EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2786

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2786/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-modifika tal-perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' l-addittivi riferiti fl-Artikolu 9i(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE

ĠU L 347, 23.12.1998, p. 25–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2786/oj

31998R2786



Official Journal L 347 , 23/12/1998 P. 0025 - 0028


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2786/98

tat-22 ta' Diċembru 1998

dwar il-modifika tal-perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' l-addittivi riferiti fl-Artikolu 9i(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2785/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 9j u 3 tagħha,

Billi d-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi illi l-addittivi l-ġodda jew l-użi ta' l-addittivi jistgħu jiġu awtorizzati, filwaqt li jitqiesu l-avvanzi fl-għerf xjentifiku u teknoloġiku;

Billi tista' tingħata awtorizzazzjoni proviżorja lill-addittivi l-ġodda jew l-użi ta' l-addittivi għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin, jekk, fil-livell permess fl-għalf, din ma taffettwax avversament is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew lill-ambjent, jew tagħmel ħsara lill-konsumatur billi tibdel il-karatteristiċi tal-prodott mill-annimali ta' l-irziezet, jekk il-preżenza fl-għalf tkun tista' tiġi kkontrollata, u jkun raġjonevoli li dak li jkun jassumi, minħabba r-riżultati disponibbli, illi jkollha effett favorevoli fuq il-karatteristiċi ta' dan l-għalf jew fuq il-produzzjoni tal-bhejjem meta jiġu inkorporati f'dan l-għalf;

Billi għadha ma tlestitx r-riċerka fl-addittivi varji riferti fl-Artikolu 9i(1) tad-Direttiva 70/524/KEE u ttrasferiti għall-Kapitolu III ta' l-Anness B li jinsab ma' din id-Direttiva li jistgħu kif jixraq jiġu proviżorjament awtorizzati fil-livell nazzjonali sat-30 ta' Novembru 1998; billi, għalhekk, il-perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi mtawwal għal perjodu stabbilit taż-żmien;

Billi l-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku tan-Nutrizzjoni ta' l-Annimali rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-antibijotiċi u l-koċċidjostati inklużi fl-Anness mar-Regolament preżenti; billi l-Kumitat ta l-opinjoni tiegħu rigward l-effikaċità, is-sigurtà u l-kontrollabbiltà ta' dawn is-sustanzi;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kapitolu III ta' l-Anness B mad-Direttiva 70/524/KEE jiġi emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika b'effett mill-1 ta' Diċembru 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta' l-14. 12. 1970, pġ. 1.

[2] Ara l-paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-Kapitolu III ta' l-Anness B mad-Direttiva 70/524/KEE jiġi emendat b'dan li ġej:

L-addittivi marbuta ma' persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq, imdaħħla fl-Anness II qabel l-1 ta' April 1998.

A. A.L-Antibijotiċi

In-Numru | L-Isem u | L-Addittiv | Il-Formula kimika, deskrizzjoni | L-Ispeċi u | L-Età | Il-Kontenut | Il-Kontenut | Disposizzjonijiet oħra | It-Tul taż-żmien |

Mg/kg ta' għalf komplut | Mg/kg ta' għalf komplut |

“31 | Iż-Żingu Baċitraċin | C66H103O16N17SZn (il-polipeptid li jkun fih minn12% sa 20 % żingu) | It-Tiġieġ għas-simna | — | 5 | 50 | — | 17. 7. 1999 |

| Il-Ħnieżer | 6 xhur | 5 | 50 | — | 17. 7. 1999 |

33 | | L-Avilamiċin | Il-Komposizzjoni tal-fattur: l-Avilamiċin A: mhux inqas minn 60 % l-Avilamiċin B:mhux inqas minn 18 %l-Avilamiċini A+B: mhux inqas minn 70 %l-Avilamiċini l-oħra singoli: mhux iktar minn 6 % | Id-Dundjani | — | 5 | 10 | — | 30. 9. 1999” |

B. Il-Koċċidjostati u s-sustanzi mediċinali l-oħra

In-Numru tar-Reġistrazzjoni | L-Isem u n-Numru tar-Reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq | L-Adittiv | Il-Formula kimika, Deskrizzjoni | L-Ispeċi jew il-Kategorija ta' l-annimal | L-Età massima | Il-Kontenut Minimu | Il-Kontenut Massimu | Disposizzjonijiet Oħra | It-Tul taż-żmien ta' l-Awtorizzazzjoni |

Mg/kg ta' għalf komplut | Mg/kg ta' għalf komplut |

“26 | Is-Sodju Salinomiċin | C42H69O11Na (il-melħ tas-sodju ta' l-aċidu polieteru monokarbossiliku prodott mill-iStreptomiċI albus)Il-Kontenut ta' l-Elajofilin: inqas minn 42 mg p għal kull kg tas-sodju salinomiċinIl-Kontenut ta' 17-epi-20-desossidesossisalinomiċin: inqas minn40 g għal kull kg tas-sodju salinomiku | Il-Fniek għas-simna | – | 20 | 25 | L-użu pprojbit għal mill-inqas ħamest ijiem qabel il-qatla. Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: Perikoluż għall-ekwiniDan l-għalf fih il-jonoforu; l-użu simultanju ma' ċerti sustanzi mediċinali (e.ż it-tijamulin) jista' jiġi kontro-indikat | 30. 9. 1999 |

| It-Tiġieġ imkabbra għall-bajd | 12-il ġimgħa | 30 | 50 | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: Perikoluż għall-ekwiniDan l-għalf fih il-jonoforu; l-użu simultanjuma' ċerti sustanzi mediċinali (e.ż it-tijamulin) jista' jiġi kontro-indikat | 30. 9. 1999 |

27 | | Id-Diklażuril | (±)-4-klorfenil(2,6-dikloro-4-(2,3,4,5-tetraidro-3,5-diosso-1,2,4-triażin-2yl-fenil)aċetonitril | Id-Dundjani | 12-il ġimgħa | 1 | 1 | L-użu pprojbit għal mill-inqas ħamest ijiem mill-qatla. | 30. 9. 1999 |

| It-tiġieġ imkabbra għall-bajd | 16-il ġimgħa | 1 | 1 | – | 30. 9. 1999 |

28 | | L-Ammonju maduramiċin | C47H83O17N (il-melħ ta' l-ammonju ta' l-aċidu polieteru monokarbossiliku prodott bl-Aktiminomadura jumensi) | Id-Dundjani | 16-il ġimgħa | 5 | 5 | L-użu pprojbit għal mill-inqas ħamest ijiem qabel il-qatla. Indika l-istruzzjonijiet għall-użu: "Perikoluż għall-ekwini""Dan l-għalf fih il-jonoforu; l-użu simultanju ma' sustanzi mediċinali (p.e. it-tijamulin) jista' jiġi kontro-indikat" | 30. 9. 1999” |

C. Il-Pomuturi tat-Tkabbir

In-Numru tar-Reġistrazzjoni | L-Isem u n-Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq | L-Addittiv | Il-formola kimika, Deskrizzjoni | L-Ispeċi jew il-Kategorija ta' l-annimal | L-Età Massima | Il-Kontenut Minimu | Il-Kontenut Massimu | Disposizzjonijiet Oħra | It-Tul taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni |

mg/kg ta' għalf komplut | mg/kg ta' għalf komplut |

–— | — | — | — | — | — | — | — | —–” |

--------------------------------------------------

Top