EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0179

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 179/98 tat-23 ta' Jannar 1998 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 3051/95 dwar l-immaniġġjar tas-sigurtà fuq il-vapuri tal-passiġġieri roll-on/roll-off (il-vapuri ro-ro)

ĠU L 19, 24.1.1998, p. 35–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/03/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0336

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/179/oj

31998R0179



Official Journal L 019 , 24/01/1998 P. 0035 - 0046


Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 179/98

tat-23 ta' Jannar 1998

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill Nru 3051/95 dwar l-immaniġġjar tas-sigurtà fuq il-vapuri tal-passiġġieri roll-on/roll-off (il-vapuri ro-ro)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar l-immaniġġjar tas-sigurtà tal-vapuri tal-passiġġieri roll-on/roll-off (vapuri ro-ro) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi r-Regolament (KE) Nru 3051/95 jipprovdi li l-kumpaniji u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Immaniġġjar tas-Sigurtà addottat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) permezz tar-Riżoluzzjoni ta' l-Assemblea A/741 (18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, fir-rigward tal-vapuri ro-ro li joperaw minn u lejn il-portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità;

Billi bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi tal-Kodiċi ta' l-Immaniġġjar Internazzjonali tas-Sigurtà (SMI), ġew addottati linji ta' gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Immaniġġjar tas-Sigurtà (SMI) fit-23 ta' Novembru 1995 mill-OMI bir-Riżoluzzjoni A.788 (19);

Billi huwa meħtieġ li wieħed iqis l-iżviluppi f'livell internazzjonali bl-introduzzjoni ta' regoli dettaljati rigward il-ħruġ ta' dokumenti u ċertifikati internazzjonali u l-forma tad-dokumenti u ċ-ċertifikati ta' l-SMI, kif ukoll ċerti normi dwar l-arranġamenti dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' l-SMI;

Billi huwa xieraq li wieħed jiżgura li l-validità ta' ċerti dokumenti u ċertifikati diġà maħruġa ma tiġix effettwata;

Billi r-Reġolament (KEE) Nru 3051/95 għandu għalhekk jiġi emendat;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Reġolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat kif provdut fl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE [2], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/43/KE [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

Ir-Reġolament (KEE) Nru 3051/95 qiegħed hawnhekk jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2(2) qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(d) "organizzazzjoni rikonoxxuta"; tfisser korp organizzat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/57/KE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 97/58/KE [4].";

2. L-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Ġunju 1998.

Id-dokumenti tal-konformità u ċ-ċertifikati ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà maħruġa minn amministrazzjonijiet u minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti qabel l-1 ta' Lulju 1998 għandhom jibqgħu validi sad-data ta' meta dawn jiskadu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Jannar 1998.

Għall-Kumissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 320, tat-30.12.1995, p. 14.

[2] ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

[3] ĠU L 158, tas-17.6.1997, p. 40.

[4] ĠU L 274, tas-7.10.1997, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3051/95 qiegħed b'dan il-mezz jiġi emedat kif ġej:

(a) it-titolu qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Il-Parti A

IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI TA' L-IMMANIĠĠJAR DWAR IS-SIGURTÀ FL-OPERAT TAL-VAPURI U GĦALL-PREVENZJONI TA' L-INKWINAMENT

(IL-KODIĊI INTERNAZZJONALI GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ (ISM))"

(b) din il-Parti B għandha tiġi miżjuda:

"Parti B [1]

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-AMMINISTRAZZJONIJIET RIGWARD L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KODIĊI INTERNAZZJONALI GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ (ISM)

1. IL-ĦRUĠ U L-VALIDITÀ TA' DOKUMENTI TA' KONFORMITÀ U ĊERTIFIKATI TA' L-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ

1.1. Definizzjonijiet

(a) "Sistema ta' l-Immaniġġjar tas-sigurtà (SMS)" tfisser sistema strutturata u dokumentata li tagħmel lill-impjegati ta' kumpanija kapaċi jimplimentaw b'mod effettiv il-proċedura tas-sigurtà tal-kumpanija u l-protezzjoni ambjentali.

(b) "il-verifika ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà" tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex wieħed jiddeċiedi jekk l-attivitajiet ta' l-SMS u r-riżultati relatati jikkonformawx ma' l-arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jiġux implimentati b'mod effettiv u idoneju biex jintlaħqu l-għanijiet.

(c) "Osservazjonijiet" tfisser dikjarazzjoni ta' fatt magħmul waqt verfiika ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà u sostanzjata minn evidenza oġġettiva.

(d) "Evidenza oġġettiva" tfisser informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, dokumenti jew dikajarazzjonijiet ta' fatti rigward is-sigurtà jew rigward l-eżistenza u l-implimentazzjoni ta' l-element ta' l-SMS, li jkun ibbażat fuq l-osservazzjoni, il-kejl jew it-test u li jkun jista' jiġi verfikat.

(e) "In-nuqqas ta' konformità" tfisser sitwazzjoni osservata fejn evidenza oġġettiva tindika n-nuqqas ta' osservanza ta' ħtieġa speċifika

(f) "Nuqqas ta' osservanza kbira" tfisser devjazzjoni identifikabbli li tikkaġuna theddida serja għas-sigurtà tal-personal jew tal-vapur jew riskju serju għall-ambjent u li tkun teħtieġ azzjoni korrettiva immedjata; barra minn hekk, in-nuqqas ta' l-implimentazzjoni effettiva u sistematika ta' ħtieġa tal-Kodiċi ta' l-SMI jiġi wkoll ikkunsidrat bħala nuqqas ta' osservanza kbira.

(g) "Dokument interim ta' konformità" tfisser dokument maħruġl il kumpaniji b'konformità mal-paragrafu 1.2.

(h) "Ċertifikat interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà" tfisser ċertifikat maħruġ lill-vapuri ro-ro b'konformità mal-paragrafu 1.3.

1.2. Dokument interim ta' konformità

1.2.1. Dokument interim ta' konformità jista' jinħareġ biss minn amministrazzjoni lil kumpanija meta:

1. il-kumpanija tkun għadha kemm twaqqfet; jew

2. il-kumpanija tassumi għall-ewwel darba r-responsabbilità li topera vapur ro-ro mhux kopert minn dokument ta' konformità li l-kumpanija tkun tippossjedi.

1.2.2. Qabel toħroġ dokument interim ta' konformità, l-amministrazzjoni għandha tivverifika li l-kumpanija għandha SMS li jlaħħaq ma' l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3. tal-Kodiċi SMI, u li għandha pjan sabiex timplimenta l-SMS li jlaħħaq mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ta' l-SMI waqt il-perjodu tal-validità tad-dokument interim tal-konformità.

1.2.3. Id-dokument interim tal-konformità għandu jkollu validità ta' mhux aktar minn 12-il xahar.

1.3. Iċ-ċertifikat interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà

1.3.1. Dokument interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà jista jinħareġ biss minn amministrazzjoni lil kumpanija tar-ro-ro meta:

1. il-vapur ro-ro jidħol għall-ewwel darba fis-servizz, wara t-tlestija tal-kostruzzjoni jew l-alterazzjoni li tkun tirriżulta f'bidla fit-tip tiegħu;

2. l-operazzjoni tal-vapur ro-ro tiġi trasferita u tidħol responsabbli għaliha l-kumpanija li qabel ma kinitx involuta fl-operazzjoni tal-vapur ro-ro partikolari;

3. il-vapur ro-ro jiġi trasferit minn bandiera ta' Stat ieħor;

1.3.2. Qabel toħroġ ċertifikat interim tas-sigurtà l-amministrazzjoni għandha tivverifika li:

1. il-kumpanija li topera l-vapur ro-ro jkollha dokument validu ta' konformità jew dokument interim ta' konformità għal dak il-vapur ro-ro;

2. l-SMS provdut mill-kumpanija għall-vapur ro-ro għandu jkun jinkludi elementi saljenti tal-kodiċi ta' l-SMI u jkun ġie stmat waqt il-verifika għall ħruġ tad-dokument tal-konformità jew muri għall-ħruġ tad-dokument interim tal-konformità;

3. il-kaptan u l-uffiċjal anzjan relevanti jkunu familjari mal-SMS u l-arranġamaenti ppjanati għall-implimentazzjoni tiegħu;

4. l-istruzzjonijiet li ġew identifikati bħala essenzjali biex jiġu provduti qabel it-tluq ikunu ngħataw;

5. pjani għal verifika tal-kumpanija tal-vapur ro-ro fi żmien tliet xhur; u

6. l-informazzjoni relevanti dwar l-SMS tingħata fil-lingwa jew lingwi komuni użati mill-personal tal-vapur ro-ro.

1.3.3. Iċ-ċertifikat interim għall-immaniġġjar tas-sigurtà għandu jkun validu għal mhux aktar minn sitt xhur. Fil-każ li l-kumpanija jkun inħarġilha dokument interim tal-konformità iżda jkun għad ma nħarġilhiex dokument ta' konformità li jkun validu għall-vapur ro-ro, il-validità tiegħu tista' tiġi estiża għal perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur mid-data ta' l-iskadenza oriġinali taċ-ċertifikat.

1.4. L-aċċettazzjoni u l-għarfien ta' dokument interim tal-konformità u ċ-ċertifikat interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà

1.4.1. Dokument interim tal-konformità u ċertifikat interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà li jkunu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u maħruġa mill-amministrazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta li tkun taġixxi għan-nom tagħha għandhom jiġu aċċetati minn kull Stat Membru.

1.4.2. Dokument interim tal-konformità u ċertifikat interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà maħruġa minn jew għan-nom ta' l-amministrazzjoni ta' pajjiżi terzi għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istat Membru jekk dan ikun sodisfatt li dawn juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

1.5. L-irtirar ta' dokument tal-konformità u ċerifikat ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà

1.5.1. L-amministrazzjoni li toħroġhom għandha tirtira d-dokument tal-konformità jekk ikun hemm evidenza ta' nuqqas kbir ta' konformità mal-Kodiċi ISM. Iċ-ċertifikati ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà assoċjati mad-dokument tal-konformità għandhom ikuni invalidati wkoll u rtirati.

1.5.2. L-amministrazzjoni li toħorġu għandha tirtira ċ-ċertifikat ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà jekk ikun hemm evidenza ta' nuqqas kbir ta' konformità mal-Kodiċi ISM.

2. IL-PROĊESS TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

2.1. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni għall-ħruġ ta' dokument tal-konformità lil kumpanija u ċ-ċertikat ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà lil vapur ro-ro għandhom isiru waqt li tittieħed konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet spjegati hawn isfel.

2.2. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni normalment għandu jinvolvi l-passi li ġejjin:

1. il-verifika inizjali;

2. il-verifika perjodika jew intermedja; u

3. il-verifika tat-tiġdid.

Dawn il-verifiki jsiru fuq it-talba tal-kumpanija lill-amministrazzjoni jew lill-organizzazzjoni reġistrata meta din tkun taġixxi għan-nom ta' l-amministrazzjoni.

2.3. L-istħarriġ għandu jinkludi verfika ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà.

2.4. Awditur prim, jew jekk ikun il-każ, tim ta' awdituri, għandhom jiġu nominati biex iwettqu l-verifika.

2.5. L-awditur prim nominat għandu jikkopera mal-kumpanija u jahdem pjan ta' verifika.

2.6. Għandu jsir rapport tal-verifika taħt it-tmexxija ta' l-awditur prim, li jkun responsabbli għall-eżattezza u l-kompletezza tiegħu.

2.7. Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi l-pjan tal-verifika, min huma l-membri tat-tim tal-verifika, id-dati u liema hija l-kumpanija, id-dokumenti dwar xi osservazzjonijiet u nuqqas ta' konformità u l-osservazzjonijiet dwar l-effettività ta' l-immaniġġjar tas-sistema tas-sigurtà biex tilħaq l-għanijiet speċifikati.

3. L-ISTANDARD TA' L-IMMANIĠĠJAR

3.1. L-awdituri jew it-tim ta' l-awdituri li jkun jispezzjona l-verifika tal-konformità mal-kodiċi ta' l-SMI għandu jkollu kompetenza biex:

1. jiżgura l-osservanza tar-regoli u r-regolamenti inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, rigward il-vapuri ro-ro imħaddma mill-kumpanija;

2. iwettaq attivitajiet ta' approvazzjoni, perizja u ċertifikazzjoni marbuta maċ-ċertifikati marittimi;

3. it-termini tar-referenza li għandhom jitqiesu taħt is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà kif mitlub mill-Kodiċi ISM., u

4. l-esperjenza prattika dwar l-operat tal-vapuri.

3.2. Biex issir verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' l-SMI irid jiġi żgurat li tkun teżisti indipendenza bejn il-personal li jkun qed jagħti s-servizzi ta' konsulenza u dawk involuti fil-proċedura taċ-ċertifikazzjoni.

4. L-ISTANDARDS TAL-KOMPETENZA

4.1. Il-kompetenza bażika biex wieħed jagħmel verifika

4.1.1. Il-personal li jipparteċipa fil-verifika dwar l-osservanza mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' l-SMI għandu jissodisfa l-kriterji minimi għal spetturi stabbiliti fl-Anness VII il-paragrafu 2 tad-Diretttiva tal-Kunsill 95/21/KE [2],

4.1.2. Huma jridu jkunu qagħdu għal taħriġ biex tiġi żgurata l-kompetenza u l-ħila adegwata li jkollhom biex jagħmlu verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM, b'mod parikolari fir-rigward ta':

1. kemm wieħed ikun jaf u jifhem il-Kodiċi ta' l-ISM;

2. ir-regoli u r-regolamenti mandatarji;

3. it-termini tar-referenza li jeħtieġ il-Kodiċi ta' l-ISM li l-kumppanniji għandhom iqisu;

4. it-tekniċi valutattivi ta' l-eżaminar, l-interrogazzjoni, l-ivvalutar u r-rapportaġġ;

5. l-aspetti tekniċi u operattivi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà;

6. l-għarfien bażiku tan-navigazzjoni u ta' l-operazzjonijiet ta' abbord; u

7. il-parteċipazzjoni għallinqas f'verifika waħda ta' sistema ta' l-immaniġġjar li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet marittimi.

4.2. Il-kompetenza għall-verifika inizjali u l-verifika tat-tiġdid

4.2.1. Biex wieħed jivvaluta kompletament jekk il-kumpanija jew il-vapur ro-ro ikunux jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' l-ISM., b'żjieda mal-kompetenza bażika fuq imsemmija, il-personal li jkun sejjer jagħmel il-verifiki inizjali jew il-verifiki tat-tiġdid ta' dokument ta' konformità u ċertifikat ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà, għandu jkollu l-kompetenza biex:

1. jiddeċiedi jekk l-elementi ta' l-SMS jikkonformawx jew le mar-rekwiżiti tal-kodiċi ta' l-ISM;

2. jiddeċiedi l-effettivita ta' l-SMS tal-kumpanija, jew dik tal-vapur ro-ro, biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli u r-regolamenti skond kif jixhdu d-dokumenti tal-perizja statutorja u tal-klassifika;

3. jivvaluta l-effettività ta' l-SMS biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli u r-regolamenti li ma jkunux koperti minn perizji staturorji u ta' klassifika u biex issir possibbli l-verifika tal-konformità mar-regoli u r-regolamenti; u

4. jivvaluta jekk il-prattiċi żguri rakkommandati mill-OMI, l-amministrazzjonijiet, is-soċjetajiet tal-klassifika u l-organizzazzjonijiet ta' l-industrija marittima ikunux ġew ikkunsidrati.

4.2.2. Din il-kompetenza tista' tiġi mwettqa minn timijiet li flimkien ikollhom il-kompetenza totali meħtieġa.

5. IL-FOROM TAD-DOKUMENTI TAL-KONFORMITÀ U Ċ-ĊERTIFIKATI TA' L-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ

Id-dokument tal-konformità, iċ-ċertifikat ta' l-imaniġġjar tas-sigurtà, id-dokument interim tal-konformità u ċ-ċertifikat interim ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà għandhom isiru fil-forma mfassla hawn taħt.

Fil-każ li dawn il-forom jintużaw għall-kumpaniji u l-vapuri ro-ro li joperaw fi Stat Membru wieħed biss, ir-referenzi għall-Konvenzjoni SOLAS jistgħu jitħassru.

DOKUMENT TAL-KONFORMITÀ

+++++ TIFF +++++

IL-KONTROFFIRMAR TAL-VERIFIKA ANNWALI

+++++ TIFF +++++

IĊ-ĊERTIFIKAT TA' L-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ

+++++ TIFF +++++

IL-KONTROFIRMAR TAL-VERIFIKA PERJODIKA U L-VERIFIKA ADDIZZJONALI

+++++ TIFF +++++

ID-DOKUMENT INTERIM TAL-KONFORMITÀ

+++++ TIFF +++++

ĊERTIFIKAT INTERIM TA' L-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti integrali tal-partijiet korrispondenti tal-Kodiċi ta' l-ISM spjegati fil-Parti A.

[2] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

Top