a) TEC, waqt li jagħraf li Id-determinazzjoni tan-natura, modalitajiet u severità tad-disposizzjonijiet tal-penali meħtiġa taħt dan l-Artikolu hija kwistjoni għall-Istati Membri | Artikolu 4(1) sa (3) | L-Artikolu 62(2)(a) TEC, sal-limitu li dawn id-Disposizzjonijiet jittrattaw il-verifiki dwar persuni bil-għan li jiġi deċiż in-nazzjonalità/dħul u mingħajr preġudizzju għall-verifiki għal għanijiet nazzjonali ta' sigurta u verifiki għal għanijiet fiskali, fejn japplika | Artikolu 5, ħlief għall-paragrafu (1)(e) | Artikolu 62(2)(a) TEC | Artikolu 5(1)(e) | Artikolu 62(2)(a) TEC, waqt li jirrispetta bis-sħiħ id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 64(1) TEC u jagħraf li dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu miftiehma fid-dawl tad-dikjarazzjoni adottata mill-Konferenza Intergovernattiva tal-1996 li għandha x'taqsam ma' l-Artikolu 64(1) (ex Artikolu 73L(1)) TEC (Dikjarazzjoni Nru 19) | Artikolu 6 | Artikolu 62(2)(a) TEC dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 4(1) sa (3) tapplika hawn wkoll | Artikolu 7 | Artikolu 66 TEC sal-limitu li dawn id-disposizzjonijiet jittrattaw dwar verifiki fuq persuni bil-għan li jiġi deċiż dwar in-nazzjonalità/dħul u mingħajr preġudizzju għal verifiki għall-għanijiet ta' sigurtà nazzjonali u verifiki għal għanijiet fiskali, fejn japplika u sal-limitu li dawn id-disposizzjonijiet ma jikkonċernawx forom ta' koperazzjoni bejn pulizija koperti mid-disposizzjonijiet tat-Titolu III tal-Konvenzjoni tal-1990 li timplimenta | Artikolu 8 | Artikolu 62(2)(a) TEC In-nota dwar l-Artikolu 4 (1) sa (3) tapplika wkoll f'dan il-każ | Artikolu 9 | Artikolu 62(2)(b) TEC, waqt li jirrispetta bis-sħiħ id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 64(2) TEC | Artikolu 10(1) u (3) | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 11 | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 12 | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 13 | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 14 | Artikolu 62(2)(b) TEC, waqt li jagħraf li r-regolu kurrenti dwar l-għarfien ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar m'humiex affettwati | Artikolu 15 | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 16 | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 17(1), (2) u (3) punti (a) sa (f) | Artikolu 62(2)(b) TEC | Artikolu 17(3)(g) | Artikolu 63(3) TEC | Artikolu 18 | Artikoli 62(2) u 63(3) TEC | Artikolu 19(1) | Artikolu 62(3) TEC | Artikolu 19(3) u (4) | Artikolu 62(3) TEC | Artikolu 20 | Artikolu 62(3) TEC | Artikolu 21 | Artikolu 62(3) TEC | Artikolu 22 | Artikolu 62(3) TEC | Artikolu 23(1) | Artikolu 62(3) TEC | Artikolu 23(2), (3), (4) u (5) | Artikoli 62(2) u 63(3) TEC | Artikolu 24 | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC | Artikolu 25 | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC | Artikolu 26 | Artikolu 63(3) TEC, waqt li jiġi rikonoxxut li d-determinazzjoni tan-natura, modalitajiet u severità tad-disposizzjonijiet tal-penali meħtieġa taħt dan l-Artikolu hija kwistjoni għall-Istati Membri | Artikolu 27(1) | Artikolu 63(3) TEC, waqt li jiġi rikonoxxut li d-determinazzjoni tan-natura, modalitajiet u severità tad-disposizzjonijiet tal-penali meħtieġa taħt dan l-Artikolu hija kwistjoni għall-Istati Membri | Artikolu 27(2) u (3) | Artikoli 30(1), 31 u 34 TEC | Artikolu 39 | Artikoli 34 u 30 TEU | Artikolu 40 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 41 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 42 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 43 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 44 | Artikoli 34 u 30(1) TEU | Artikolu 45 | Artikoli 34 u 30(1) TEU | Artikolu 46 | Artikoli 34 u 30(1) TEU | Artikolu 47 | Artikoli 34 u 30(1) TEU | Artikolu 48 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 49 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 50 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 51 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 52 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 53 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 54 | Artikoli 34 u 31 TEU | Artikolu 55 | Artikoli 34 u 31 TEU | Artikolu 56 | Artikoli 34 u 31 TEU | Artikolu 57 | Artikoli 34 u 31 TEU | Artikolu 58 | Artikoli 34 u 31 TEU | Artikolu 59 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 61 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 62 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 63 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 64 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 65 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 66 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 67 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 68 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 69 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Artikolu 71 | Artikoli 34 u 30 u 31 TEU | Artikolu 72 | Artikoli 34 u 31 TEU | Artikolu 73 | Artikoli 34 u 30(1) u 31 TEU | Artikolu 75 | Artikolu 95 TEC | Artikolu 76 | L-Artikolu 95 u 152 TEC, sal-limitu li dawn dawn id-disposizzjonijiet jitrattaw biss ma miżuri relatati ma kummerċ leċitu fi drogi kontrollati li għandhom bħala l-għan tagħhom l-iffunzjonar tas-suq intern; u, b'rispett debitu għall-kompetenzi ta' Stati Membri, Artikoli 30(1)(a) u 34 TEU, sal-punt li dawn id-disposizzjonijiet jittrattaw dwar l-elementi ta'kontroll jew reġimi ta' infurzar ta' l-Istati Membri għal droga leċita jew illeċita | Artikolu 82 | Artikolu 95 TEC | Artikolu 91 | Artikolu 95 TEC | Artikolu 92 sa 119 | P. M. | Artikolu 126(1), (2) | Artikoli 30(1) u 34 TEU | Artikolu 126(3) | Artikoli 30(1) u 34 TEU u l-Artikolu 95 TEC, sal-sal-limiti tagħhom fejn jikkonċernaw data personali impartat bis-saħħa tad-disposizzjoniet ta' l-Artikoli 16 u 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew fuq il-bazi ta' Struzzjonijiet Komuni Konsulari | Artikolu 126(4) | Artikoli 30(1) u 34 TEU | Artikolu 127 | Artikoli 30(1) u 34 TEU u l-Artikolu 95 TEC; fir-rigward ta' l-Artikolu 127(1) sal-limitu li dwaru l-Istati Membru konċernati, id-Direttiva 95/46/KEE s'issa għadha ma tapplikax għall-ipproċessar ta' data personali data miżmuma f'sistemi ta' filing manwali; minbarra dan, id-dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 126(3)(a)(d) u (f) tapplika | Artikolu 128(1) u (3) | Artikoli 30(1) u 34 TEU | Artikolu 128(2) | Artikoli 30(1) u 34 TEU u l-Artikolu 95 TEC | Artikolu 129 | Artikoli 30(1) u 34 TEU | Artikolu 130 | Artikoli 30(1) u 34 TEU | Artikolu 136 | Article 62(2) TEC (waqt li jittieħed kont tal-Protokoll Anness mat-TEC taħt it-Trattat ta' Amsterdam Dwra ir-Relazzjonijiet Esterni ta' l-Istati Membri fir-Rigward il-Qsim ta Fruntieri esterni) | Att Finali Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Att Finali Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 30, 31 u 34 TEU | -------------------------------------------------- ANNESS B Artikolu 3 Acquis ta' Schengen | Bażi legali ta' l-UE | Il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, dwar is-Sħubija tar-Repubbilka Taljana għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, l-Att Finali tagħha u d-Dikjarazzjonijiet relatati: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Taqsima II, dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Dikjarazzjoni komuni dwar l-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim ta' Sħubija | Artikolu 32 TEU | Il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar is-Sħubijatar-Renju ta' Spanja għall-Konvenzjoni, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali Ġermaniża u r-Repubblika Fraċiża, li għalih ir-Reppublika Taljana kienet aċċediet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Taqsima II, dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Taqsima III, dikjarazzjoni 2 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil-25 ta' Ġunju 1991, dwar is-Sħubija tar-Repubblika Portugiża għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali Ġermaniża u r-Repubblika Fraċiża, li għalih ir-Reppublika Taljana kienet aċċediet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u Artikoli 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 5 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 6 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Taqsima III, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 62(3) TEU | Il-Ftehim iffirmat f'Madrid fis-6 ta' Novembru 1990, dwar is-Sħubija tar-Repubblika Griega għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li għalih ir-Repubblika Talajana aċċediet taħt il-Ftehim iffirmat f'Pariġi fis-27 ta' Novembru 1990, u r-Repubblika Portugiża u r-Renju ta' Spanja aċċeda taħt il-Ftehim iffirmat f'Bonn fil25 ta' Ġunju 1991, l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 5 | Artikoli 34 u 31(a) TEU | Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Taqsima III, Dikjarazzjoni 2 | Artikolu 31(a) TEU | Il-Ftehim, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' April 1995, dwar is-Sħubija tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' Istati Membri ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, li għalih aċċedew ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, u r-Repubblika Ellenika taħt il-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru 1990, il-25 ta' Ġunju 1992 rispettivament u l-Att Finali tiegħu. | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Taqsima II, dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Il-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar is-Sħubija tar-Renju tad-Danimarka għall-Konvenzjoni li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fyq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Finali tiegħu u d-dikjarazzjonijiet relatati: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 5(2) | Artikolu 2(1) Schengen Protokoll | Artikolu 6 | Artikolu 2(1) tal-Protokoll ta' Schengen | Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Taqsima II, Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Il-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar is-Sħubija tar-Renju tal-Finlandja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Fianli tiegħu u d-dikjarazzjoni relatata: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 5 | Artikolu 2(1) Schengen Protokoll | Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Taqsima II, Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Il-Ftehim, iffirmat fil-Lussemburgu fid-19 ta' Diċembru 1996, dwar is-Sħubija tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, u l-Att Fianli tiegħu u d-dikjarazzjoni relatata: | | Artikolu 2 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 3 | Artikoli 34 u 32 TEU | Artikolu 4 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | Artikolu 5 | Artikolu 2(1) Schengen Protokoll | Taqsima II, Dikjarazzjoni 1 | Artikolu 2(2) Schengen-Protokoll (għandu jinqara wkoll flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen) | Taqsima II, Dikjarazzjoni 3 | Artikoli 34 u 31(b) TEU | -------------------------------------------------- ANNESS C Artikolu 4 KLASSIFIKA TAD-DEĊISJONIJIET U DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMITAT EŻEKUTTIV Deċisjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv Deċiżjoni | Suġġett | Bażi legali ta' l-EU | SCH/Com-ex (93) 10 14.12.1993 | Konferma tad-dikjarazzjonijiet mill-Ministri u Segretarji ta' l-Istat tad-19 ta' Ġunju 1992 u t-30 ta' Ġunju 1993 dwar li jinġieb fis-seħħ | Artikolu 2(2) tal-Protokoll ta' Schengen flimkien ma' l-Artikolu 8 tal-Protokoll ta' Schengen sa fejn dikjarazzjoni ma saritx superfluwi minħabba ż-żmien jew ġrajjiet | SCH/Com-ex (93) 14 14.12.1993 | Titjib ta' koperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet ġudizzjali li jikkumbattu t-traffikar tad-droga | Artikoli 31(a), 34 TEU | SCH/Com-ex (93) 16 14.12.1993 | Regolamenti Finanzjarji dwar l-istallazzjoni U l-ispejjes operattivi tax-Schengen C.SIS | għar-rekord | SCH/Com-ex (93) 21 14.12.1993 | Li testendi l-viża uniformi | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (93) 22 Rev 14.12.1993 | Natura konfidenzjali ta' ċerti dokumenti | Artikolu 207 TEC, Artikolu 41 TEU | SCH/Com-ex (93) 24 14.12.1993 | Proċeduri komuni għall-ikkanċellar irtirar jew tqassir tat-tul tal-viża uniformi | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (94) 1 Rev 2 26.4.1994 | Miżuri ta' aġġustament immirati li jneħħu l-ostakoli u r-restrizzjonijiet fuq il-kurrenti ta' traffiku f'punti ta' qsim ta' toroq tal-fruntiera fi fruntieri interni | Artikolu 62(1) TEC | SCH/Com-ex (94) 2 26.4.1994 | Ħruġ ta' viżi uniformi fil-fruntieri | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (94) 15 Rev 21.11.1994 | Introduzzjoni ta' proċedura komputerizzata għal konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ċentrali li għaliha jipprovdi l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (94) 16 Rev 21.11.1994 | Akkwist ta' timbri komuni ta' dħul u ħruġ | Artikolu 62(2) TEC | SCH/Com-ex (94) 17 Rev 4 22.12.1994 | Introduzzjoni u applikazzjoni tas-sistema Schengen f'ajruporti u ajrudromi | Artikolu 62(2)(a) TEC | SCH/Com-ex (94) 25 22.12.1994 | Bdil ta' tagħrifstatistiku dwar il-ħruġ ta' viżi | Artikolu 62(2)(b) flimkien ma' l-Artikolu 66 TEC | SCH/Com-ex (94) 28 Rev 22.12.1994 | Ċertifikati li għalihom jipprovdi l-Artikolu 75 Għat-trasportazzjoni ta' droga u/jew Sustanzi psikotropiċi | Artikolu 95 TEC | SCH/Com-ex (94) 29 Rev 2 22.12.1994 | Tiġjib fis-seħħ tal-Konvenzjoni Li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tad-19 Ġunju 1990 | Artikolu 62(1) waqt li jittieħed in konsiderazzjoni l-Artikolu 64(1) TEC | SCH/Com-ex (95) 1 Rev (Punt Nru 8) | Politika ta' viża komuni | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (95) 20 Rev 2 20.12.1995 | Approvazzjoni tad-dokument SCH/I (95) 40 Rev 6 dwar il-proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen | Artikolu 62(1) TEC | SCH/Com-ex (95) 21 20.12.1995 | Bdil ta' malajr bejn l-Istati Schengen ta' tagħrif statistiku u tanġibbli dwar nuqqas ta' funzjonament possibbli fil-fruntieri esterni | Artikolu 66 TEC | SCH/Com-ex (96) 13 Rev 27.6.1996 | Prinċipji għall-ħruġ ta' viżi Schengen skond l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen | Artikolu 62(2)(b) TEC, għall-kwistjonijiet mhux koperti bl-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni li timplimenta | SCH/Com-ex (96) 27 19.12.1996 | Ħruġ ta' viżi fuq il-fruntieri lill-baħħara ta' passaġġ | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (97) 2 Rev 2 25.4.1997 | Għoti b-offerta għall-istudju preliminari tas-SIS II | għar-rekord | SCH/Com-ex (97) 6 Rev 2 24.6.1997 | Manwal Schengen dwar koperazzjoni bejn korpi tal-Pulizija fil-kamp ta' l-ordni pubbliku u sigurtà | Artikolu 30(1) TEU | SCH/Com-ex (97) 18 7.10.1997 | Kontribuzzjoni min-Norveġja u l-Islanda għall-ispejjez operattivi tas-C.SIS | għar-rekord | SCH/Com-ex (97) 24 7.10.1997 | Futur tas-SIS | għar-rekord | SCH/Com-ex (97) 29 Rev 2 7.10.1997 | Tiġjib fis-seħħ tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen fil-Greċja | Artikolu 2(2) Schengen Protokoll | SCH/Com-ex (97) 32 15.12.1997 | Armonizzazzjoni tal-politika tal-viżi | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (97) 34 Rev 15.12.1997 | Implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta dwar format uniformi ta' permessi ta' residenza | Artikolu 63(3)(a) TEC | SCH/Com-ex (97) 35 15.12.1997 | Emenda għar-Regolamenti Finanzjarji tas-C.SIS | għar-rekord | SCH/Com-ex (97) 39 Rev 15.12.1997 | Prinċipji li jiggwidaw għall-mezzi ta' prova u xhieda indikattiva fil-qafas ta' dħul mill-ġdid bejn l-Istati Schengen | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC | SCH/Com-ex (98) 1 , 2 Rev 21.4.1998 | Rapporti ta' l-attivitajiet tat-task force | Artikolu 62(2)(a) TEC | SCH/Com-ex (98) 10 21.4.1998 | Koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fir-ritorn ta' aljeni bl-ajru | Artikoli 62(3) u 63(3) TEC | SCH/Com-ex (98) 11 21.4.1998 | C.SIS b'konnessjonijiet 15/18 | għar-rekord | SCH/Com-ex (98) 12 21.4.1998 | Bdil f'livell lokali ta' statistika dwar viżi | Artikolu 62(2)(b) TEC | SCH/Com-ex (98) 17 23.6.1998 | Natura konfidenzjali ta' ċerti dokumenti | Artikolu 41 TEU, Artikolu 207 TEC | SCH/Com-ex (98) 18 Rev 23.6.1998 | Miżuri li għandhom jittieħdu dwar pajjiżi li joħolqu problemi fir-rigward ta' ħruġ ta' dokumenti meħtieġa biex jitneħħew iċ-ċittadini tagħhom mit-territorju Schengen DĦUL MILL-ĠDID - VIŻI | Artikolu 62(3) TEC | SCH/Com-ex (98) 19 23.6.1998 | Monaco VIŻI - FRUNTIERI ESTERNI - SIS | Artikolu 62(3) TEC | SCH/Com-ex (98) 21 23.6.1998 | Timbrar ta' passaporti ta' applikanti għal viżi VIŻI | Artikolu 62(2)(b) TEC, b'kura debita għall-Artikolu 64(2) TEC | SCH/Com-ex (98) 26 def 16.9.1998 | Twaqqif tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni li timplimenta x-Schengen | Artikolu 66 TEC, Artikoli 30, 31 TEU | SCH/Com-ex (98) 29 Rev 23.6.1998 | Klawsola catch-all biex tkopri l-acquis tekniku kollu Schengen | għar-rekord | SCH/Com-ex (98) 35 Rev 2 16.9.1998 | Il-Manwal Komuni jintbagħat lill-Istati Applikanti tal-UE | Artikolu 41 TEU, Artikolu 207 TEC | SCH/Com-ex (98) 37 def 2 16.9.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali | Artikolu 62, 63 TEC, Artikolu 30 TEU | SCH/Com-ex (98) 43 Rev 16.12.1998 | Kumitat ad hoc għall-Greċja | Artikolu 2 flimkien ma' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Schengen | SCH/Com-ex (98) 49 Rev 3 16.12.1998 | It-tiġjib tal-Konvenzjoni li timplimenta il-Ftehim ta' Schengen fis-seħħ fil-Greċja | Artikolu 2 flimkien ma' l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta' Schengen | SCH/Com-ex (98) 51 Rev 3 16.12.1998 | Koperazzjoni bejn korpi tal-pulizija fil-qsim tal-fruntieri fl-erja tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-kxif meta mitluba | Artikolu 30 TEU | SCH/Com-ex (98) 52 16.12.1998 | Ktejjeb dwar il-koperazzjoni tal-pulizija fil-qsim tal-fruntieri | Artikolu 30 TEU | SCH/Com-ex (98) 53 Rev 2 16.12.1998 | Armonizzazzjoni dwar il-politika ta' abolizzjoni ta' viżi tal-listi ġriżi | Artikolu 62(2)(b) TEC, b'kura debita għall-Artikolu 64(2) TEC | SCH/Com-ex (98) 56 16.12.1998 | Manwal ta' dokumenti li miegħu tista' titwaħħal il-viża | Artikolu 62(2)(b) ii TEC | SCH/Com-ex (98) 57 16.12.1998 | Introduzzjoni ta' forma armonizzata għall-inviti, xhieda ta' akkommodazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet ta' sostenn ta' manteniment | Artikolu 62(2)(b) TEC, b'kura debita għall-Artikolu 64(2) TEC | SCH/Com-ex (98) 59 Rev 16.12.1998 | Tqassim kordinat ta' esperti tad-dokumenti | Artikolu 62(2)(b) TEC, Artikolu 63(3) TEC | SCH/Com-ex (99) 3 28.4.1999 | Budget għall-Help Desk għall-1999 | għar-rekord | SCH/Com-ex (99) 4 28.4.1999 | Spejjeż ta' l-istallazzjoni C.SIS | għar-rekord | SCH/Com-ex (99) 5 28.4.1999 | Manwal SIRENE | għar-rekord | SCH/Com-ex (99) 6 28.4.1999 | Sitwazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet | Artikolu 30 TEU | SCH/Com-ex (99) 7 Rev 2 28.4.1999 | Uffiċċjali li jikkordinaw | Artikolu 30 TEU | SCH/Com-ex (99) 8 Rev 2 28.4.1999 | Ħlasijiet lil dawk li jinfurmaw | Artikolu 30 TEU | SCH/Com-ex (99) 10 28.4.1999 | Kummerċ illegali fl-armi | Artikolu 95 TEC | SCH/Com-ex (99) 11 Rev 2 28.4.1999 | Ftehim ta' koperazzjoni fil-proċeduri ta' reati ta' traffiku fit-toroq | Artikolu 31 TEU | SCH/Com-ex (99) 13 28.4.1999 | Irtirar ta' verżjonijiet qodma tal-Manwal Komuni u l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-addozzjoni ta' verżjonijiet ġodda | Artikoli 62, 63 TEC | SCH/Com-ex (99) 14 28.4.1999 | Manwal ta' dokumenti li fuqu tista' titwaħħal viża | Artikolu 62 TEC | SCH/Com-ex (99) 18 28.4.1999 | Titjib fil-koperazzjoni tal-pulizija fil-prevenzjoni u kxif ta' reati | Artikolu 30 TEU | Dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv Dikjarazzjoni | Suġġett | Bażi legali ta' l-EU | SCH/Com-ex (96) Decl 5 18.4.1996 | Determinazzjoni tal-kunċett ta' aljen ta' pajjiż terz | għar-rekord | SCH/Com-ex (96) Decl 6 Rev 2 26.6.1996 | Dikjarazzjoni dwar estradizzjoni | Article 31(b) TEU flimkien ma' l-Artikolu 34 TEU | SCH/Com-ex (97) Decl 13 Rev 2 21.4.1998 | Ħtif ta' minuri | Artikolu 31(a), 34 TEU | SCH/Com-ex (99) Decl 2 Rev 28.4.1999 | Struttura SIS | għar-rekord | -------------------------------------------------- ANNESS D Artikolu 5 DEĊISJONIJIET TAL-GRUPP ĊENTRALI Dikjarazzjoni | Suġġett | Bażi legali ta' l-EU | SCH/C (98) 117 27.10.1998 | Pjan ta' azzjoni biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali | Artikolu 62, 63 TEC, Artikolu 30 TEU | SCH/C (99) 25 22.3.1999 | Prinċipji ġenerali għar-remunerazzjoni ta' informanti u infiltraturi | Artikolu 30 TEU | --------------------------------------------------