This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1677
Commission Regulation (EC) No 1677/98 of 29 July 1998 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98 tad-29 ta' Lulju 1998 illi jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2913/92 illi jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-KomunitàTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98 tad-29 ta' Lulju 1998 illi jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2913/92 illi jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-KomunitàTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 212, 30.7.1998, p. 18–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
Official Journal L 212 , 30/07/1998 P. 0018 - 0022
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1677/98 tad-29 ta' Lulju 1998 illi jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2913/92 illi jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Test b'rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 82/97 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 249 dwar dak, Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3), kif l-aħħar emendati mir-Regolament (KE) Nru 75/98 (4), fejn għandu x'jaqsam id-dikjarant tal-valur doganali, għandhom ikunu konformi ma' dawk applikabbli għad-dikjarant doganali, sabiex ikun hemm kull applikazzjoni aktar koerenti taż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet; Billi l-leġislazzjoni dwar l-ipproċessar fuq barra tipprovdi għal każijiet fejn l-awtorizzazzjonijiet huma mogħtija kif previst għal kull deċiżjoni tal-Kummissjoni; billi l-użu tal-proċedura għandha tiġi simplifikata permezz ta' l-emenda tal-proċedura għall-għotjien ta' l-awtorizazzjoni il kull persuna ħlief dak li jirranġa għall-ħidmiet ta' l-ipproċessar fuq barra mwettqa, b'rikors għall-proċedura tal-Kumitat kif meħtieġ; Billi sabiex ikun hemm benefiċju mit-trattament bħala merkanzija rritornata, l-prodotti agrikoli għandhom jiġu importati mill-ġdid fi żmien 12-il xahar mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, b'ebda possibilità ta' kull estensjoni; billi fid-dawl ta' l-esperjenza, l-awtoritajiet Doganali għandhom ikollhom il-permess li jħallu dan il-perjodu jintqabeż f'ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati kif dovut; billi sabiex ikun hemm unifromità assigurata fir-regolarizzazzjoni ta' rimborzi taħt il-polza tal-biedja komuni, dettalji tal-każijiet għandhom jiġu avżati lill-Kummissjoni; Billi jitqajjmu sitwazzjonijiet, b'mod partikolarment fis-settur tal-merkanzija bl-ajru, fejn kwantitajiet kbar ta' oġġetti għandhom jiġu mibgħuta taħt kondizzjonijiet ta' pressjoni konsiderevoli; billi dan jista' jwassal għal żbalji fil-konsenja ta' l-istat tal-oġġetti li huma rettifikati fuq l-inizjattiva jew f'isem il-persuna konċernata meta l-oġġetti jaslu fid-destinazzjoni tagħha; billi f'dawn il-każijiet, fejn l-oġġetti huma soġġetti biss għall-kontrolli ta' wara r-rilaxx, jista' jkun meqjus, kemm-il darba l-iżball hu korrett mingħajr ħsara għall-interessi finanzjarji, bħala li ma ġewx rilaxxati definittivament mis-superviżjoni doganali; billi din il-possibilità m'għandiex tkun miftuħa għall-abbuż; Billi hu xieraq li jiġu razzjonalizzati l-proċeduri li għandhom jiġu implimentati fuq il-livell tal-Komunità li jikkonċernaw, minn naħa waħda, s-sitwazzjonijiet li ma jinħteġux kull daħla oħra sussegwenti oħra fil-kontijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni u, minn naħa l-oħra, talbiet għall-ħlas lura jew ir-remissi tad-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni; Billi hu ta' parir illi jiżjied il-limitu li taħtu l-Istati Membri nfushom jistgħu jiddeċiedu, kemm-il darba mhemmx dubju, biex ma titwetaqx kull daħla sussegwenti oħra fil-kontijiet tad-dazju mhux imposta meta jikkunsidraw li jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li għalihom saret referenza fil-punt (b) ta' l-Artikolu 220(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 Nru 2913/92 (minn hawn 'l quddiem "il-Kodiċi"); billi magħduda ma' dan, huwa l-parir li jiġi stabbilit kull limitu f'ecus li taħtu l-Istati Membri nfishom jistgħu jiddeċiedu, kemm-il darba mhumiex f'dubju, biex jagħtu ħlas mill-ġdid jew remissi meta jikkunsidraw il-kondizzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 239(1) tal-Kodiċi qed jintlaħħqu; Billi d-dritt għal kull smiegħ, fuq il-parti tal-persuni effettwati minn kull deċiżjoni dwar id-daħla ta' wara r-rilaxx fil-kontijiet tad-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ta' l-applikanti għall-ħlas lura jew ir-remissi tad-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, għandhom jiġu assigurati; billi, għalhekk, dawn il-partijiet interessati għandhom jingħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar kull objezzjoni li l-Kummissjoni taħseb li tagħmel fid-deċiżjonijiet tagħha; billi din is-sitwazzjoni teħtieġ aġġustament tal-limiti taż-żmien għall-adozzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro (5) jipprovdi li l-euro għandha ssir il-valuta ta' l-Istati Membri parteċipanti mill-1 ta' Jannar 1999; filwaqt li l-euro hu espress, sal-31 ta' Diċemrbu 2001, fl-unitajiet nazzjonali monetarja skond ir-rati ta' konverżjoni; filwaqt li, konsekwentement, hemm ekwivalenza legali bejn l-unità ta' l-euro u l-unitajiet tal-valuta nazzjonali; billi, matul il-perjodu transizzjonali, kuntratti, liġijiet nazzjonali u strumenti legali oħrajn jistgħu jiġu stabbiliti b'mod validu fl-unità euro jew fl-unità monetarja nazzjonali; Billi, għalhekk, jidher meħtieġ li jiġu introdotti miżuri biex jaġġustaw ir-regoli għad-Dokument Amministrattiv Waħdieni sabiex l-unità euro jkollha l-permess li tiġi wżata; filwaqt li, b'konsekwenza, hu neċessarju li jiġi emendat l-Anness 37 b'dan il-għan; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/98 tat-12 ta' Frar 1998 li jemenda l-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1172/95 dwar l-istatistiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi mhux membri (6) jipprovdi għat-tibdil mill-1 ta' Jannar 1999 tan-nomenkaltura tal-pajjiż użata bħalissa għall-istatistiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-merkanzija permezz ta' nomenklatura alfabetika bbażata fuq il-kodiċi alpha-2 ISO; Billi hu għalhekk meħtieġ li jiġu aġġustati regoli għall-użu tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni sabiex jittieħed kont ta' din il-bidla; billi l-Anness 38 għandu jiġi aġġustat kif xieraq; billi hu mixtieq, madanakollu, li l-Istati Membri jkunu mħollija jibqgħu jużaw il-kodiċi kurrenti sakemm l-Annessi 37 u 38 huma sostitwita; Billi hu mixtieq li l-lista fl-Anness 87 tiġi estiża fuq bażijiet ekonomiċi għal ċertu komponenti elettroniċi u bħalhom, wara l-introduzzjoni tal-Ftehim Tekonoloġiku dwar l-Informazzjoni; Billi l-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hu emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 178(2) hu sostitwit b'li ġej: "2. Id-dikjarazzjoni tal-valur provdut fil-paragrafu 1 għandha ssir biss minn persuna stabbilità fil-Komunità u fil-pussess tal-fatti rilevanti. It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 64(2)(b) u l-Artikolu 64(3) tal-Kodiċi għandhom japplikaw mutatis mutandis". 2. L-Artikolu 759(3) hu sostitwit b'li ġej: "3. Meta aktar minn Stat Membru wieħed hu involut fil-ħidmiet ta' l-esportazzjoni u ssir kull applikazzjoni għal kull awtorizazzjoni, il-proċedura provduta fl-Artikolu 751(2) għandha tapplika. Jekk hemm objezzjonijiet għal kull abozz ta' l-awtorizazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi b' mod konformi mal-proċedura tal-Kumitat jekk l-awtorizzazzjoni tista' tiġi maħruġa u fuq liema kondizzjonijiet". 3. Is-subparagrafu li ġej hu magħdud ma' l-Artikolu 844(4): "Madanakollu, fejn l-oġġetti hu dikjarat għal ċirkolazzjoni ħielsa wara l-iskadenza tal-perjodu li għaliha saret referenza fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet Doganali ta' l-Istat Membru ta' l-importazzjoni mill-ġdid jistgħu jippermettu il-perjodu jiġi maqbuż fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dan. Meta l-awtoritajiet Doganali jħallu l-perjodu jinqabeż, għandhom jibagħtu dettalji tal-każ lill-Kummissjoni". 4. Il-paragrafu li ġej hu magħdud ma' l-Artikolu 865: "Madanakollu, fil-każ ta' kumpaniji ta' l-ajru awtorizzati biex jużaw kull proċedura ta' vjaġġ simplifikata bl-użu ta' manifest elettrokniku, l-oġġetti m'għandhomx jiġi kkunsidrati li tneħħew mis-superviżjoni doganali jekk, fuq l-inizjattiva jew f'isem il-persuna kkonċernata, jiġu ttrattati skond l-istat tagħha bħala oġġetti mhux tal-Komunità qabel ma' l-awtoritajiet doganali jsibu l-eżistenza ta' kull sitwazzjoni rregolari u jekk l-atteġġament tal-persuna konċernata ma jissuġġerixxix xi tbabis qarrieqi". 5. Fl-Artikolu 869(b), il-kliem "ECU 2 000" hu sostitwit bil-kliem li ġej "ECU 50 000". 6. L-Artikolu li ġej 872a hu mdaħħal: "L-Artikolu 872a Meta, f'kull ħin fil-proċedura prevista fl-Artikoli 872 u 873, il-Kummissjoni taħseb li tieħu kull deċiżjoni mhux favorevoli lejn il-persuna konċernata permezz tal-każ preżentat, għandha tikkomunika l-objezzjonijiet tagħha lilu/lilha bil-miktub, flimkien ma' kull dokument li fuqu tibbaża dawk l-objezzjonijiet. Il-persuna konċernata mill-każ sottomess lill-Kummissjoni għandu/għandha j(/t)esprimi l-fehma tiegħu/tagħha bil-mitkub fi żmien xahar mid-data li fiha l-objezzjonijiet kienu mibgħuta. Jekk huwa/hija ma jagħtiex/tagħtiex l-fehma tiegħu/tagħha fi żmien dak il-perjodu, hu/hi għandu/ha j/tiġi meqjus/a li ma tax/tatx każ id-dritt li j/tesprimi kull pożizzjoni". 7. L-Artikolu 873 hu emendat kif ġej: (a) Fl-ewwel u t-tieni sentenzi tat-tieni paragrafu, il-kliem "sitt xhur" huma sostitwita bil-kliem "disa' xhur". (b) Il-paragrafu li ġej hu miżjud: "Meta il-Kummissjoni tkun ikkomunikat l-oġġezzjonijiet tagħha lill-persuna konċernata mill-każ preżentat, b'mod konformi mal-Artikolu 872a, il-limitu ta' disa' xhur għandu jiġi estiż b'kull perjodu ekwivalenti għal dak bejn id-data li fiha l-Kummissjoni bagħtet l-oġġezzonijiet u d-data li fiha rċeviet it-tweġiba tal-persuna konċernata jew, fl-assenza ta' kull tweġiba, id-data ta' l-iskadenza tal-perjodu li kien imqiegħed biex jagħti/tagħti l-fehma tagħha". 8. Fl-Artikolu 905(1), it-tieni subparagrafu li ġej hu mdaħħal: "Madanakollu, ħlief jekk l-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjonijet hi f'dubju, tista' tiddeċiedi hi nfisha li tagħti ħlas lura jew tirrinunzja mid-dazji f'każijiet fejn hi tikkunsidra li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 239(1) tal-Kodiċi huma eżawriti, kemm-il darba l-ammont ikkonċernat għal kull operatur fejn għandha x'taqsam ħidma ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni waħda jew iktar, imma li jitqajmu mill-istess sitwazzjoni waħda u l-istess waħda speċjali, hu inqas minn 50 000 ECU". 9. L-Artikolu li ġej 906a hu mdaħħal: "L-Artikolu 906a Meta, f'kull ħin fil-proċedura pprovduta fl-Artikoli 906 u 907, il-Kummissjoni taħseb li tieħu kull deċiżjoni li mhix favorevoli lejn l-applikant għall-ħlas lura jew rinunzja, għandha tikkomunika l-oġġezzjonijiet tagħha lilu/lilha bil-miktub, flimkien ma' kull dokumenti li fuqu tibbaża dawk l-oġġezzjonijiet. L-applikant għall-ħlas lura jew rinunzja għandu j(/t)esprimi l-fehma tiegħu/tagħha bil-miktub f'kull perjodu ta' xahar mid-data li fiha l-objezzjonijiet kienu ntbagħtu. Jekk hu/hi ma j/tagħtix il-fehma tiegħu/tagħha fi żmien dak il-perjodu, hu/hi għandu/ha j/tiġi meqjus/a li kien/et injora/t id-dritt li j/tesprimi kull pożizzjoni". 10. L-Artikolu 907 hu emendat kif ġej: (a) Fl-ewwel u t-tieni sentenzi tat-tieni paragrafu, il-kliem "sitt xhur" huma sostitwita bil-kliem "disa' xhur". (b) Il-paragrafu li ġej hu miżjud: "Meta l-Kummissjoni tkun ikkomunikat l-oġġezzjonijiet tagħha lill-applikant għall-ħlas lura jew rinunzji, b' mod konformi mal-Artikolu 906a, il-limitu ta' disa' xhur għandu jiġi estiż b'kull perjodu ekwivalenti għal dak bejn id-data li fiha l-Kummissjoni bagħtet l-oġġezzjonijiet u d-data li fiha rċeviet it-tweġiba tal-parti interessata jew, fl-assenza ta' kull tweġiba, id-data ta' l-iskadenza tal-perjodu li kien mogħti lilu/lilha biex j/tagħti il-fehma tiegħu/tagħha". 11. L-Anness 37 hu emendat b'mod konformi ma' l-Anness I ta' hawnhekk. 12. L-Anness 38 hu emendat b'mod konformi ma' l-Anness II ta' hawnhekk. 13. L-Anness 87 hu emendat b'mod konformi ma' l-Anness III ta' hawnhekk. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-Punti 11 u 12 ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membru kollha. Magħmul fi Brussell, fid-29 ta' Lulju 1998. Għall-Kummissjoni Mario MONTI Membru tal-Kummissjoni L-ANNESS I L-Anness 37 hu emendat kif ġej: 1. In-noti li jservu ta' spjega fit-titolu II, it-taqsimiet A u Ċ għall-kaxxa numru 44 huma supplimentati bil-paragrafi li ġejjin: "Mill-1 ta' Jannar 1999, id-dikjarazzjonijiet magħmula fl-Istati Membri li jagħtu l-opportunità lill-operaturi li jagħżlu li jużaw l-unità ta' l-euro għall-iffissar tad-dikjarazzjonijiet doganali tagħhom għandhom jinkludu, f'din il-kaxxa, preferibbilment fis-subdiviżjoni fir-rokna tan-naħa t'isfel tal-lemin, kull indikatur ta' l-unità tal-valuta, l-unità nazzjonali jew l-unità euro, wżata. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan l-indikatur jiġi mdaħħal biss fil-kaxxa numru 44 għall-ewwel oġġett tal-merkanzija tad-dikjarazzjoni. F'dan il-każ, l-informazzjoni tkun meqjusa valida għall-oġġetti kolha tajba tal-merkanzija tad-dikjarazzjoni. Dan l-indikatur jiġi kkostitwit bil-kodiċi tal-valuta iso-alpha-3 (ISO 4217)". 2. L-ewwel paragrafu tan-nota ta' tifsir fit-titolu II, it-taqsima A, għall-kaxxa 46 hu sostitwit bit-test li ġej: "Daħħal il-valur statistiku espress fl-unità tal-munita li l-kodiċi tiegħu jista' jidher fil-kaxxa numru 44, jew, fl-assenza ta' dan il-kodiċi fil-kaxxa numru 44, fil-munita ta' l-Istat Membru fejn il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni huma mitmuma, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ". 3. In-nota li tfisser fit-titolu II, it-taqsima A għall-kaxxa numru 47 hi mitmuma bil-paragrafu li ġej li hu mdaħħal wara t-test kurrenti. "L-ammonti f'din il-kaxxa huma espressi fl-unità tal-munita li l-kodiċi tagħha jista' jidher fil-kaxxa numru 44, jew, fl-assenza ta' dan il-kodiċi fil-kaxxa numru 44, fil-munita ta' l-Istat Membru fejn il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni huma mitmuma". 4. In-nota li tfisser fit-titolu II, it-taqsima Ċ għall-kaxxa numru 45 hi mitmuma bil-paragrafu li ġej li hu mdaħħal wara t-test kurrenti: "L-ammonti f'din il-kaxxa huma espressi fl-unità tal-munita li l-kodiċi tagħha jista' jidher fil-kaxxa 44, jew fl-assenza ta' dan il-kodċi fil-kaxxa 44, fil-munita ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni". 5. L-ewwel paragrafu tan-nota li tfisser fit-titolu II, it-taqsima Ċ, għall-kaxxa numru 46 hu sostitwit bit-test li ġej: "Daħħal il-valur statistiku espress fl-unità tal-munita li l-kodiċi tagħha jista' jidher fil-kaxxa numru 44, jew, fl-assenza ta' dan il-kodiċi fil-kaxxa numru 44, fil-valuta ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ". 6. In-nota li tfisser fit-titolu II, it-taqsima Ċ għall-kaxxa numru 47 hi mitmuma bil-paragrafu li ġej li hu mdaħħal wara t-test kurrenti: "L-ammonti f'din il-kaxxa huma espressi fil-unità tal-munita li l-kodiċi tagħha jista' jidher fil-kaxxa numru 44, jew, fl-assenza ta' dan il-kodiċi fil-kaxxa numru 44, fil-munita ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni". L-ANNESS II L-Anness 38 hu emendat kif ġej: In-nota li tfisser dan mal-kaxxa numru 22 (il-munita tal-fattura) hi sostitwita b' li ġej: "Il-munita tal-fattura għandha tiġi murija permezz tal-kodiċi tal-valuta ISO alpha-3 (ISO 4217). Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jużaw il-kodiċi ta' tliet nurmi ġeonomenklaturali adottati bis-saħħa ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (*). * ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10." L-ANNESS III Il-punt li ġej hu miżjud ma' l-Anness 87: Kolonna 1 Kolonna 2 Ordni Nru Merkanzija li l-process tagħha taħt il-kontroll doganali hu awtorizzat L-ipproċessar li jista' jitwettaq "18 Kull tip elettroniku ta' komponenti, partijiet, assemblaġġi (inklużi sub-assemblaġġi), jew materja (kemm jekk elettronika jew le), li huma essenzjali ghall-ezekuzzjoni tat-tħaddim elettroniku tal-prodott ipproċessat L-iprocessar ghal prodotti tat-teknoloġija tal-informatika li jaqgħu fi ħdan: 1. kull subintestatura NM li tinstab fl-iskeda: "KE-ITA CXL" tad-Deciżjoni tal-Kunsill 97/359/KE (*) meta kull eżenzjoni mid-dazju jopera fid-data ta' awtorizzazzjoni, jew 2. kull subintestatura NM prevista fl-Artikoli 1, 2 jew 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2216/97 (**) meta sospensjoni awtonoma ta' dazju topera fid-data ta' l-awtorizzazzjoni (*) ĠU L 155, tat-12.6.1997, p. 1 (il-Ftehim dwar it-Teknoloġjia tal-Informatika). (**) ĠU L 305, tat-8.11.1997, p.1." 1 ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. 2 ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1. 3 ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. 4 ĠU L 7, tat-13.1.1998, p. 3. 5 ĠU L 139, tal-11.5.1998, p. 1. 6 ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 6