This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R0447
Commission Regulation (EC) No 447/98 of 1 March 1998 on the notifications, time limits and hearings provided for in Council Regulation (EEC) No 4064/89 on the control of concentrations between undertakings (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 447/98 ta' l-1 Marzu 1998 dwar n-notifiki, perjodi ta' żmien u smiegħ tal-partijiet li hemm provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżiTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 447/98 ta' l-1 Marzu 1998 dwar n-notifiki, perjodi ta' żmien u smiegħ tal-partijiet li hemm provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżiTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 61, 2.3.1998, p. 1–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Imħassar b' 32004R0802
Official Journal L 061 , 02/03/1998 P. 0001 - 0028
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 447/98 ta' l-1 Marzu 1998 dwar n-notifiki, perjodi ta' żmien u smiegħ tal-partijiet li hemm provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b'relevanza għaż-ŻEE) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Ftehim dwar Iż-Żona Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 fuq l-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1310/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 17 tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel regolament li jimplimenta l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat [3], kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja w l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 tad-19 ta' Lulju 1968 li japplika regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-linji tal-ferrovija, toroq u kanali interni [4], kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu, Wara li kkunsidraw r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 tat-22 Diċembru 1986 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat lit-trasport marittimu [5], kif emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87 tal-14 ta' Diċembru 1987 li jipprovdi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru [6], kif emendat l-aħħar b'Regolament (KEE) Nru 2410/92 [7], u partikolarment l-Artikolu 19 tiegħu, Wara li ikkonsultaw l-Kumitat tal-Pariri dwar Konċentrazzjonijiet, (1) Billi Regolament (KEE) Nru 4064/89 u partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu ġie emendat b'Regolament (KE) Nru 1310/97; (2) Billi Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 3384/94 [8], li jimplimenta r-Regolament (KEE) Nru 4064/89, għandu jiġi modifikat sabiex jieħu konsiderazzjoni ta' dawk l-emendi; billi esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 3384/94 nħass l-bżonn illi jitjiebu ċertu aspetti proċedurali tiegħu; billi għall-fini taċ-ċarezza għandu għalhekk jitbiddel b'regolament ġdid; (3) Billi l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni 94/810/KEFA, KE tat-12 ta' Diċembru 1994 dwar it-termini ta' referenza ta' uffiċjali tas-smiegħ fi proċeduri tal-kompetizzjoni qabel il-Kummissjoni [9]; (4) Billi Regolament (KEE) Nru 4064/89 huwa ibbażat fuq il-prinċipju ta' notifikazzjoni obbligatorju ta' konċentrazzjonijiet qabel ma' jidħlu fis-seħħ; billi, min naħa waħda, notifika għandha konsegwenzi legali importanti li huma favorevoli għall-partijiet tal-pjan ta' konċentrazzjoni, fil-waqt li, nuqqas li tħares l-obbligu li tinnotifika tpoġġi l-partijiet f'posizzjoni fejn jistgħu jeħlu multa u jistgħu ukoll isofru żvantaġġi skond l-liġi ċivili; billi huwa għalhekk neċessarju fl-interess ta' ċertezza legali illi jiġu definiti b'mod preċiż l-materja tas-suġġett u l-kontenut ta' l-informazzjoni li għandha tiġi provduta fin-notifika; (5) Billi huwa obbligu tal-partijiet li jinnotifikaw sabiex jiżvelaw b'mod komplut u onest lill-Kummissjoni l-fatti u ċirkostanzi li huma relevanti sabiex tittieħed deċizzjoni fuq il-konċentrazzjoni notifikata; (6) Billi sabiex l-eżami tan-notifika ikun simplifikat u mgħaġġel, huwa mixtieq illi jiġi preskritt li formola għandha tibda' tintuża; (7) Billi minħabba li n-notifika tibda l-limiti taż-żmien legali skond r-Regolament (KEE) Nru 4064/89, il-kondizzjonijiet li jirregolaw dawn l-limiti taż-żmien u ż-żmien meta jsiru effettivi għandu ukoll jiġi determinat; (8) Billi għandhom isiru regoli fl-interessi ta' ċertezza legali sabiex jiġu kalkulati t-termini taż-żmien li hemm provduti fir-Regolament (KEE) Nru 4064/89; billi b'mod partikolari, l-bidu u t-tmiem tal-perjodu u ċ-ċirkostanzi li jissospendu l-mogħdija tal-perjodu għandhom ikunu stabbiliti, fil-waqt li tingħata attenzjoni lill-bżonnijiet li jirriżultaw minn limiti taż-żmien legali eċċezjonalment qosra msemmija hawn fuq; billi fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet speċifiċi d-determinazzjoni ta' regoli applikabbli għall-perjodi, dati u limiti taż-żmien għandhom ikunu ibbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 [10]; (9) Billi d-disposizzjonijiet rigward l-proċedura tal-Kummissjoni għandhom ikunu mpoġġijha f'qafas b'tali mod illi jissalvagwardja b'mod komplet d-dritt li wieħed jinstemgħa u d-drittijiet ta' difiża; billi għal dawn l-għanjijiet l-Kummissjoni għandha tiddistingwi bejn l-partijiet li jinnotifikaw l-konċentrazzjoni, partijiet oħra involuti fil-pjan ta' konċentrazzjoni, terżi persuni u partijiet rigward liema l-Kummissjoni biħsieba tieħu deċiżjoni u timponi multa jew pagamenti ta' penali perjodiċi; (10) Billi il-Kummissjoni, għandha tagħti lill-partijiet li jagħmlu n-notifika u lill-partijiet oħra involuti, jekk dawn hekk jitolbu, opportunità qabel in-notifika sabiex jiddiskutu l-konċentrazzjoni maħsuba, b'mod informali u f'kunfidenza stretta; billi, ukoll, għandha, wara in-notifika, tkompli iżżomm kuntatt mill-qrib ma' dawk l-partijiet sakemm huwa neċessarju sabiex tiddiskuti magħhom xi problemi prattiċi jew legali li hija tiskopri fuq l-ewwel eżami tal-każ u jekk possibli li tneħħi dawn il-problemi bi ftehim tal-partijiet kollha; (11) Billi skond il-prinċipju tad-drittijiet ta' difiża, l-partijiet li jagħmlu n-notifika għandhom jingħataw l-opportunità li jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet kollha li l-Kummissjoni tipproponi li tieħu konsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħha; billi l-partijiet l-oħra involuti għandhom ukoll ikunu infurmati bl-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni u mogħtija l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom; (12) Billi terżi persuni oħra li għandhom biżżejjed interess għandhom ukoll jingħataw opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom meta jagħmlu applikazzjoni bil-miktub; (13) Billi l-persuni varji intitolati li jissottometti kummenti għandhom jagħmlu hekk bil-miktub, kemm fl-interess tagħhom u fl-interess ta' l-amministrazzjoni ġusta, mingħajr preġudizzju għal dritt tagħhom li jitolbu smiegħ orali formali fejn xieraq sabiex jissupplimenta l-proċedura bil-miktub; billi f'każijiet urġenti, madankollu, l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tipproċedi immedjatament għal smiegħ orali formali tal-partijiet li jagħmlu n-notifika, partijiet oħra nvoluti jew terżi persuni; (14) Billi huwa neċessarju illi jiġu definiti d-drittijiet ta' persuni li ser jinstemgħu, sa fejn għandhom jingħataw aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni u fuq liema kondizzjonijiet jistgħu ikunu rappreżentati jew assistiti; (15) Billi l-Kummissjoni għandha tirrispetta l-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom u informazzjoni kunfidenzali oħra; (16) Billi, sabiex l-Kummissjoni tkun tista' twettaq stima kif xieraq tal-wedgħiet li għandhom l-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, u sabiex jiżguraw konsultazzjoni xierqa ma' partijiet oħra involuti, terżi persuni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri kif hemm provdut fir-Regolament (KEE) Nru 4064/89, partikolarment l-Artikolu 18(1) u (4) ta' l-istess, l-proċedura u l-limiti taż-żmien ta' dawn il-wedgħiet kif provdut fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandhom ikunu provduti; (17) Billi huwa ukoll neċessarju illi jiġu definiti r-regoli għall-iffissar u l-kalkolu tal-limiti taż-żmien għar-risposta iffissata mill-Kummissjoni; (18) Billi l-Kumitat tal-Pariri dwar Konċentrazzjonijiet għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq il-bażi ta' deċizjoni f'abbozz preliminari; billi għandu għalhekk ikun konsultat fuq każ wara li l-inkjesta f'dak il-każ tkun kompluta; billi din il-konsultazzjoni madanakolu ma' tiipprevenix lill-Kummissjoni milli terġa tiftaħ inkjesta jekk ikun hemm bżonn, Adottaw dan ir-Regolament: KAPITOLU I NOTIFIKI Artikolu 1 Persuni intitolati li jagħmlu notifiki 1. Notifiki għandhom ikunu sottomessi mill-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89. 2. Fejn notifiki huma iffirmati minn rappreżentanti ta' nies jew ta' impriżi, dawn ir-rappreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati sabiex jaġixxu. 3. Notifikazzjonijiet konġunti għandhom ikunu sottomessi minn rapreżentant konġunt illi huwa awtoriżżat sabiex jitrażmetti u jirċievi dokumenti f'isem l-partijiet kollha li jagħmlu n-notifika. Artikolu 2 Sottomissjoni ta' notifiki 1. Notifiki għandhom ikunu sottomessi fil-mod preskritt fil-formola CO kif muri fl-Anness. Applikazzjonijiet konġunti għandhom jiġu sottomessi f'formola waħda. 2. Oriġinal waħda u 23-il kopja tal-formola CO u d-dokumenti li jappoġġawha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-formola CO. 3. Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom ikunu jew oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali; f'dan l-aħħar każ il-parti li jkun qed jagħmel in-notifika għandu jikkonferma illi huma vera u kompluti. 4. Notifiki għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Din il-lingwa għandha tkun ukoll il-lingwa tal-proċeduri għall-partijiet li jinnotifikaw. Dokumenti ta' appoġġ għandhom jiġu sottomessi fil-lingwa oriġinali tagħhom. Fejn il-lingwa oriġinali mhiex waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, traduzzjoni fil-lingwa tal-proċeduri għandha tkun annessa. 5. Fejn notifiki huma magħmlua skond l-artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE, dawn jistgħu ukoll ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istati ta' l-EFTA jew l-lingwa li taħdem biha l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA. Jekk il-lingwa magħżula għan-notifiki mhiex lingwa uffiċjali tal-Komunità, l-partijiet li jagħmlu n-notifika għandhom simultanjament jissupplimentaw d-dokumentazzjoni kollha bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità. Il-lingwa magħżula għat-traduzzjoni għandha tiddetermina l-lingwa użata mill-Kummissjoni bħala l-lingwa tal-proċeduri għall-partijiet li jinnotifikaw. Artikolu 3 Informazzjoni u dokumenti li għandhom jiġu provduti 1. Notifiki għandu jkun fihom l-informazzjoni, inkluż d-dokumenti, mitluba mill-formola CO. L-informazzjoni għandha tkun korretta u kompluta. 2. Il-Kummissjoni tista teżenta mill-obbligu li tiġi provduta xi informazzjoni partikolari, inkluż dokumenti, meħtieġa mill-formola CO fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li din l-informazzjoni mhiex neċessarja għall-eżaminazzjoni tal-każ. 3. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat riċevuta ta' l-applikazzjoni bil-miktub lill-partijiet li jagħmlu in-notifika, u ta' kull risposta għal ittra mibgħuta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(2) u (4). Artikolu 4 Data effettiva tan-notifika 1. Soġġett għall-paragrafi 2, 3 u 4, notifiki għandhom isiru effettivi fid-data li fihom jiġu rċevuti mill-Kummissjoni. 2. Fejn l-informazzjoni, inkluż dokumenti, li jkunu jinsabu fin-notifika mhiex kompluta f'rispett materjali, il-Kummissjoni għandha tinforma l-partijiet li jagħmlu n-notifika jew r-rapreżentanti tagħhom bil-miktub mingħajr dewmien u għandha tiffissa perjodu taż-żmien xieraq sabiex l-informazzjoni tiġi kompletata. F'dawn il-każi, n-notifika għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-informazzjoni kompluta tkun waslet għand il-Kummissjoni. 3. Tibil materjali fil-fatti li jkunu jinsabu fin-notifika li l-partijiet li jinnotifikaw jafu jew imisshom kienu jafu għandhom ikunu komunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. F'dawn il-każijiet meta dan it-tibdil materjali jista' jkollu effett sinjifikanti fuq l-istima tal-konċentrazzjoni, n-notifika tista' tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala li issir effettiva fid-data li fiha l-informazzjoni fuq it-tibdil materjali huwa riċevut mill-Kummissjoni; l-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet li jagħmlu n-notifika jew r-rappreżentanti tagħhom b'dan bil-miktub u mingħajr dewmien. 4. Informazzjoni mhux korretta jew informazzjoni qarrieqa għandha titqies bħala informazzjoni mhux kompluta. 5. Meta l-Kummissjoni tippublika l-fatt tan-notifika skond l-artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, hija għandha tispeċifika d-data meta n-notifika ġiet riċevuta. Fejn, wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 4, d-data effettiva tan-notifika hija aktar tard mid-data speċifikata f'din il-pubblikazzjoni, l-Kummissjoni għandha toħroġ pubblikazzjoni oħra li fiha issemmi d-data li hija l-aktar tard. Artikolu 5 Konverżjoni ta' notifiki 1. Fejn l-Kummissjoni issib illi l-operazzjoni innotifikata ma' tikostitwixxix konċentrazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, għandha tinforma l-partijiet li għamlu n-notifika jew ir-rappreżentanti tagħhom bil-miktub. F'dan il-każ, l-Kummissjoni għandha, jekk tiġi mitluba mill-partijiet li għamlu n-notifika, kif xieraq u soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, titratta n-notifika bħala applikazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 jew notifika skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 17, bħala applikazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12 jew notifika skond it-tifsira ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1017/68, bħala applikazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 4056/86 jew bħala applikazzjoni skond t-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) jew ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3975/87. 2. F'każijiet msemmijha fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza, l-Kummissjoni tista' titlob illi l-informazzjoni mogħtijha fin-notifika tkun supplimentata f'perjodu ta' żmien xieraq iffissat minnha sakemm dan ikun neċessarju sabiex issir stima ta' l-operazzjoni fuq l-bażi tar-Regolamenti msemmija f'dik is-sentenza. L-applikazzjoni jew notifika għandha tittieħed li taderixxi mal-ħtiġijiet ta' dawn ir-Regolamenti mid-data tan-notifika oriġinali fejn informazzjoni addizjonali hija riċevuta mill-Kummissjoni matul l-perjodu taż-żmien iffissat. KAPITOLU II PERJODI TAŻ-ŻMIEN Artikolu 6 Bidu tal-perjodi 1. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibda fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' l-irċevuta tan-notifika mill-Istat Membru. 2. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(4)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibda fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol wara d-data effettiva tan-notifika, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. 3. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibda fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol wara d-data tar-referenza mill-Kummissjoni. 4. L-perjodi msemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibda fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol wara d-data effettiva tan-notifika, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. 5. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibda fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol wara l-ġurnata li fiha bdew l-proċeduri. 6. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 22(4), tieni subparagrafu, tieni sentenza, tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jibda fil-bidu tal-ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' l-ewwel fatti msemmija. Artikolu 7 Tmiem tal-perjodi 1. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li fit-tielet ġimgħa wara dik li fiha l-perjodu beda hija l-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. 2. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(4)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li fit-tielet xahar wara dak li fih l-perjodu taqa' fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. Meta din il-ġurnata ma sseħħx f'dak ix-xahar, l-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem ta' l-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar. 3. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li fir-raba' xahar wara dak li fih l-perjodu taqa' fl-istess data bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. Meta din il-ġurnata ma' sseħħx f'dak ix-xahar, l-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem ta' l-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar. 4. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li fix-xahar wara dak li fih l-perjodu beda taqa' fl-istess data bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. Meta din il-ġurnata ma sseħħx f'dak ix-xahar, l-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem ta' l-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar. 5. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(1), tieni subparagrafu, tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li hija s-sitt ġimgħa wara dik li fiha l-perjodu beda hija l-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. 6. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li fir-raba' xahar wara dak li fih l-perjodu taqa' fl-istess data bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. Meta din il-ġurnata ma sseħħx f'dak ix-xahar, l-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem ta' l-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar. 7. L-perjodu msemmi fl-Artikolu 22(4), tieni subparagrafu, tieni sentenza, tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata li fix-xahar wara dak li fih l-perjodu beda taqa' fl-istess data bħal ġurnata li minnha l-perjodu beda jgħaddi. Meta din il-ġurnata ma sseħħx f'dak ix-xahar, l-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem ta' l-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar. 8. Fejn l-aħħar ġurnata tal-perjodu mhix ġurnata tax-xogħol, l-perjodu għandu jintemm mat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Artikolu 8 Rkupru ta' vaganzi La darba t-tmiem tal-perjodu ġie stabbilit b'mod konformi mal-Artikolu 7, jekk festi pubbliċi jew festi oħra tal-Kummissjoni msemmijha fl-Artikolu 23 jaqgħu matul l-perjodi msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 22 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, numru korrispondenti ta' ġranet tax-xogħol għandhom jiġu miżjuda ma' dawk l-perjodi. Artikolu 9 Sospensjoni tal-perjodu taż-żmien 1. L-perjodi msemmijha fl-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jkun sospiż meta l-Kummissjoni, skond l-artikolu 11(5) u l-Artikolu 13(3) ta' dak ir-Regolament, għandha tieħu deċiżjoni għaliex: (a) informazzjoni li l-Kummissjoni talbet skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 minn wieħed mill-partijiet li jagħmlu n-notifika jew parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, mhiex provduta jew mhiex provduta b'mod komplet matul il-perjodu taż-żmien iffissat mill-Kummissjoni; (b) informazzjoni li l-Kummissjoni talbet skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 minn terza parti, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, mhiex provduta jew mhiex provduta b'mod komplet matul il-perjodu taż-żmien iffissat mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi li għalihom wieħed mill-partijiet li għamel in-notifika jew parti oħra nvoluta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, hija responsabbli; (ċ) wieħed mill-partijiet li għamel in-notifika jew parti oħra nvoluta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, irrifjutat illi tissottometti ruħha għal investigazzjoni li kienet meqjusa xierqa mill-Kummissjoni fuq bażi ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 jew li jikkopera fil-ħidma ta' din l-investigazzjoni b'mod konformi ma' dik id-disposizzjoni; (d) l-partijiet li għamlu n-notifika naqsu milli jinfurmaw l-Kummissjoni b'tibdil materjali fil-fatti li jinsabu fin-notifika. 2. L-perjodi msemmija fl-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/88 għandhom ikunu sospiżi: (a) fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), għall-perjodu bejn t-tmiem tal-perjodu taż-żmien iffissat fit-talba għall-informazzjoni u l-irċevuta ta' l-informazzjoni kompluta u korretta mitluba mid-deċiżjoni; (b) fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1(c), għall-perjodu bejn l-attentat bla suċċess li titwettaq l-investigazzjoni u t-tmiem ta' l-investigazzjoni ordnata bid-deċiżjoni; (ċ) fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1(d), għall-perjodu bejn meta seħħ it-tibdil fil-fatti msemmija hemm u l-irċevuta ta' l-informazzjoni kompluta u korretta mitluba b'deċiżjoni jew t-tmiem ta' l-investigazzjoni ordnata b'deċiżjoni. 3. Is-sospensjoni tal-limitu taż-żmien għandha tibda fil-ġurnata wara dik li fiha l-avveniment li ħoloq is-sospensjoni seħħ. Għandha tintemm bit-tmiem tal-ġurnata li fiha ir-raġuni għas-sospensjoni titneħħa. Fejn din il-ġurnata mhiex ġurnata tax-xogħol, s-sospensjoni tal-perjodu taż-żmien għandha tintemm mat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Artikolu 10 Konformità mal-perjodi taż-żmien 1. Il-perjodi taż-żmien msemmija fl-Artikolu 9(4) u (5), u l-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandhom jintlaħqu meta l-Kummissjoni tkun ħadet d-deċiżjoni relevanti qabel l-aħħar tal-perjodu. 2. L-perjodu taż-żmien msemmi fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintlaħaq meta Stat Membru jinforma l-Kummissjoni qabel t-tmiem tal-perjodu bil-miktub. 3. L-perjodu taż-żmien msemmi fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintlaħaq meta l-Awtorità Kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat jippublika xi rapport jew jħabbar il-konklużjonijiet ta' l-eżami tal-konċentrazzjoni qabel tmiem l-perjodu. 4. L-perjodu taż-żmien msemmi fl-Artikolu 22(4), tieni subparagrafu, tieni sentenza, tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandu jintlaħaq meta t-talba magħmula mill-Istat Membru jew l-Istati Membri hija rċevuta mill-Kummissjoni qabel tmiem l-perjodu. KAPITOLU III SMIIEGĦ TAL-PARTIJIET U TA' PARTIJIET TERZI. Artikolu 11 Partijiet li għandhom jinstemgħu Għall-finijiet tad-drittijiet tas-smiegħ skond l-artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, l-partijiet li ġejjien huma magħrufa: (a) partijiet li jinnotifikaw, jiġifieri, persuni jew impriżi li jissottomettu notifika skond l-artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89; (b) partijiet oħra nvoluti, jiġifieri, partijiet għall-pjan ta' konċentrazzjoni ħlief l-partijiet li jinnotifikaw, bħall-bejjiegħ u l-impriża li hija l-mira tal-konċentrazzjoni; (ċ) partijiet terzi, jiġifieri, persuni naturali jew legali li juru interess suffiċjenti, inkluż klijenti, dawk li jipprovdu provvisti u kompetituri, u speċjalment membri i ta' l-amministrazzjoni jew ta' l-immaniġjar ta' l-impriża ikkonċernata jew rappreżentanti tal-ħaddiema rikonoxxuti ta' dawk l-impriżi; (d) partijiet rigward min il-kummissjoni biħsiebha tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 14 jew 15 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89. Artikolu 12 Deċiżjonijiet dwar is-sospensjoni ta' konċentrazzjonijiet 1. Fejn l-Kummissjoni biħsiebha tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 li taffettwa b'mod negattiv wieħed jew aktar mill-partijiet, għandha, skond l-Artikolu 18(1) ta' dak ir-Regolament, tinforma l-partijiet li jagħmlu n-notifika u partijiet oħra nvoluti bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha u tiffissa perjodu taż-żmien li fih huma jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom. 2. Fejn l-Kummissjoni, skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, ħadet deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'mod proviżorju mingħajr ma' tgħat l-partijiet li għamlu n-notifika u partijiet oħra nvoluti l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom, hija għandha mingħajr dewmien tingħatilhom it-test tad-deċiżjoni proviżorja u tiffissa perjodu taż-żmien li fih jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom. La darba l-partijiet li jagħmlu n-notifika u partijiet oħra nvoluti jkunu taw il-fehmiet tagħhom, l-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali li tannulla, temenda jew tikkonferma d-deċiżjoni proviżorja. Fejn ma tawx il-fehmiet tagħhom fil-perjodu taż-żmien iffissat, id-deċiżjoni proviżorja tal-Kummissjoni għandha issir finali mat-tmiem ta' dak il-perjodu. 3. Il-partijiet li jinnotifikaw u partijiet oħra involuti għandhom jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub jew b'mod orali fil-perjodu taż-żmien iffissat. Jistgħu jikkonfermaw d-dikjarazzjonijiet orali tagħhom bil-miktub. Artikolu 13 Deċiżjonijiet dwar is-sustanza tal-każ 1. Fejn l-Kummissjoni biħsiba tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 8(2), tieni suparagrafu, jew l-Artikolu 8(3), (4) jew (5) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, għandha, qabel ma' tikonsulta l-Kumitat tal-Pariri dwar konċentrazzjonijiet, tisma' l-partijiet skond l-Artikolu 18(1) u (3) ta' dak ir-Regolament. 2. L-Kummissjoni għandha tindirizza l-oġġezzjonijiet tagħha bil-miktub lill-partijiet li jinnotifikaw. Il-Kummissjoni għandha, meta tkun qed tagħti notifikata' oġġezzjonijiet, tiffissa perjodu ta' żmien li fih l-partijiet li jagħmlu n-notifika jistgħu jinfurmawha bil-miktub dwar il-fehmiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma partijiet oħra nvoluti bil-miktub dwar dawn l-oġġezzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha ukoll tiffissa perjodu ta' żmien li fih dawk l-partijiet oħra nvoluti jistgħu jinfurmawha bil-miktub dwar il-fehmiet tagħhom. 3. Wara li tkun indirizzat l-oġġezzjonijiet lill-partijiet li jagħmlu n-notifika, l-Kummissjoni għandha, jekk tiġi mitluba, tagħtihom aċċess għall-fajl sabiex ikunu jistgħu jeserċitaw id-drittijiet tagħhom għad-difiża. Il-Kummissjoni għandha, jekk tiġi mitluba, tagħti ukoll lill-partijiet l-oħra nvoluti li ġew nfurmati bl-oġġezzjonijiet aċċess għall-fajl sakemm dan huwa neċessarju sabiex dawn jippreparaw l-osservazzjonijiet tagħhom. 4. Il-partijiet li lilhom ġew indirizzati l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni jew li ġew nfurmati b'dawk l-oġġezzjonijiet għandhom, fil-perjodu taż-żmien iffissat, jagħtu bil-miktub il-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet. Fil-kummenti tagħhom bil-miktub, jistgħu jagħtu is-suġġetti kollha relevanti għall-każ u jistgħu jehmżu kull dokumentazzjoni relevanti bħala prova tal-fatti mogħtija. Jistgħu ukoll jipproponu illi l-Kummissjoni tisma' persuni li jistgħu jikkorraboraw dawk l-fatti. Għandhom jissottomettu oriġinal wieħed u 29 il-kopja tar-risposta tagħhom lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-formola CO. 5. Fejn l-Kummissjoni biħsiba tieħu deċiżżjoni skond l-Artikolu 14 jew 15 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, għandha, qabel ma' tikonsulta l-Kumitat tal-Pariri dwar Konċentrazzjonijiet, tisma' skond l-artikolu 18(1) u (3) ta' dak ir-Regolament l-partijiet li dwarhom l-Kummissjoni biħsibha tiegħu dik id-deċiżjoni. L-proċedura provduta fil-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagarfi, paragarfu 3, u paragarfu 4 japplika, mutatis mutandis. Artikolu 14 Proċeduri orali 1. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li jagħmlu n-notifika li jkunu hekk talbu fil-kummenti bil-miktub tagħhom l-opportunità li jressqu l-argumenti tagħhom b'mod orali fi smiegħ formali jekk dawn l-partijiet juri interess suffiċjenti. Tista' ukoll f'każijiet oħra tagħti lil dawn l-persuni l-opporutnità li jesprimu l-fehmiet tagħhom b'mod orali. 2. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet oħra nvoluti li jkunu hekk talbu fil-kummenti bil-miktub tagħhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom b'mod orali fi smiegħ formali jekk huma juru interess suffiċjenti. Tista' ukoll f'każijiet oħra tagħti lil dawn l-persuni l-opporutnità li jesprimu l-fehmiet tagħhom b'mod orali. 3. IL-Kummissjoni għandha tagħti l-partijiet li fuqhom biħsiebha timponi penali jew ħlas ta' multa perjodika li jkunu hekk talbu fil-kummenti tagħhom bil-miktub l-opportunità li jġibu l-argumenti tagħhom b'mod orali fi smiegħ formali. Tista' ukoll f'każijiet oħra tagħti lil dawn l-persuni l-opporutnità li jesprimu l-veduti tagħhom b'mod orali. 4. Il-Kummissjoni għandha tinvita l-persuni li ser jinstemgħu sabiex jattendu f'dik id-data li hija tista' tappunta. 5. Il-Kummissjoni għandha tinvita l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, sabiex jieħdu sehem fis-smiegħ orali. Artikolu 15 Kondotta ta' smiegħ orali formali 1. Is-smiegħ għandu jkun immexxi mill-Uffiċjal tas-Smiegħ. 2. Persuni invitati li jattendu, għandhom jew jidru huma jew ikunu rappreżentati minn rappreżentanti legali jew min rappreżentanti awtoriżżati mill-kostituzzjoni tagħhom kif xieraq. Impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi jistgħu ikunu rappreżentati minn aġent awtoriżżat kif xieraq maħtur minn impjegati permanenti. 3. Persuni li jkunu nstemgħu mill-Kummissjoni jistgħu jkunu assistiti mill-avukati tagħhom jew nies oħra kwalifikati aċċettati mill-Uffiċjal tas-Smiegħ. 4. Is-Smiegħ ma għandux ikun pubbliku. Kull persuna għandha tinstema' separatament jew fil-presenza ta' persuni oħra li jkunu mistiedna biex jattendu. F'dan l-aħħar każ, għandu jittieħed konsiderazzjoni għall-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom u informazzjoni kunfidenzali oħra. 5. Id-disposizzjonijiet magħmula minn kull persuna mismugħa għandu jiġi rekordjat. Artikolu 16 Smiegħ ta' partijiet terżi 1. Jekk terżi persuni japplikaw bil-miktub sabiex jinstemgħu skond l-Artikolu 18(4), tieni sentenza, tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89, l-Kummissjoni għandha tinfurmhom bil-miktub bin-natura u s-suġġett tal-proċedura u għandha tiffissa perjodu taż-żmien li fih huma jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom. 2. It-terżi persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub fil-perjodu taż-żmien iffissat. Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tagħti lill-partijiet li hekk ikunu talbu fil-kummenti bil-miktub tagħhom l-opportunità li jipparteċipaw fi smiegħ orali. Tista' ukoll f'każijiet oħra tagħti lil dawn il-persuni l-opporutunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom b'mod orali. 3. L-Kummissjoni tista' bl-istess mod tagħti lil xi partijiet terżi oħra interessati l-opporutnità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Artikolu 17 Informazzjoni kunfidenzali 1. Informazzjoni, inkluż dokumenti, ma għandhomx jiġu ikkomunikati jew jiġu magħmula aċċessibbli sakemm dawn ikun fihom sigrieti tal-kummerċ ta' xi persuna jew impriża, inkluż il-partijiet li jagħmlu n-notifika, partijiet oħra nvoluti jew ta' partijiet terzi, jew informazzjoni oħra kunfidenzali li l-iżvelar tagħha mhux meqjus neċessarju mill-Kummissjoni għall-fini tal-proċedura, jew fejn dokumenti interni ta' l-awtoritajiet huma ikkonċernati. 2. Kull parti li tgħarraf il-fehmiet tagħha taħt id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandha b'mod ċar tidentifika kull materja; li hija tikkunsidra kunfidenzali, waqt li tagħti raġunijiet, u tipprovdi verżjoni separata mhux kunfidenzali matul l-perjodu taż-żmien iffissat mill-Kummissjoni. KAPITOLU IV WEGĦDIET LI JAGĦMLU L-KONĊENTRAZZJONI KOMPATIBBLI Artikolu 18 Perjodi taż-żmien għall-wegħdiet 1. Wegħdiet proposti lill-Kummissjoni mill-impriżi ikkonċernati skond l-artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 li huma maħsuba mill-partijiet sabiex jiffurmaw l-bażi għal deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1)(b) ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tlett ġimgħat mid-data ta' riċevuta tan-notifika. 2. Wegħdiet proposti lill-Kummissjoni mill-impriżi ikkonċernati skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 li huma maħsuba mill-partijiet sabiex jiffurmaw l-bażi għal deċiżżjoni skond dak l-Artikolu għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tlett xhur mid-data li fiha bdew l-proċeduri. Il-Kummissjoni tista' f'każijiet eċċezzjonali testendi dan il-perjodu. 3. L-Artikoli 6 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 19 Proċedura għall-wegħdiet 1. Oriġnal wieħed u 29 il-kopja tal-wegħdiet proposti lill-Kummissjoni mill-impriżi ikkonċernati skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-formola CO. 2. Kull parti li tipproponi wegħdiet lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 għandha b'mod ċar tidentifika kull materja li hija tikkunsidra kunfidenzali, waqt li tagħti raġunijiet, u tipprovdi verżjoni separata mhux kunfidenzali matul l-perjodu taż-żmien iffissat mill-Kummissjoni. KAPITOLU V DISPOSIZZJONIJIET VARJI Artikolu 20 Trasmissjoni tad-dokumenti 1. Trasmissjoni tad-dokumenti u inviti mill-Kummissjoni lid-destinarji jistgħu ikunu effetwati b'xi waħda mill-metodi li ġejjien: (a) kunsinja bl-idejn kontra riċevuta; (b) ittra irreġistrata b'dikjarazzjoni ta' riċevuta; (ċ) fax b'talba għal dikjarazzjoni ta' riċevuta; (d) telex; (e) posta elettronika b'talba għal dikjarazzjoni ta' riċevuta; 2. Sakemm ma' jkunx provdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, paragrafu 1 japplika ukoll għat-trasmissjoni ta' dokumenti mill-partijiet li jagħmlu n-notifika, minn partijiet oħra nvoluti jew minn partijiet terżi lill-Kummissjoni. 3. Fejn dokument jintbgħat b'telex, b'fax jew b'posta elettronika, għandu jkun meqjus li ġie rċevut mill-persuna destinatorja fil-ġurnata li fiha ntbgħat. Artikolu 21 Determinazzjoni tal-perjodi taż-żmien Waqt li tiffissa l-perjodi taż-żmien li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 4(2), 5(2), l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(1), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra il-ħin neċessarju għall-preparazzjoni tas-sottomissjonijiet u ta' l-urġenza tal-każ. Għandha ukoll tieħu konsiderazzjoni tal-ġranet tax-xogħol kif ukoll festi pubbliċi fil-pajjiż li iriċevit il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn l-perjodi taż-żmien għandhom ikunu iffissati skond data tal-kalendarju speċifika. Artikolu 22 Riċevuta ta' dokumenti mill-Kummissjoni 1. Skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament, notifiki għandhom ikunu mwassla lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-formola CO jew ikunu ntbagħtu b'ittra irreġistrata lill-indirizz indikat fil-formola CO qabel ma' jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89. Informazzjoni addizzjonali mitluba biex itemm in-notifiki skond l-Artikolu 4(2) u (4) jew sabiex tissuplimenta notifiki skond l-Artikolu 5(2) għandha tilħaq lill-Kummissjoni fl-indirizz msemmi qabel jew ġiet mibgħuta b'ittra reġistrata qabel ma' jiskadi l-perjodu taż-żmien iffissat f'kull każ. Kummenti bil-miktub fuq komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(1) għandhom jilħqu l-Kummissjoni fl-indirizz msemmi qabel ma' jiskadi l-perjodu taż-żmien iffissat f'kull każ. 2. Perjodi taż-żmien msemmija fis-subparagrafi tnejn u tlieta tal-paragrafu 1 għandhom ikunu determinati skond l-Artikolu 21. 3. Jekk l-aħħar ġurnata ta' perjodu taż-żmien tiġi f'ġurnata li mhiex ġurnata tax-xogħol jew li hija festa pubblika fil-pajjiż li minnu tintbgħat, l-perjodu taż-żmien għandu jiskadi fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Artikolu 23 Definizzjoni ta' ġranet tax-xogħol L-espressjoni "ġranet tax-xogħol" f'dan ir-Regolament tfisser l-ġranet kollha ħlief is-Sibt, l-Ħadd, festi pubbliċi, u festi oħra kif determinat mill-Kummissjoni u ippublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-bidu ta' kull sena. Artikolu 24 Tħassir Regolament (KEE) Nru 3384/94 huwa mħassar. L-Artikolu 25 dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-2 ta' Marzu 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Miktuba fi Brussel fl-1 ta' Marzu 1998. Għall-Kummissjoni Karel Van Miert Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1; verżjoni ikkoreġuta,ĠU L 257, tal-21.9.1990, p. 13. [2] ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 1. [3] ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62. [4] ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 1. [5] ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 4. [6] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 1. [7] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 18. [8] ĠU L 377, tal-31.12.1994, p. 1. [9] ĠU L 330, tal-21.12.1994, p. 67. [10] ĠU L 124, tat-8.6.1971, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS FORMOLA CO RIGWARD N-NOTIFIKA TA' KONĊENTRAZZJONI SKOND IR-Regolament (KEE) Nru No 4064/89 INTRODUZZJONI A. L-għan ta' din il-formola Din il-formola tispeċifika l-informazzjoni illi għandha tiġi provduta minn impriża jew impriżi meta jkunu qed jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'konċentrazzjoni b'dimensjoni tal-Komunità. "Konċentrazzjoni" kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 (minn issa ‘l quddiem msejjaħ r-"Regolament ta' L-Għaqda") u "dimensjoni tal-Komunità" fl-Artikolu 1 ta' l-istess. Qed tinġibidlek l-attenzjoni lejn r-Regolament ta' Għaqda u r-Regolament (KE) Nru 447/98 (minn issa ‘l quddiem msejjaħ "r-Regolament ta' Implementazzjoni") u għad-disposizzjonijiet korrispondenti tal-ftehim dwar l-Komunità Ekonomika Ewropea [1]. Esperjenza writ illi laqgħat qabel n-notifika huma ta' valur indispensabbli kemm għall-partijiet li jagħmlu n-notifika kif ukoll għall-Kummissjoni sabiex jiġi determinat l-ammont preċiż ta' informazzjoni meħtieġ f'notifika u, fil-maġġoranza tal-każi, tirriżulta fi tnaqqis sinjifikanti ta' l-informazzjoni meħtieġa. Għalhekk, partijiet li jagħmlu n-notifika huma nkoraġġiti sabiex jikkonsultaw l-Kummissjoni rigward l-possibilita li jiġi mċedi l-obbligu li tipprovdi ċertu informazzjoni (Ara Sezzjoni B(g) dwar l-possibilità ta' ċediment). B. L-bżonn ta' notifika korretta u kompluta L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-formola għandha tkun korretta u kompluta. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornita fis-sezzjoni xierqa ta' din il-formola. L-Annessi għal din il-formola għandhom ikunu użati biss sabiex jissuplimentaw l-informazzjoni fornita fil-formola stess. Partikolarment għandek tinnota illi: (a) Skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta' Għaqda u l-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, l-perjodi taż-żmien tar-Regolament ta' Għaqda mhemuża man-notifika ma' jibdewx jgħaddu sakemm l-informazzjoni kollha li għandha tiġi fornita man-notifika ma' tkun rċevuta mill-Kummissjoni. Din il-ħtieġa hija sabiex tiżgura illi l-Kummisjoni tistgħa tagħmel stima tal-konċentrazzjoni notifikata skond il-perjodi taż-żmien stretti li hemm provduti fir-Regolament ta' Għaqda. (b) L-partijiet li jagħmlu n-notifika għandhom jeżaminaw bir-reqqa, waqt li jkunu qed jippreparaw n-notifika, li l-ismijiet tal-kuntatt u n-numri, u b'mod partikolari n-numri tal-fax, li jkunu provduti lill-Kummissjoni ikunu preċiżi u reċenti. (ċ) Informazzjoni mhux korretta u qarrieqa fin-notifika titqies bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni). (d) Jekk notifika mhux kompluta, l-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet li jagħmlu n-notifika jew lir-rappreżentanti tagħhom b'dan bil-miktub u mingħajr dewmien. In-notifika issir effettiva biss fid-data li fiha informazzjoni kompluta u korretta tiġi rċevuta mill-Kummissjoni (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta' Għaqda, l-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni). (e) l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament ta' Għaqda jipprovdi illi informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa, fejn fornita intenzjonalment jew b'mod negligenti, tista' tagħmel l-parti jew partijiet li jagħmlu n-notifika soġġett għal multi ta' mhux aktar minn ECU 50000. Ukoll, skond l-Artikolu 6(3)(a) u l-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament ta' Għaqda l-Kummissjoni tista' ukoll tirrevoka d-deċiżjoni tagħha dwar il-kompatibilita tal-konċentrazzjoni notifikata fejn din hija ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li għaliha waħda mill-impriżi hija responsabbli. (f) Tista' titlob illi l-Kummissjoni taċċetta illi n-notifika hija kompluta minkejja n-nuqqas li tipprovdi informazzjoni meħtieġa minn din il-formola, jekk din l-informazzjoni mhiex kollha jew f'partijiet minnha disponibbli lilek b'mod raġonevoli (per eżempju, minħabba li l-informazzjoni mhiex aċċessibbli fuq kumpannija partikolari waqt offerta ikkontestata). L-Kummissjoni għandha tikkunsidra talba bħal din, basta li inti tagħti raġunijiet għalfejn dik l-informazzjoni mhiex disponibbli, u tipprovdi l-aħħjar estimi tiegħek għad-data nieqsa flimkiem mas-sorsi ta' l-estimi. Fejn possibli, indikazzjonijiet minn fejn xi informazzjoni jew dokumenti mitluba li mhumiex disponnibli lilek jistgħu jinġiebu mill-Kummissjoni għandhom jingħataw ukoll. (g) Tista' titlob illi l-Kummissjoni taċċetta illi n-notifika hija kompluta minkejja n-nuqqas li tipprovdi informazzjoni meħtieġa minn din il-formola, jekk inti tikkunsidra illi xi informazzjoni partikolari meħtieġa minn din il-formola, fil-verżjoni twila jew dik qasira, tista' ma' tkunx neċessarja għall-indaġini tal-każ mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra talba bħal din, basta into tagħti raġunijiet għalfejn dik l-informazzjoni mhiex relevanti u neċessarja fl-inkjesta tagħha fl-operazzjoni notifikata. Inti tista' tispjega dan matul kuntatti ta' qabel in-notifika mal-Kummissjoni u/jew fin-notifika tiegħek u titlob lill-Kummissjoni tiddispensa mill-obbligu li tipprovdi dik l-informazzjoni, skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implementazzjoni. C. Notifika fil-forma l-qasira (a) Fil-każijiet fejn proġett konġunt ma għandux, jew de minimis, attivitajiet attwali jew maħsuba minn qabel fit-territorju taż-ŻEE, l-Kummissjoni biħsiebha tħalli n-notifika ta' l-operazzjoni permezz tal-formola l-qasira. Dawn l-każijiet iseħħu fejn kontroll konġunt jintlaħaq minn żewġ impriżi jew aktar, u fejn: fid-dħul min-negozju [2] ta' proġett konġunt u/jew d-dħul minn-negozju ta' attivitajiet li jikkontribwixxu [3], huwa anqas minn ECU 100 miljun fit-territorju ŻEE; u (ii) l-valur totali ta' assi [4] trasferiti lill-proġett konġunt huwa inqas minn ECU 100 miljun fit-territorju ŻEE [5]. (b) Jekk inti tikkunsidra illi l-operazzjoni li ser tiġi notifikata tilħaq dawn il-kwalifiki, tista' tispjega dan fin-notifika tiegħek u titlob lill-Kummissjoni tiddisponi mill-obbligu li tipprovdi n-notifikazzjoni fil-forma kompluta, skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, u sabiex tħallik tinnotifika permezz tal-formola l-qasira. (ċ) Notifika fil-forma l-qasira tħalli l-partijiet li jagħmlu n-notifika jillimitaw l-informazzjoni provduta fin-notifika fis-sezzjonijiet u mistoqsijiet li ġejjien: - Sezzjoni 1, - Sezzjoni 2, ħlief domandi 2.1 (a, b u d), 2.3.4, u 2.3.5, - Sezzjoni 3, biss domandi 3.1 u 3.2 (a), - Sezzjoni 5, biss domandi 5.1 u 5.3, - Sezzjoni 6, - Sezzjoni 10, - Sezzjoni 11 (tista' tintgħażel għall-konvenjenza tal-partijiet), u - Sezzjoni 12, - l-ħames l-ikbar klijenti indipendenti, l-ħames l-ikbar fornituri ndipendenti, u l-ħames l-ikbar kompetituri fis-swieq li fihom l-proġett konġunt ser ikun attiv. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, n-munru tat-telefon, n-numru tal-fax u l-persuna li tista' tiġi ikkuntatjata kif xieraq ta' kull klijent, fornitur u kompetitur hekk msemmi. (d) Ukoll, rigward s-swieq effetwati tal-proġett konġunt kif definit fis-sezzjoni 6, indika għat-territorju taż-ŻEE, għall-Komunità fl-intier, għal kull Stat Membru u Stat ta' l-EFTA, u fejn differenti, fl-opinjoni tal-partijiet li jagħmlu n-notifika, għas-suq ġeografiku relevanti, l-bejgħ f'valur u volum, kif ukoll l-ishma fis-suq, għas-sena ta' qabel dik ta' l-operazzjoni. (e) L-Kummissjoni tista' titlob notifika kompluta, jew fejn xieraq notifika parzjali taħt l-formola CO fejn: - l-operazzjoni notifikata ma tilħaqx l-limiti tal-forma l-qasira, jew - dan jidher neċessarju għall-investigazzjoni kif xieraq rigward l-problemi ta' kompetizzjoni possibbli. F'dawn l-każijiet, n-notifika tista' tkun ikkunsidrata f'rispett materjali skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet li jagħmlu n-notifika jew lir-rappreżentanti tagħhom d'dan bil-miktub u mingħajr dewmien u għandha tiffissa data sa liema għandha issir s-sottomissjoni ta' notifika kompluta jew, fejn xieraq parzjali. In-notifika issir effettiva biss fid-data li fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa hija rċevuta. D. Min għandu jinnotifika F'każ ta' għaqda skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament ta' Għaqda jew l-akkwist ta' kontroll konġunt f'impriża skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Għaqda, n-notifika għandha tkun kompluta flimkien mill-partijiet għall-għaqda jew minn dawk li jkunu qed jiksbu kontroll konġunt skond il-każ. Fil-każ ta' akkwist ta' interess ta' kontroll f'impriża minn oħra, dak li akkwista għandu jimla n-notifika. F'każ ta' offerta pubblika sabiex tinkiseb impriża, dak li jagħmel l-offerta għandu jimla n-notifika. Kull parti li timla n-notifika hija responsabbli għall-korrettezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi. E. Kif tinnotifika N-Notifika għandha tkun kompluta f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Din il-lingwa għandha minn hemm ‘il quddiem tkun il-lingwa tal-proċeduri għall-partijiet kollha li jinnotifikaw. Fejn notifiki jsiru skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll 24 tal-Ftehim taż-ŻEE f'lingwa uffiċjali ta' Stat ta' l-EFTA li mhiex lingwa uffiċjali tal-Komunità, n-notifika għandha simultanjamnet tkun supplimentata bi traduzzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċċjali tal-Komunità. L-informazzjoni mitluba minn din il-formola għandha tkun provduta billi jintużaw dawk s-sezzjonijiet u l-paragrafi numerati tal-formola, tiffirma dikjarzzjoni kif provdut f'sezzjoni 12, u tehmeż dokumenti ta' sostenn. Dokumenti ta' sostenn għandhom jiġu sottomessi fil-lingwa oriġinali tagħhom; fejn din mhiex lingwa uffiċjali tal-Komunità, għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċeduri (L-Artikolu 2(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni). Dokumenti ta' sostenn jistgħu ikunu oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan l-aħħar każ, l-parti li jagħmel n-notifika għandu jikkonferma illi huma vera u kompluti. Oriġinal wieħed u 23-il kopja tal-formola CO u d-dokumenti kollha ta' sostenn għandhom ikunu provduti. In-notifika għandha tkun mwassla għand l-Kummissjoni fi ġranet tax-xogħol kif definit fl-Artikolu 23 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni. Sabiex tippermetti li din tiġi reġistrata fl-istess ġurnata, għandha titwassal qabel 17.00 nhar ta' Tnejn sal-Ħamis u qabel 16.00 nħar ta' Ġimgħa, fl-indirizz li ġej: Commission of the European Communities Directorate-General for Competition (DG IV) Merger Task Force 150 avenue de Cortenberg/Kortenberglaan 150 B-1049 Brussels. F. Kunfidenzalità L-Artikolu 214 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta' Għaqda kif ukoll disposizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim taż-ŻEE [6] jeħtieġu li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Awtorita ta' Sorveljanza ta' l-EFTA u l-Istati ta' l-EFTA, l-uffiċċjali tagħhom u impjegati oħra ma' jiżvelawx informazzjoni li huma jkunu kisbu permezz ta' applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert bl-obbligu tas-sigriet professjonali. L-istess prinċipju għandu ukoll japplika sabiex jipproteġi kunfidenzalita bejn l-partijiet li jinnotifikaw. Jekk temmen li l-interessi tiegħek ser jiġu mhedda jekk xi informazzjoni li inti mitlub tforni kellha tiġi pubblikata jew b'xi mod ieħor mxerrda lill-partijiet oħra, issottometti din l-informazzjoni separatament ma' kull paġna immarkata b'mod ċar "Sigrieti tal-Kummerċ". Għandek ukoll tagħti r-raġunijiet għalfejn din l-informazzjoni ma għandhiex tinxtered jew tiġi pubblikata. F'każ ta' għaqdiet jew akkwisti konġunti, jew f'każijiet oħra fejn n-notifika hija kompluta minn aktar minn wieħed mill-partijiet, sigrieti tal-kummerċ jistgħu jiġu sottomessi taħt titolu separat, u issir referenza għalihom fin-notifika bħala l-Anness. Dawn l-annessi kollha għandhom ikunu inklużi fis-sottomissjoni għal notifika sabiex tiġi kunsidrata kompluta. G. Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-fini ta' din il-formola Parti jew partijiet li jinnotifikaw: f'każijiet fejn n-notifika hija sottomessa biss minn waħda mill-impriżi li hija parti għall-operazzjoni, "partijiet li jagħmlu n-notifika" hija użata sabiex tirreferi biss għal impriża li tkun attwalment qed tissottometti n-notifika. Parti(partijiet) għall-konċentrazzjoni: dawn it-termini jirreferu kemm għall-partijiet li jkunu qed jiksbu u dawn li jkunu qed jinkisbu, jew għall-partijiet li qed jingħaqdu, inkluż l-impriżi kollha li fihom qed jinkiseb interess ta' kontroll jew li huwa soġġett ta' offerta pubblika. Ħlief fejn speċifikat xorta oħra, t-termini "parti (partijiet) li jinnotifika" u "parti(partijiet) għall-konċentrazzjoni" inkluż l-impriżi kollha li jappartjenu għall-istess grupp bħal dawk il-"partijiet". Swieq effetwati: Sezzjoni 6 ta' din il-formola titlob illi l-partijiet li jagħmlu n-notifika jiddefinixxu s-swieq tal-prodott relevanti, u ukoll jidentifikaw liema minn dawk s-swieq relevanti x'aktarx ser jiġu affetwati mill-operazzjoni notifikata. Din id-definizzjoni ta' suq affetwat hija użata bħala l-bażi sabiex tintalab informazzjoni għal numru ta' mistoqsijiet oħra li jinsabu fil-formola. Id-definizzjonijiet hekk mogħtija mill-partijiet li jagħmlu n-notifika huma rreferuti f'din il-formola bħala s-suq (swieq) affetwati. Dan it-terminu jista' jirreferixxi għal suq relevanti magħmul jew minn prodotti jew minn servizzi. Sena: kull referenzi għall-kelma "sena" f'din il-formola għandhom jinqraw illi jfissru sena tal-kalendarju, sakemm ma' jingħadx xorta oħra. L-informazzjoni kollha mitluba f'din il-formola għandha, sakemm ma' jingħadx mod ieħor, tirrigwarda s-sena ta' qabel dik tan-notifika. Id-data finanzjarja mitluba f'sezzjonijiet 2.3 sa 2.5 għandha tkun provduta f'ecus fir-rati ta' konverzjoni medja li jipprevalu għas-snin jew perjodi oħra in kwistjoni. Ir-referenzi kollha li jnsabu f'din il-formola huma għall-Artikoli u paragrafi relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, kemm-il darba ma' jingħadx xorta oħra. SEZZJONI 1 Informazzjoni ta' l-isfond 1.1. Informazzjoni dwar parti (jew partijiet) li jinnotifikaw Għati dettalji ta': 1.1.1. isem u indirizz ta' l-impriża; 1.1.2. natura tal-kummerċ ta' l-impriża; 1.1.3. isem, indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u/jew telex ta', u posizzjoni miżmuma minn, l-persuna li tistgħa tiġi kuntatjata xierqa. 1.2. Informazzjoni dwar partijiet oħr [7] għall-konċentrazzjoni Għal kull parti għall-konċentrazzjoni (ħlief l-parti jew partijiet li tagħmel n-notifika) għati dettalji ta': 1.2.1. isem u indirizz ta' l-impriża; 1.2.2. natura tal-kummerċ ta' l-impriża; 1.2.3. isem, indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u/jew telex ta', u posizzjoni miżmuma mill-persuna li tistgħa tiġi kuntatjata xierqa. 1.3. Indirizz għas-servizz Għati indirizz (fi Brussel jekk disponibbli) li fih l-komunikazzjoni kollha tistgħa tintbgħat u dokumenti mwassla. 1.4. Ħatra ta' rappreżentanti Fejn notifika hija iffirmata minn rappreżentanti ta' impriżi, dawn ir-rappreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati sabiex jaġixxu. Jekk notifika konġunta qed tiġi sottomessa, ġie maħtur rappreżentant konġunt? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji mitluba f'Sezzjonijiet 1.4.1 sa 1.4.4. Jekk le, jekk jogħġbok agħti informazzjoni ta' xi rappreżentanti li ġew awtoriżżati jaġixxu għall kull parti għall-konċentrazzjoni, indika lil min jirrapreżentaw: 1.4.1. isem tar-rappreżentant; 1.4.2. indirizz tar-rappreżentant; 1.4.3. isem tal-persuna li għandha tiġi kuntatjata (u indirizz, jekk differenti minn 1.4.2); 1.4.4. numru tat-telefon, numru tal-fax u/jew telex. SEZZJONI 2 Dettalji tal-konċentrazzjoni 2.1. Iddeskrivi n-natura tal-konċentrazzjoni li qed tiġi notifikata. Int u tagħmel dan għid: (a) jekk l-konċentrazzjoni proposta hija għaqda legali kompluta, xiri ta' kontroll waħda jew konġunt, proġett konġunt fil-funzjonijiet kollha skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Għaqda jew kuntratt jew mezz ieħor sabiex jgħaddi kontroll dirett jew indirett skond l-ftehim ta' l-Artikolu 3(3) tar-Regolament ta' Għaqda; (b) jekk l-partijiet kollha jew partijiet minnhom huma soġġetti għall-konċentrazzjoni; (ċ) spjegazzjoni fil-qosor ta' l-istruttura ekonomika u finanzjarja tal-konċentrazzjoni; (d) jekk xi offerta pubblika għall-ishma ta' xi parti minn parti oħra għandhiex l-appoġġ tal-bordijiet ta' l-immaniġjar li josservaw ta' dik ta' qabel jew entitajiet oħra li legalment jirrappreżentaw dik l-parti; (e) id-data proposta jew mistennija ta' xi ġrajjiet maġġuri li jwasslu sabiex titlesta l-konċentrazzjoni; (f) l-istruttura proposta ta' sidien u kontroll wara li titlesta l-konċentrazzjoni; (g) kull support finanzjarju jew ta' tip ieħor li jkun riċevut minn kwalunkwe sors (inkluż awtoritajiet pubbliċi) minn xi wieħed mill-partijiet u n-natura u l-ammont ta' dan is-supprot. 2.2. Ipprovdi lista tas-setturi ekonomiċi involuti fil-konċentrazzjoni 2.3. Għal kull impriża ikkonċernata bil-konċentrazzjoni [8] agħti d-data li ġejja [9]għall-aħħar sena finanzjarja: 2.3.1. dħul min-negozju dinji; 2.3.2. dħul min-negozju mill-Komunità; 2.3.3. dħul min-negozju mill-EFTA; 2.3.4. dħul minn negozju minn kull Stat Membru; 2.3.5. dħul minn negozju minn kull Stat ta' l-EFTA; 2.3.6. l-Istat Membru, jekk hemm, li fih aktar minn żewġ terżi tad-dħul minn negozju mill-Komunità huwa miksub [10]; 2.3.7. l-Istat ta' l-EFTA, jekk hemm, li fih aktar minn żewġ terżi tad-dħul minn negozju mill-EFTA huwa miksub. 2.4. Għall-fini ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Għaqda, jekk l-operazzjoni ma' tilħaqx l-limiti msemmija fl-Artikolu 1(2), ipprovdi d-data li ġejja għall-aħħar sena finanzjarja: 2.4.1. l-Istati Membri, jekk hemm, li fihom id-dħul minn negozju totali ikkombinat ta' l-impriżi kollha ikkonċernati huwa aktar minn ECU 100 miljun; 2.4.2. l-Istati Membri, jekk hemm, li fihom id-dħul minn negozju totali ikkombinat ta' kull wieħed minn mill-inqas tnejn mill-impriżi ikkonċernati huwa aktar minn ECU 25 miljun; 2.5. Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja rigward l-aħħar sena finanzjarja: 2.5.1. id-dħul min-negozju ikkombinat ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju ta' l-Istati EFTA huwa ugwali għal 25 % jew aktar mid-dħul minn negozju totali tagħhom fit-territorju taż-ŻEE? 2.5.2. għall-inqas tnejn mill-impriżi ikkonċernati għandhom dħul minn-negozju li jeċċedi ECU 250 miljun fit-territorju ta' l-Istati EFTA? SEZZJONI 3 Pussess u kontroll [11] Għal kull parti għall-konċentrazzjoni ipprovdi lista ta' impriżi li jappartjenu għall-istess grupp. Il-lista għandha tinkludi: 3.1. l-impriżi kollha u persuni li jikkontrollaw dawn l-partijiet, direttament jew indirettament; 3.2. l-impriżi kollha attivi fuq xi suq affetwat [12] illi huma ikkontrollati, direttament jew indirettament: (a) minn dawn l-partijiet; (b) minn xi impriża oħra identifikata f'3.1. Għal kull entrata msemmija hawn fuq, n-natura u kontroll għandhom ikunu speċifikati. L-informazzjoni meħtieġa minn din is-sezzjoni tista' tkun illustrata bl-użu ta' mappa ta' l-organizazzjoni jew disinji li juru l-istruttura ta' pusses u kontroll ta' l-impriżi. SEZZJONI 4 Ħoloq personali u finanzjarji u akkwisti ta' qabel Rigward l-partijiet oħra għall-konċentrazzjoni u kull impriża jew persuna identifikata fir-risposta għas-Sezzjoni 3, ipprovdi: 4.1. lista ta' l-impriżi l-oħra kollha li huma attivi fuq swieq affetwati (swieq affetwati huma definiti f'sezzjoni 6 li fiha l-impriżi, jew persuni, tal-grupp għandhom individwalment jew b'mod kollettiv 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot, ishma tal-kapital maħruġa jew ishma oħra; f'kull każ identifika is-sid u għid il-persentaġġ miżmum; 4.2. lista għal kull impriża tal-membri tal-bordijiet ta' l-immaniġjar li huma ukoll membri tal-bordijiet ta' l-immaniġjar jew tal-bordijiet ta' sorveljanza ta' xi impriża oħra li hija attiva fis-swieq affetwati; u (fejn jixraq) għal kull impriża lista tal-membri tal-bordijiet ta' sorveljanza tagħhom li huma ukoll membri tal-bordijiet ta' immaniġjar ta' xi impriża oħra li hija attiva fis-swieq effetwati; f'kull każ identifika l-isem ta' l-impriża l-oħra u l-posizzjoni miżmuma; 4.3. dettalji ta' l-akkwaist magħmul matul l-aħħar tlett snin minn gruppi identifikati hawn fuq (Sezzjoni 3) ta' impriżi attivi fi swieq effetwati kif definit f'sezzjoni 6. Informazzjoni provduta hawn tista' tiġi illustrata permezz ta' mappa ta' organizazzjoni jew disinji sabiex tinftiehem aħjar. SEZZJONI 5 Dokumentazzjoni ta' appoġġ Partijiet li jinnotifikaw għandhom jipprovdu dan li ġej: 5.1. kopji tal-verzjonijiet finali jew l-aktar reċenti tad-dokumenti kollha li jwasslu għall-konċentrazzjoni, sew jekk permezz ta' ftehim bejn l-partijiet għall-konċentrazzjoni, akkwist ta' interess li jikkontrolla jew b'offerta pubblika; 5.2. f'offerta pubblika, kopja tad-dokument ta' offerta; jekk mhuwiex disponibbli fiż-żmien tan-notifika, għandu jingħata kemm jistgħa jkun malajr u mhux aktar tard minn meta jintbgħat lis-sidien ta' l-ishma; 5.3. kopji tar-rapporti annwali aktar reċenti u kontijiet tal-partijiet kollha għall-konċentrazzjoni; 5.4. fejn għall-inqas wieħed mis-swieq affetwat huwa identifikat: kopji ta' analiżi, rapporti, studji u surveys sottomessi lil jew ippreparati għal xi membru(i) tal-bord tad-diretturi, l-bord li jissorvelja, jew l-laqgħa tas-sidien ta' l-ishma, sabiex issir stima jew analiżi tal-konċentrazzjoni rigward il-kondizzjonijiet tal-kompetittivita, kompetituri (attwali u potenzali), u kondizzjonijiet tas-suq. SEZZJONI 6 Definizzjonijiet tas-suq Is-swieq tal-prodott u ġeografiċi relevanti jiddeterminaw l-iskop li fih il-poter tas-suq ta' l-entita l-ġdida mill-konċentrazzjoni għandu jiġi stmat [13]. Il-parti jew partijiet li jinnotifikaw għandhom jipprovdu id-data mitluba rigward id-definizzjonijiet li ġejjien: I. Swieq tal-prodott relevanti Suq ta' prodott relevanti jkun fih dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li jitqiesu bħala li jistgħu jinbiddlu ma' xulxin u jiġu sostitwiti mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, l-prezz tagħhom u l-użu li għalih ikunu maħsuba. Suq tal-prodott relevanti jista' f'ċertu każi jkun kompost minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li primarjament jippreżentaw prodotti u/jew servizzi li primarjament jippreżentaw karatteristiċi fisiċi u teknoloġiċi u jistgħu jinbidlu ma' xulxin Fatturi relevanti għall-istima tas-suq tal-prodott relevanti jinkludu l-analiżi ta' għalfejn il-prodotti jew servizzi f'dawn is-swieq huma inklużi u għalfejn oħrajn huma esklużi billi tintuża d-definizzjoni ta' hawn fuq, u wara li jkun hemm konsiderazzjoni, per eżempju, sostitutabilita, kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni, prezzijiet, elastiċita ta' prezzijiet imsallba tad-domanda jew fatturi oħra relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott. II. Swieq ġeografiċi relevanti Is-suq ġeografiku relevanti fih iz-zona li fiha l-impriżi konċernati huma nvoluti fil-provvista biżżejjed qrib xulxin u li jistgħu jintgħarfu minn żoni ġirien għaliex, partikolarment, kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma differenti b'mod aaprezzabbli f'dawn iż-żoni. Fatturi relevanti għall-istima ta' suq ġeografiku relevanti jinkludu in-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi konċernati, l-eżistenza ta' barrieri tad-dħul, preferenzi tal-konsumatur, differenzi apprezzati fis-sehem ta' l-impriża fis-suq bejn żoni ġeografiċi ġirien jew differenzi sostanzjali fil-prezz. III. Swieq effetwati Għall-fini ta' l-informazzjoni mitluba f'din il-formola, swieq affetwati jikkonsistu fi swieq tal-prodott relevanti fejn, fit-territorju taż-ŻEE, fil-Komunità, fit-territorju ta' l-Istati EFTA, fi kwalunkwe Stat Membru jew fi kwalunkwe Stat EFTA: (a) tnejn jew aktar mill-partijiet għall-konċentrazzjoni huma imqabbda f'attivitajiet tan-negozju fl-istess suq tal-prodott u fejn konċentrazzjoni ser twassal għal sehem totali tas-suq ta' 15 % jew aktar. Dawn huma relazzjonijiet orizzontali; (b) wieħed jew aktar mill-partijiet għall-konċentrazzjoni huma imqabbda f'attivitajiet tan-negozju f'suq tal-prodott, li huwa 'l fuq jew 'l isfel minn suq tal-prodott li fih xi parti oħra għall-konċentrazzjoni hija mqabbda biex jaħdem, u kwalunkwe sehem fis-suq tagħhom individwali jew mgħadud huwa 25 % jew aktar, sew jekk hemm jew le relazzjoni ta' fornitur/klijent eżistenti bejn l-partijiet għall-konċentrazzjoni. Dawn huma relazzjonijiet vertikali. Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq u l-limiti ta' l-ishma fis-suq, agħti l-informazzjoni li ġejja: 6.1. Identifika kull suq affettwat skond it-tifsira tas-Sezzjoni III,fl-: (a) livell taż-ŻEE, Komunità jew EFTA; (b) f'livell ta' l-Istati Membri individwali jew l-Istati EFTA. IV. Swieq relatati mas-swieq affetwati skond it-tifsira tas-Sezzjoni III 6.2. Iddeskrivi s-swieq tal-prodott u ġeografiċi relevanti ikkonċernati mill-operazzjoni notifikata, li huma relatati mill-qrib mas-suq (swieq) affettwat (fi swieq 'l fuq, 'l isfel jew ġirien orizzontali), fejn kwalunkwe mill-partijiet għall-konċentrazzjoni huwa attiv u li mhumiex huma stess swieq affettwati skond it-tifsira tas-Sezzjoni III. V. Swieq mhux affettwati 6.3. Fil-każ li m'hemm l-ebda swieq affettwati skond it-tifsira tas-Sezzjoni 6.1, iddeskrivi l-iskop tal-prodott u ġeografiku tas-swieq li fihom l-operazzjoni notifikata għandu jkollha impatt. SEZZJONI 7 Informazzjoni fuq swieq affettwati Għal kull suq ta' prodott relevanti affettwat, għall-kull waħda mill-aħħar tlett snin finanzjarji [14]: (a) għat-territorju taż-ŻEE, (b) għall-Komunità fl-intier, (ċ) għat-territorju ta' l-Istati EFTA fl-intier, (d) individwalment għal kull Stat Membru u Stat ta' l-EFTA fejn l-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu n-negozju, (e) u, fejn fl-opinjoni tal-partijiet li jinnotifikaw, is-suq ġeografiku relevanti huwa differenti, ipprovdi dan li ġej: 7.1. stima tad-daqs totali tas-suq skond il-valur tal-bejgħ (f'ecus) u volum (unita) [15]. Indika l-bażi u s-sorsi għall-kalkolujiet u ipprovdi dokumenti li huma disponibbli biex tikkonferma dawn l-kalkolujiet; 7.2. il-bejgh f'valur u volum, kif ukoll stima ta' l-ishma tas-suq, ta' kull parti għall-konċentrazzjoni; 7.3. stima tas-sehem tas-suq f'valur (u fejn xieraq volum) tal-kompetituri kollha (inkluż importaturi) li għandhom mill-inqas 10 % tas-suq ġeografiku li qed jiġi kunsidrat. Ipprovdi dokumenti fejn dawn huma disponibbli biex tikkonferma l-kalkolu ta' dawn l-ishma tas-suq u ipprovdi l-isem, indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u l-persuna xierqa li tiġi kuntatjata, ta' dawn l-kompetituri; 7.4. stima tal-valur totali u volum u sors ta' l-importazzjonijiet minn barra t-territorju taż-ŻEE u identifika: (a) il-proporzjon ta' dawn l-importazzjonijiet li huma meħuda mill-gruppi li tagħhom l-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu parti, (b) stima tal-limitu li għalih kwalunkwe kwota, tariffi jew ostakoli mhux tat-tariffi għan-negozju, jaffettwaw dan l-importazzjonijiet, u (ċ) stima tal-limitu li għalih trasportazzjoni u spejjez oħra jaffettwaw dawn l-importazzjonijiet, 7.5. il-limitu li għalih negozju bejn Stati ġewwa t-territorju ŻEE huwa affettwat b': (a) trasportazzjoni u spejjez oħra, u (b) ostakoli mhux ta' tariffi oħra għan-negozju; 7.6. il-mod li bih l-partijiet għall-konċentrazzjoni jipproduċu u jbiegħu l-prodotti u/jew servizzi; per eżempju, jekk jimmanufatturawx lokalment, jew ibiegħu permezz ta' faċilitajiet ta' distribuzzjoni lokali; 7.7. paragun ta' livelli tal-prezz f'kull Stat Membru u Stat ta' l-EFTA minn kull parti għall-konċentrazzjoni u paragun simili ta' livelli ta' prezzijiet bejn l-Komunità, L-Istati FTA u żoni oħra fejn dawn l-prodotti huma manufatturati (e.g. Ewropa tal-lvant, L-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, u żoni oħra relevanti); 7.8. in-natura u l-limitu ta' integrazzjoni vertikali ta' kull wieħed mill-partijiet għall-konċentrazzjoni ikkomparat mal-akbar kompetituri tagħhom. SEZZJONI 8 Kondizzjonijiet ġenerali fi swieq affettwati 8.1. Identifika l-ħames ‘l akbar fornituri [16] indipendenti għall-partijiet u l-ishma individwali tagħhom ta' xiri minn kull wieħed minn dawn l-fornituri (ta' materjali nejja jew oġġetti użati sabiex jiġu manufatturati l-prodotti relevanti). Ipprovdi l-isem, l-indirizz, n-numru tat-telefon, n-numru tal-fax u l-persuna li tista' tiġi ikkuntatjata kif xieraq, ta' dawn l-fornituri. Struttura tal-provvista fis-swieq affettwati 8.2. Spjega il-mezzi ta' distribuzzjoni u l-possibiltajiet ta' servizzi li jeżistu fis-swieq affettwati. Inti u tagħmel hekk, ikkonsidra dan li ġej fejn xieraq: (a) is-sistemi ta' distribuzzjoni li jipprevalu fis-suq u l-importanza tagħhom. Sa fejn distribuzzjoni hija magħmula minn terżi persuni u/jew impriżi ta' l-istess grupp bħal partijiet identifikati f'sezzjoni 3? (b) il-possibiltajiet ta' servizz ta' networks (per eżempju, manteniment u tiswija) li jipprevalu u l-importanza tagħhom f'dawn is-swieq. Sa fejn dawn is-servizzi huma magħmula minn terżi persuni u/jew impriżi ta' l-istess grupp bħal partijiet identifikati f'sezzjoni 3? 8.3. Fejn xieraq, ipprovdi stima tal-kapaċità totali fil-Komunità kollha u fil-EFTA kollha għal dawn l-aħħar tlett snin. Matul dan il-perjodu liema proporzjon ta' din il-kapaċità hija spjegata minn kull wieħed mill-partijiet għall-konċentrazzjoni, u liema kienu r-rati rispettivi tagħhom ta' użu tal-kapaċita. 8.4. Jekk tikkunsidra kwalunkwe konsiderazzjoni oħra minn naħa tal-provvista bħala relevanti, dawn għandhom ikunu speċifikati. Struttura tat-talba fis-swieq affettwati 8.5. Identifika l-ħames l-akbar klijenti indipendenti f'kull suq affettwat u s-sehem individwali tagħhom tal-bejgħ totali għal kull prodott mgħadud minn kull wieħed minn dawk l-klijenti. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, n-numru tat-telefon, n-numru tal-fax u l-persuna li tista' tiġi ikkuntatjata kif xieraq, ta' kull wieħed minn dawn l-klijenti. 8.6. Spjega l-istruttura tat-talba f'termini ta': (a) l-fażijiet tas-swieq f'termini ta', per eżempju, meta wieħed jieħu jkun għadu kemm beda' fis-suq, espansjoni, maturità u tnaqqis fis-suq, u previżjoni tar-rata tat-tkabbir ghad-domanda fis-suq; (b) l-importanza tal-preferenzi tal-konsumatur, f'termini ta' lejalta lejn isem il-prodott, differenza tal-prodott u d-disposizzjoni tal-firxa kollha tal-prodotti; (ċ) il-grad ta' konċentrazzjoni jew tixrid tal-konsumaturi; (d) is-segmentazzjoni tal-klijenti fi gruppi differeneti b'deskrizzjoni tal-"klijent tipiku" ta' kull grupp; (e) l-importanza ta' kuntratti ta' distribuzzjoni esklussivi u tipi oħra ta' kuntratti fit-tul; (f) sa fejn awtoritajiet pubbliċi, aġenziji tal-gvern, impriżi ta' l-Istat u entitajiet simili huma parteċipanti importanti bħala sors tat-talba. Dħul fis-suq 8.7. Matul l-aħħar ħames snin, kien hemm xi dħul sinjifikanti f'xi swieq affettwati? Jekk ir-risposta hija "iva", fejn hu possibbli ipprovdi l-isem, l-indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u isem l-persuna xieraq li tiġi kuntatjata tagħhom, u stima ta' l-ishma tas-suq tagħhom kurrenti. 8.8. Fl-opinjoni tal-partijiet li qed jinnotifikaw hemm impriżi (inkluż dawk li bħalissa joperaw biss fi swieq barra l-Komunità jew barra ż-ŻEE) illi x'aktarx ser jidħlu fis-suq? Jekk ir-risposta hija "iva", jekk jogħġbok spjega għalfejn u identifika dawn li jistgħu jidħlu permezz ta' isem, indirizz, numru tat-telefon, numru tal-fax u isem l-persuna xieraq li tiġi kuntatjata tagħhom, u stima taż-żmien meta huwa maħsub li dan id-dħul jista' jseħħ. 8.9. Iddeskrivi l-fatturi varji li jinfluwenzaw d-dħul fi swieq affettwati illi jeżistu fil-każ preżenti, eżamina d-dħul kemm mil-lat ġeografiku kif ukoll ta' prodott. Inti u tagħmel hekk, ikkunsidra dan li ġej fejn xieraq: (a) l-ispejjez totali tad-dħul (R & D, twaqqif ta' sitemi ta' distribuzzjoni, promozzjoni, reklamar, servizzi, eċċ.) fuq skala ekwivalenti għal kompetitur vijabli sinjifikanti, waqt li tindika is-sehem tas-suq ta' dan il-kompetitur; (b) kull ostakolu legali jew regolatorja għad-dħul, bħal awtorizazzjoni mill-gvern jew l-imposizzjoni ta' standards f'kull forma; (ċ) kull restrizzjoni maħluqa mill-eżistenza ta' privattivi, il kapaċità ta' kif topera u drittijiet ta' propjeta intelletwali oħra f'dawn is-swieq u kull restrizzjoni maħluqa bil-lliċenzar ta' dawn id-drittijiet; (d) l-estent sa fejn kull wieħed mill-partijiet għall-konċentrazzjoni huma persuni liċenzati jew dawk li jilliċenzaw privattivi, il kapaċità ta' kif topera jew drittijiet oħra fis-swieq relevanti; (e) l-importanza ta' skali ta' l-ekonomiji għall-produzzjoni ta' prodotti fis-swieq affettwati; (f) aċċess għas-sorsi ta' provvista, bħal disponibbilita ta' materjali mhux maħduma. Riċerka u żvilupp 8.10. Meta wieħed jikkonsidra l-importanza ta' riċerka u żvilupp fil-kapaċita ta' kumpannija li topera fis-suq (swieq) relevanti sabiex tikkompeti fit-tul. Spjega in-natura tar-riċerka u żvilupp fis-swieq affettwati li huma magħmula mill-partijiet għall-konċentrazzjoni. Inti u tagħmel hekk, ikkunsidra dan li ġej, fejn xieraq: (a) tendenzi u intensitajiet ta' riċerka u żvilupp [17] f'dawn is-swieq u għall-partijiet għall-konċentrazzjoni; (b) il-kors ta' l-iżvilupp teknoloġiku għal dawn is-swieq fuq perjodu ta' żmien xieraq (inkluż żviluppi f'prodotti u/jew servizzi, proċessi ta' produzzjoni, sistemi ta' distribuzzjoni, eċċ.); (ċ) l-akbar innovazzjonijiet li saru f'dawn is-swieq u l-impriżi responsabbli għal dawn l-innovazzjonijiet; (d) Iċ-ċiklu ta' innovazzjoni f'dawn is-swieq u fejn qedgħin l-partijiet f'dan iċ-ċiklu ta' innovazzjoni. Ftehim koperattiv 8.11. Sa fejn jeżistu ftehim koperattiv (orizzontali jew vertikali) fis-swieq effettwati? 8.12. Għati dettalji tal-ftheim koperattiv l-aktar importanti li fihom jaħdmu l-partijiet għall-konċentrazzjoni fis-swieq effettwati, bħal riċerka u żvilupp, liċenzar, produzzjoni konġunta, speċjalizazzjoni, distribuzzjoni, provvista fit-tul u ftehim għal tibdil ta' informazzjoni. Assoċjazzjonijiet tan-negozju 8.13. Rigward l-assoċjazzjonijiet tan-negozju fis-swieq affettwati: (a) identifika dawk li fihom l-partijiet għall-konċentrazzjoni huma membri; (b) identifika l-assoċjazzjonijiet tan-negozju l-aktar importanti li għalihom jappartjenu l-klijenti u l-fornituri tal-konċentrazzjoni. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, n-numru tat-telefon, n-numru tal-fax u l-persuna li tista' tiġi ikkuntatjata kif xieraq, ta' kull assoċjazzjoni tan-negozju msemmijha hawn fuq. SEZZJONI 9 Informazzjoni tas-suq ġenerali Data tas-suq fuq aspetti ta' konglomerat Fejn xi parti għall-konċentrazzjoni iżżomm individwalment sehem fis-suq ta' 25 % jew aktar għal kull suq tal-prodott li fih m'hemmx relazzjoni orizzontali jew vertikali kif deskritt hawn fuq, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja: 9.1. deskrizzjoni ta' kull suq tal-prodott u spjega għalfejn l-prodotti u/jew servizzi f'dawn is-swieq huma inklużi (u għalfejn oħrajn huma esklużi) permezz tal-karatteristiċi tagħhom, prezzijiet u l-użu maħsub tagħhom; 9.2. stima tal-valur tas-suq u l-ishma tas-suq ta' kull wieħed mill-gruppi li għalihom jappartjenu l-partijiet għal kull prodott tas-suq indikat f'9.1 għall-aħħar sena finanzjarja: (a) għat-territorju taż-ŻEE fl-intier; (b) għall-Komunità fl-intier; (ċ) għat-territorju ta' l-Istati EFTA fl-intier; (d) individwalment għal kull Stat Membru u Stat ta' l-EFTA fejn l-gruppi li għalihom jappartjenu l-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu n-negozju; (e) u, fejn differenti, għas-suq ġeografiku relevanti. Deskrizzjoni fil-qosor tass-swieq 9.3. Iddeskrivi l-kuntest dinji tal-konċentrazzjoni proposta, indika l-posizzjoni ta' kull wieħed mill-partijiet għall-konċentrazzjoni barra it-territorju taż-ŻEE skond id-daqs u s-saħħa kompetittiva. 9.4. Iddeskrivi kif l-konċentrazzjoni proposara x'aktarx ser taffettwa l-interessi tal-konsumaturi intermedjarji u dawk ta' l-aħħar u l-iżvilupp ta' progress tekniku u ekonomiku. SEZZJONI 10 Effetti koperattivi ta' proġett konġunt 10. Għall-fini ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament ta' Għaqda jekk jogħġbok wieġeb d-domandi li ġejja: (a) Tnejn jew aktar mill-kumpaniji prinċipali jżommu sa punt sinjifikanti attivitajiet fl-istess suq bħal-proġett konġunt jew f'suq li huwa f'livell aktar 'l isfel jew 'l fuq minn dak tal-proġett konġunt jew f'suq ġar li huwa relatat mill-qrib ma' dan is-suq [18]? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jekk jogħġbok indika għal kull wieħed mis-swieq msemmijha hawn: - d-dħul min-negozju ta' kull kumpanija prinċipali fis-sena finanzjarja ta' qabel, - is-sinjifikat ekonomiku ta' l-attivitajiet tal-proġett konġunt f'relazzjoni ma' dan id-dħul min-negozju, - is-sehem fis-suq ta' kull kumpanija prinċipali. Jekk it-tweġiba hija negattiva, jekk joġbgħok iġġustifika t-tweġiba tiegħek. (b) jekk t-tweġiba għal (a) hija fl-affermattiv u fil-fehma tiegħek l-ħolqien tal-proġett konġunt ma' jwassalx għal kordinazzjoni bejn impriża indipendenti illi tirrestrinġi kompetizzjoni skond l-ftehim ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE, agħti r-raġunijiet tiegħek. (ċ) Mingħajr preġudizzju għat-tweġibiet għal (a) u (b) u sabiex tiżgura illi stima kompluta tal-każ tista sseħħ mill-Kummissjoni, jekk jogħġbok spjega kif il-kriterji ta' l-Artikolu 85(3) japplikaw. Taħt l-Artikolu 85(3), id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) jistgħu jkunu dikjarati inapplikabbli jekk l-operazzjoni: (i) tikkontribwixxi għat-titjib ta' produzzjoni jew distribuzzjoni ta' oġġetti, jew tippromwovi progress tekniku u ekonomiku. (ii) tħalli lil konsumaturi sehem xieraq tal-benefiċċju li jirriżulta; (iii) ma' timponix fuq l-impriżi konċernati restrizzjonijiet li mhumiex indispensabbli sabiex jintlaħqu dawn l-għanjiet; u (iv) ma jagħtux lil dawn l-impriżi l-possibbiltà li jeliminaw l-kompetizzjoni rigward parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni. Għal gwida, jekk jogħġbok irreferi għall-formola A/B, u b'mod partikolari Sezzjonijiet 16 u 17 ta' l-istess, annessi mar-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 3385/94 [19]. SEZZJONI 11 Suġġetti ġenerali Trażżin anċillari 11.1. Jekk l-partijiet għall-konċentrazzjoni, u/jew partijiet oħra nvoluti (inkluż l-bejjiegħ u dawk li għandhom ishma u qedgħin fil-minoranza), jidħlu fi trażżin anċillari direttament relatat u neċessarju għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni, dawn r-restrizzjonijiet jistgħu jiġu eżaminati f'mod konġunt mal-konċentrazzjoni nfisha (Ara l-Artikolu 6(1)(b) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Għaqda, punt 25 tar-Regolamnet ta' Għaqda, punt 17 għar-Regolament (KE) Nru 1310/97 u l-avviż tal-Kummissjoni dwar trażżin anċillari għall-konċentrazzjonijiet) [20]. (a) Identifika kull restrizzjoni anċillari fil-ftehim provdut man-notifika li għaliha qed titlob stima flimkien mal-konċentrazzjoni; u (b) spjega għalfejn dawn huma direttament relatati u neċessarji għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni. Konverżjoni tan-notifika 11.2. F'każ li l-Kummissjoni issib illi l-operazzjoni ma' tikkostitwixix konċentrazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Għaqda, inti titlob illi din tiġi trattata bħala applikazzjoni għall-approvazzjoni negattiva minn, jew notifika sabiex tikseb eżenzjoni mill-Artikolu 85 tat-Trattat tal-KE? SEZZJONI 12 Dikjarzazzjoni L-Artikolu 1(2) tar-regolament ta' implimentazzjoni jipprovdi illi fejn notifiki huma iffirmati minn rappreżentanti ta' impriżi, dawn ir-rappreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati sabiex jaġixxu. Din il-prova bil-miktub għandha tkun mehmuża man-notifika. In-notifika għandha tikkonkludi bid-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffirmata minn jew f'isem l-partijiet li qed jagħmlu n-notifika kollha. Aħna hawn taħt iffirmati niddikjaraw illi, fl-aħjar tagħrif u twemmien tagħhom, l-informazzjoni provduta f'din in-notifika hija vera, korretta, u kompluta, illi kopji kompluti tad-dokumenti meħtieġa mill-formola CO, ġew forniti, u l-sitimi kollha huma identifikati kif inhuma u huma l-aħjar stimi tal-fatti u li l-opinjonijiet espressi kollha huma sinċieri. Huma jafu dwar d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqda. Post u data: Firem: Isem/ismijiet: F'isem: [1] Minn hawn "l quddiem msemmi" l-Ftehim ŻEE'; Ara b'mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE (punt 1 ta' l-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE u Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar t-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja), kif ukoll bħal Protokoll 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 1, u l-Minuti approvati tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim taż-ŻEE. Partikolarment, kull refernza għall-Istati EFTA għandha tittieħed bħala dawk l-Istati EFTA li huma partijiet li qed jikkontrattaw għall-Ftehim taż-ŻEE. [2] Id-dħul min-negozju tal-proġett konġunt għandu jkun determinat skond l-kontijiet awditjati l-aktar reċenti tal-kumpanji prinċipali, jew l-proġett konġunt innifsu, jiddependi fuq is-disponibbilita ta' kontijiet separati għar-riżorsi kombinati tal-proġett konġunt. [3] L-espressjoni "u/jew" tirreferi għall-varjeta ta' sitwazzjonijiet koperti bil-forma l-qasira; per eżempju:fil-każ tax-xiri konġunt ta' kumpannija fil-mira, d-dħul minn-negozju li għandu jiġi kkunsidrat li huwa d-dħul min-negozju ta' din il-kupanija fil-mira (l-proġett konġunt),fil-każ li jiġi stabbilit proġett konġunt li għalih l-kumpanniji prinċipali jikkontribwixxu l-attivitajiet tagħhom, d-dħul min-negozju li għandu jiġi kkunsidrat huwa dak ta' l-ativitajiet kontribwiti,fil-każ ta' dħul ta' parti li għandha l-kontroll ġdida f'proġett konġunt eżistenti, għandhom jiġu kkunsidrati d-dħul min-negozju tal-proġett konġunt u d-dħul minn negozju ta' l-attivitajiet ikkontribwiti mill-kumpannija prinċipali l-ġdida (jekk hemm). [4] L-valur totali ta' l-assi tal-proġett konġunt għandu jkun detemrinat skond l-aħħar karta tal-bilanċ preparata b'mod regolari u approvata ta' kull kumpannija prinċipali. It-terminu "assi" jinkludi: (1) l-assi kollha tanġibbli u dawk li mhumiex li ser jiġu trasferiti lill-proġett konġunt (eżempji ta' assi tanġibbli jinkludu impjant ta' produzzjoni, ħwienet fejn isir bejgħ bl-ingrossa jew bejgħ bl-imnut, u inventarju ta' oġġetti), u (2) kull ammont ta' kreditu jew xi obbligazzjonijiet tal-proġett konġunt li kull kumpannija prinċipali tal-proġett konġunt ftehmet sabiex iġġeddu jew tigarantixxih. [5] fejn l-assi trasferiti jiġġeneraw dħul minn negozju, imbagħad la l-valur ta' l-assi u l-anqas dak tad-dħul minn-negozju ma' jista' jeċċedi ECU 100 miljun. [6] Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 għall-Ftheim bejn l-Istati EFTA dwar t-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (Ftehim ESA) [7] Dan jinkludi il-kumpannija ta' mira fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu kompletati kemm jista' jkun possibbli. [8] Ara l-avviz tal-Kummissjoni dwar l-kunċett ta' l-impriżi ikkonċernati. [9] Ara, b'mod ġenerali, l-avviz tal-Kummissjoni dwar l-kalkolu tad-dħul min-negozju. Dħul minn-negozju tal-parti jew partijiet li qed jakkwistaw għall-konċentrazzjoni għandu jinkludi d-dħul min-negozju totali ta' l-impriżi kollha skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(4). Dħul minn-negozju tal-parti jew partijiet akkwistati għandu jinkludi d-dħul min-negozju relatat mal-partijiet soġġetti għat-transazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(2). Dispożizzjonijiet speċjali jinsabu fl-Artikolu 5(3), (4) u 5(5) għal kreidtu, assigurazzjoni, istituzzjonijiet finanzjarji oħra u impriżi konġunti [10] Ara Nota ta' Gwida III għall-kalkolu ta' dħul minn-nedozju fi Stat Membru rigward id-dħul minn-negozju matul il-Komunità. [11] Ara l-Artikolu 3(3), (4) u (5) u l-Artikolu 5(4). [12] Ara Sezzjoni 6 għad-definizzjoni ta' swieq affettwati. [13] Ara avviz tal-Kummissjoni dwar d-definizzjoni tas-suq relevanti għall-fini tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità. [14] Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implementazzjoni, l-informazzjoni mitluba taħt 7.1 u 7.2 hawn taħt għandha tkun provduta rigward t-territorji kollha taħt (a), (b), (c), (d) u (e). [15] Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirrifletti l-ħruġ, titnaqqas l-esportazzjoni u iżżid l-importazzjoni għaż-żoni ġeografiċi taħt kunsiderazzjoni. [16] Jiġifieri forniutri li mhumiex sussidjarji, aġenti jew impriżi li jiffurmaw parti mill-grupp tal-parti in kwistjoni. Flimkien ma' dawk il-ħames fornituri indipendenti l-partijiet li jinnotifikaw, jekk iħossu li huwa neċessarju għal stima tajba tal-każ, jidentifikaw il-fornituri ta' ġewwa l-grupp. L-istess għandu japplika f'8.5 rigward konsumaturi. [17] Intensità ta' riċerka u żvilupp hija definita bħala infieq ta' żvilupp ta' riċerka bħala proporzjon tad-dħul minn-negozju. [18] Għad-definizzjonijiet tas-suq ara sezzjoni 6. [19] ĠU L 377, tal-31.12.1994, p. 28. [20] ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 1. -------------------------------------------------- NOTA TA' GWIDA I Kalkolu ta' Turnover minn-negozju ta' impriżi ta' assigurazzjoni (L-Artikolu 5(3)(a)) Għall-kalkolu ta' Turnover minn-negozju għal impriżi ta' l-assigurazzjoni, nagħtu l-eżempju li ġej (konċentrazzjoni proposta bejn assigurazzjoni A u B): I. Kont konsolidat ta' qliegħ u telf (miljun ECU) | Dħul | Assigurazzjoni A | Assigurazzjoni B | | | | | Total tal-premjum maħruġa | 5000 | | 300 | | Total tal-premjum riċevuti minn residenti komunitarji | | (4500) | | (300) | Total tal-premium riċevut minn Stat Membru wieħed X. | | (3600) | | (270) | Dħul ieħor | 500 | | 50 | | Dħul totali | 5500 | | 350 | | II. Kalkolu tat-Turnover minn-negozju 1. Dħul min-negozju dinji aggregat huwa mibdul bil-valur ta' primjums gross miktuba madwar id-dinja, is-somma ta' liema hija ECU 5300 miljun. 2. Dħul minn negozju matul il-Komunità huwa mibdul, għal kull impriża ta' assigurazzjoni, bil-valur ta' primjums gross miktuba ma' residenti tal-Komunità. Għal kull impriża ta' assigurazzjoni, dan l-ammont huwa aktar minn ECU 250 miljun. 3. Dħul min-negozju matul wieħed (u l-istess) Stat Membru X huwa mibdul, għall-impriżi ta' assigurazzjoni, bil-valur ta' primjums gross miktuba ma' residenti ta' wieħed (u l-istess) Stat Membru X. Għal assigurazzjoni A, hija tikseb 80 % ta' primjums gross tagħha miktuba ma' residneti tal-Komunità matul l-Istat Membru X, fil-waqt li assigurazzjoni B, hija tikseb 90 % tal-primjums gross tagħha miktuba ma' residenti tal-Komunità f'dak l-Istat Membru X. III. Konklużżjoni Minħabba (a) li d-dħul min-negozju dinji aggregat ta' assigurazzjonijiet A u B, kif mibdul bil-valur ta' primjums gross miktuba madwar id-dinja, huwa aktar minn ECU 5000 miljun; (b) għal kull impriża ta' assigurazzjoni, l-valur tal-primjums gross miktub ma' residenti tal-Komunità huwa aktar minn ECU 250 miljun; iżda (ċ) kull waħda mill-impriżi ta' l-assigurazzjoni tikseb aktar minn żewġ terzi tal-primjums gross tagħha miktuba ma' residenti tal-Komunità f'wieħed (u l-istess) Stat Membru X, l-konċentrazzjoni proposat ma' taqgħax taħt l-iskop tar-Regolament. -------------------------------------------------- NOTA TA' GWIDA II Kalkolu ta' dħul min-negozju għall-impriżi konġunti A. Krejazzjoni ta' impriża konġunta (L-Artikolu 3(2)) F'każ fejn tnejn (jew aktar) impriżi joħolqu impriża konġunta illi tikkostitwixxi konċentrazzjoni, dħul minn negozju huwa ikkalkolat għall-impriżi ikkonċernati. B. Eżistenza ta' impriża konġunta (L-Artikolu 5(5)) Għall-kalkolu ta' dħul minn negozju fil-każ ta' l-eżistenza ta' impriża konġunta C bejn żewġ impriżi A u B ikkonċernati f'konċentrazzjoni, aħna nagħtu l-eżempju li ġej: Kont ta' qliegħ u telf (miljun ECU) | Turnover | Impriża A | Impriża B | | | | | Dħul mill-biegħ mad-dinja kollha | 10000 | | 2000 | | Kommunità | | (8000) | | (1500) | Stat Membru Y | | (4000) | | (900) | (miljun ECU) | Turnover | Impriża konġunta C | | | Dħul mill-biegħ mad-dinja kollha | 100 | | ma l-impriża A | | (20) | ma l-impriża B | | (10) | Turnover ma Impriżi terzi | 70 | | fil-Kommunità kollha | | (60) | fl-iStat Membru Y | | (50) | II. Konsiderazzjoni ta' l-impriża konġunta (a) L-impriża C hija ikkontrollata b'mod konġunt (skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(3) u (4)) mill-impriżi A u B ikkonċernati bil-konċentrazzjoni, irrispettivament minn kull impriża oħra li tipparteċipa f'dik l-impriża C. (b) L-impriża C mhiex konsolidata A u B fil-kontijiet ta' qliegħ u telf tagħhom. (ċ) Id-dħul minn negozju ta' C li jirriżulta minn operazzjonijiet ma' A u B m'għandhomx jittieħdu inkonsiderazzjoni. (d) Id-dħul minn negozju ta' C li jirriżulta minn operazzjonijiet ma' kull impriża oħra għandu jkun mqassam madwar l-impriżi A u B, irrispettivament mill-ishma li għandhom individwalment f'C. III. Kalkolu tad-dħul minn-negozju (a) D-dħul minn negozju dinji aggregat ta' A għandu jkun ikkalkolat kif ġej: ECU 10000 miljun u 50 % tad-dħul minn negozju dinji ta' C ma' terżi impriżi (i.e. ECU 35 miljun), is-somma ta' liema hija ECU 10035 miljun. Id-dħul minn negozju dinji aggregat ta' B għandu jkun ikkalkolat kif ġej: ECU 2000 miljun u 50 % tad-dħul minn negozju dinji ta' C ma' terżi impriżi (i.e. ECU 35 miljun), is-somma ta' liema hija ECU 2035 miljun. (b) id-dħul minn negozju dinji aggregat ta' l-impriżi kollha ikkonċernati huwa ECU 12070 miljun. (ċ) Impriża A tikseb ECU 4025 miljun matul Stat Membru Y (50 % tad-dħul minn negozju ta' C f'dan l-Istat Membru jittieħed f'akkont), u d-dħul minn negozju matul l-Komunità ta' ECU 8030 miljun (inkluż 50 % tad-dħul minn negozju matul il-Komunità). Impriża B tikseb ECU 925 miljun matul Stat Membru Y (50 % tad-dħul minn negozju ta' C f'dan l-Istat Membru jittieħed f'akkont), u d-dħul minn negozju matul l-Komunità ta' ECU 1530 miljun (inkluż 50 % tad-dħul minn negozju matul il-Komunità ta' C). IV. Konklużżjoni Minħabba (a) id-dħul minn negozju dinji aggregat ta' l-impriżi A u B huwa aktar minn ECU 5000 miljun; (b) kull waħda mill-impriżi ikkonċernati bil-konċentrazzjoni tikseb aktar minn ECU 250 miljun fil-Komunità; (ċ) kull waħda mill-impriżi ikkonċernati (impriża A 50,1 % u impriża B 60,5 %) tikseb anqas minn żewġ terzi tad-dħul min-negozju totali tagħha ta' matul il-Komunità ġewwa wieħed (u l-istess) Stat Membru Y; l-konċentrazzjoni proposat taqa' taħt l-iskop tar-Regolament. -------------------------------------------------- NOTA TA' GWIDA III Applikazzjoni tar-regola ta' żewġ terżi (L-Artikolu 1) Għall-applikazzjoni tar-regola ta' żewġ terżi għal impriżi, nagħtu l-eżempji li ġejjin (konċentrazzjoni proposta bejn impriżi A u B): I. Kontijiet konsolidati ta' qliegħ u telf Eżempju 1 (miljun ECU) | Turnover | Impriża A | Impriża B | | | | | Bħul mill-bejgħ mid-dinja kollha | 10000 | | 500 | | fil-Kommunità | | (8000) | | (400) | fl-iStat Membru X | | (6000) | | (200) | Eżempju 2(a) (miljun ECU) | Turnover | Impriża A | Impriża B | | | | | Bħul mill-bejgħ mid-dinja kollha | 4800 | | 2000 | | fil-Kommunità | | (2400) | | (400) | fl-iStat Membru Y | | (2100) | | (300) | Eżempju 2(b) L-istess figuri bħal fl-eżempju 2(a) iżda impriża B tikseb ECU 300 miljun fl-Istat Membru Y. II. Applikazzjoni tar-regola ta' żewġ terżi Eżempju 1 1. Dħul minn negozju fil-Komunità huwa, għall-impriża A, ECU 8000 miljun u għall-impriża B ECU 400 miljun. 2. Dħul minn negozju f'wieħed (u l-istess) Stat Membru X huwa, għall-impriża A (ECU 6000 miljun), 75 % tad-dħul minn negozju tagħha fil-Komunità u huwa, għal impriża B (ECU 200 miljun), 50 % tad-dħul minn negozju tagħha fil-Komunità. 3. Konklużżjoni: F'dan il-każ, għalkhemm l-impriża A tikseb aktar minn żewġ terzi tad-dħul minn negozju tagħha fil-Komunità fl-Istat Membru X, l-konċentrazzjoni proposta għandha taqa' taħt l-iskop tar-Regolament minħabba l-fatt illi impriża B tikseb anqas minn żewġ terżi tad-dħul minn negozju tagħha fil-Komunità fl-Istat Membru X. Eżempju 2(a) 1. Dħul minn negozju ta' l-impriża A fil-Komunità huwa ECU 2400 miljun u ta' l-impriża B, ECU 400 miljun. 2. Dħul minn negozju f'wieħed (u l-istess) Stat Membru X huwa, għall-impriża A, (ECU 2100 miljun) (i.e. 87,5 % tad-dħul minn negozju tagħha matul l-Komunità); u għal impriża B, ECU 300 miljun (i.e. 75 % tad-dħul minn negozju tagħha fil-Komunità). 3. Konklużżjoni: F'dan il-każ kull waħda mill-impriżi ikkonċernati tikseb aktar minn żewġ terzi tad-dħul minn negozju tagħha fil-Komunità f'wieħed (u l-istess) Stat Membru X; l-konċentrazzjoni proposta ma' taqgħax taħt l-iskop tar-Regolament. Eżempju 2(b) Konklużżjoni: F'dan il-każ, r-regola ta' żewġ terzi ma' tapplikax minħabba l-fatt illi l-impriżi A u B jiksbu aktar minn żewġ terzi tad-dħul minn negozju tagħhom fil-Komunità fi Stati Membri differenti X u Y. Għalhekk, l-konċentrazzjoni proposta għandha taqa' taħt l-iskop tar-Regolament --------------------------------------------------