Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0228

    Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 93/260/KEE u 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati mill-Arabja Sawdita (innotifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 496)Test b’ rilevanza ŻEE

    ĠU L 83, 27.3.1999, p. 77–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/228/oj

    31999D0228



    Official Journal L 083 , 27/03/1999 P. 0077 - 0079


    Id-Deċiżoni tal-Kummissjoni

    tal-5 ta’ Marzu 1999

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 93/260/KEE u 93/195/KEE u 93/197/KEE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għad-dħul temporanju u d-dħul mill-ġdid u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati mill-Arabja Sawdita

    (innotifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 496)

    (Test b’ rilevanza ŻEE)

    (1999/228/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15, 16, u 19 (ii) tagħha,

    Billi, b’Deċiżjoni tal-Kunsill 79/452/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/622/KEE [3], lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membi jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali tal-fart, majjali, tar-razza taż-żwiemel, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam ġiet stabbilita:

    Billi bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/5336/KE [5] stabbiliet ir-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju, id-dħul mill-ġdid u importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati huma stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [6], 93/195/KEE [7], 93/197/KEE [8], kollha kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 98/594/KE [9];

    Billi b’segwitu għall-missjoni ta’ l-ispezzjoni veterinarja tal-Komunità lejn l-Arabja Sawdita s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tidher li hi taħt kontroll sodisfaċjenti tas-servizzi veterinarji u b’mod partikolari l-moviment ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel minn ċerti partijiet tat-territorju fil-bqija tal-pajjiż jidher li hu kkontrollat sewwa;

    Billi l-awtoritajiet veterinarji ta’ l-Arabja Sawdita ipprovdew impenn bil-miktub li jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa b’fax, b’telegramm jew b’telex lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-konferma ta’ xi mard infettuż jew li jittieħed fl-annimali tar-razza taż-żwiemel imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE, li għandu jkun innotifikat bilfors fil-pajjiż, u fi żmien xieraq ibiddlu l-vaċċinazzjoni jew l-istrateġija ta’ l-importazzjoni f’dak li jirrigwarda l-annimali tar-razza taż-żwiemel;

    Billi, wara stħarriġ serjoloġiku mwettaq fuq it-territorju kollu ta’ l-Arabja Sawdita, il-pajjiż suppost ikun ikkunsidrat ħieles mill-glanders u d-dourine għal ta’ l-anqas sitt xhur; l-enċefalolmeletis tal-Venezwela taż-żwiemel u l-istomatitis vessikulari qatt ma seħħew, iżda evidenza seroloġika kienet misjuba għaż-żwiemel bl-artrite virali.

    Billi, meta jittieħed akkont tar-riżultati ta’ l-istħarriġ hawn fuq imsemmi, partijiet ta’ l-Arabja Sawdita ilhom ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel għal aktar minn sentejn u l-vaċċinazzjoni kontra din il-marda qatt ma ġiet imwettqa fil-pajjiż matul l-aħħar tnax-il xahar u hi uffiċjalment ipprojbita; billi b’dana kollu ċerti partijiet ta’ l-Arabja Sawdita ma jistgħux ikunu ħielsa mill-marda;

    Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Arabja Sawdita innotifikaw lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni uffiċjali ta’ stazzjoni uffiċjali ta’ kwarantina protett-mill-insetti qrib Riyadh u l-kampjuni tal-firem tal-veterinarji uffiċjali intitolati li jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ l-esportazzjoni internazzjonali;

    Billi minħabba s-sitwazzjoni tas-saħħa f’ċerti partijiet ta’ l-Arabja Sawdita jidher xieraq li jkun reġjonalizzat il-pajjiż ikkonċernat, sabiex jippermetti l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel irreġistrati biss mill-parti ħielsa mit-territorju ta’ l-Arabja Sawdita ħeiels mill-marda;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja trid tkun adottata skond is-sitwazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat; billi l-każ preżenti għandu x’jaqsam biss maż-żwiemel irreġistrati;

    Billi għal kjarezza l-kodiċi tal-pajjiżi ISO suppost ikun użat għall-emendi tal-listi ta’ pajjiżi terzi;

    Billi d-Deċiżjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 92/195/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE jridu jkunu emendati b’mod xieraq;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-Parti 2 ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, il-kolonna speċjali għaż-żwiemel irreġistrati, is-segwenti linja hi mdaħħla bi qbil ma’ l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO tal-pajjiżi:

    "SA | L-Arabja Sawdita | X | (1)" |

    Artikolu 2

    Il-Kliem li ġej huwa miżjud ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE:

    "L-Arabja Sawdita

    it-territorju kollu, bl-eċċezzjoni taż-żoni ta’ sorveljanza u protezzjoni stabbiliti bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(2) (a) tad-Direttiva 90/426/KEE, u ddelineati bil-mod segwenti:

    1. Iż-Żona ta’ protezzjoni

    1.1. Il-Provinċja Jizan

    - il-provinċja kollha, apparti mill-parti tat-tramuntana tal-post tal-kontroll f’Ash Shuqaiq fit-triq Nru. 5 u t-tramuntana tat-triq Nru. 10.

    1.2. Il-Provinċja Asir

    - il-parti tal-provinċja ddelineata bit-triq Nru. 10 bejn Ad Darb, Abha u Kamis Mushayt għat-tramuntana, ħlief il-każini ekwestrijani fil-bażijiet ta’ l-ajru u militari,

    - il-parti tal-provinċja ddelineata għat-tramuntana tat-triq Nru. 15 li twassal minn Kamis Mushayt sa Jarash, Al Uftah u Dhahran Al Janoub sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Najran,

    - il-parti tal-provinċja ddelineata sat-tramuntana tat-triq li twassal minn Al Uftah sa Al Fayd sa Badr Al Janoub (Il-Provinċja Najran).

    1.3. Il-Provinċja Najran

    - il-parti tal-provinċja ddelineata mit-triq minn Al Uftah (il-provinċja Asir) sa Badr Al Janoub u sa As Sabt u minn As Sebt tul il-Wadi Habunah għall-konġunzjoni mat-triq Nru. 177 bejn Najran u Riyadh għat-tramuntana minn din il-konġunzjoni bit-triq Nru. 177 li twassal lejn nofs-in-nhar sal-konġunzjoni mat-triq Nru. 15 minn Najran sa Sharourah,

    - il-parti tal-provinċja fin-nofs-in-nhar tat-triq Nru. 15 bejn Najran u Sharourah u l-fruntiera mal-Jemen.

    2. Iż-Żona ta’ Sorveljanza

    2.1. il-Provinċja Jizan

    - -il-parti tal-provinċja kollha apparti mill-parti tat-tramuntana tal-post tal-kontroll tat-triq f’Ash Shuqaiq fi triq Nru. 5 u t-tramuntana tat-triq Nru. 10.

    2.2. Il-Provinċja Asir

    - il-każini ekwestrijani fil-bażijiet ta’ l-ajru u militari,

    - il-parti tal-provinċja bejn il-fruntiera taż-żona ta’ protezzjoni u triq Nru. 209 minn Ash Shuqaiq sal-post tal-kontroll tat-triq Muhayil fuq it-triq Nru. 211,

    - il-parti tal-provinċja bejn il-post tal-kontroll fuq it-triq Nru. 10 fin-nofs-in-nhar ta’ Abha, l-belt ta’ Abha u l-post tal-kontroll tat-triq Ballasmer 65 km minn Abha fuq it-triq Nru. 15 li twassal għat-tramuntana,

    - il-parti tal-provinċja bejn Khamis Mushayt u l-post tal-kontroll tat-triq 90 km minn Abha fuq it-triq Nru. 255 sa Samakh u l-post tal-kontroll tat-triq f’Yarah, 90 km minn Abha, fuq it-triq Nru. 10 li twassal sa Riyadh,

    - il-parti tal-provinċja fin-nofs-in-nhar tal-linja virtwali bejn il-post tal-kontroll tat-triq f’Yarah fuq triq Nru. 10 u Khashm Ghurab fuq it-triq Nru. 177 sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Najran.

    2.3. Il-Provinċja Najran

    - il-parti tal-provinċja fin-nofs-in-nhar tal-linja bejn il-post tal-kontroll tat-triq f’Yarah fuq it-triq Nru. 10 u Khashm Ghurab fuq it-triq Nru. 177 sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Najran sat-triq tal-post tal-kontroll Khashm Ghurab, 80 km minn Najran, u l-punent tat-triq Nru. 175 li twassal sa Sharourah."

    .

    L- Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hi emendata kif ġej:

    1. Il-lista ta’ pajjiżi terzi fil-Grupp E ta’ l-Anness I hi mibdula bis-segwenti:

    "L-Emirati Arab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (1) (EĠ), l-Iżrael (IL) il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Lebanon (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), Malta (MT), il-Mawrizjus (MU), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdita (1) (SA), is-Sirja (SY), it-Tuniżja (TN), it-Turkija (1) (TR).".

    2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II (E) hu mibdul bis-segwenti:

    "ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

    għall-ammissjoni temporanja taż-żwiemel irreġistrati fit-territorju tal-Komunità mill-Emirati Arab Magħquda, il-Baħrejn, l-Alġerija, l-Eġittu (1), l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdita (1), is-Sirja, it-Tuniżja, it-Turkija (1) għal perijodu ta’ anqas minn 90 ġurnata.".

    L- Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hi emendata kif ġej:

    1. Il-lista ta’ pajjiżi terzi fil-Grupp E ta’ l-Anness I hi mibdula bis-segwenti:

    "L-Emirati Arab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (1) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Lebanon (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), Malta (MT), il-Mawrizjus (MU), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdita (1) (SA), is-Sirja (SY), ir-Tuniżja (TN), it-Turkija (1) (TR).".

    2. Il-lista tal-pajjiżi terzi taħt il-Grupp E fit-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II hu mibdul bis-segwenti:

    "L-Emirati Arab Magħquda, il-Baħrejn, l-Alġerija, l-Eġittu (1), l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdita (1), is-Sirja, it-Tuniżja, it-Turkija (1).".

    L- Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hi emendata kif ġej:

    1. Il-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E ta’ l-Anness I hi mibdula bis-segwenti:

    "L-Emirati Arab Magħquda (2) (AE), il-Baħrejn (2) (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (1) (2) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (2) (GO), il-Kuwajt (2) (KW), il-Lebanon (2) (LB), il-Libja (2) (LY), il-Marokk (MA), Malta (MT), il-Mawrizjus (MU), l-Oman, (2) (OM), il-Qatar (2) (QA), l-Arabja Sawdita (1) (2) (SA), is-Sirja (2) (SY), it-Tuniżja (TN).".

    2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II (E) hu sostitwit b’dan li ġej:

    "ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

    għall-importazzjoni fit-territorju tal-Komunità taż-żwiemel irreġistrati mill-Emirati Arab Magħquda, il-Baħrejn, l-Alġerija, l-Eġittu (1), l-Iżrael, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdita (1), is-Sirja u ta’ l-annimali tar-razza taż-żwiemel irreġistrati u dawk għat-tgħammir u l-produzzjoni mill-Alġerija, il-Marokk, Malta, il-Mawrizjus, it-Tuniżja.".

    L- Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42

    [2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

    [3] ĠU L 296, tal-5.11.1998, p. 16.

    [4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

    [5] ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 54.

    [6] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

    [7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

    [8] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

    [9] ĠU L 286, tat-23.10.1998, p. 53.

    --------------------------------------------------

    Top