Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0092

    Id-Direttiva tal-Kunsill 98/92/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998 li temenda d-Direttiva 70/524/KEE dwar l-adittivi fl-għalf u d-Direttiva 95/69/KE li tistipula l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti sabiex jiġu approvati u rreġistrati ċerti stabbilimenti u intermedjarji li jaħdmu fil-qasam ta’ l-għalf ta' l-annimali

    ĠU L 346, 22.12.1998, p. 49–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/92/oj

    31998L0092



    Official Journal L 346 , 22/12/1998 P. 0049 - 0050


    Id-Direttiva tal-Kunsill 98/92/KE

    ta' l-14 ta' Diċembru 1998

    li temenda d-Direttiva 70/524/KEE dwar l-adittivi fl-għalf u d-Direttiva 95/69/KE li tistipula l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti sabiex jiġu approvati u rreġistrati ċerti stabbilimenti u intermedjarji li jaħdmu fil-qasam ta’ l-għalf ta' l-annimali

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjal [3],

    Billi l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 95/69/KE [4] jiddikjara illi l-Kunsill irid jadotta l-ammont tal-piżijiet li għandhom jiġu mitluba għall-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti u ta' l-intermedjarji tagħhom;

    Billi l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-adittivi fl-għalf [5] jiddikjara illi jista' jiġi impost piż mill-Istat Membru li jkun qiegħed jaġixxi bħala rapporteur rigward l-eżami tad-dossiers li jkollhom x'jaqsmu ma' l-awtorizzazzjoni Komunitarja dwar l-adittivi għall-għalf; billi l-Kunsill għandu jistipula l-ammont ta' dan il-piż;

    Billi eżami tal-mod dwar kif jingħataw il-fondi għas-servizzi interessati fl-Istati Membri individwali wera illi l-iffissar ta' l-ammont tal-piżijiet fil-livell Komunitarju jkun intervent sproporzjonat li jkollu effetti kbar fuq is-sistemi eżistenti biex jiġu mposti l-piżijiet imħaddma mill-Istati Membri; billi, barra minn hekk, l-ispejjeż li ntefqu mill-Istati Membri biex jipprovdu dawn is-servizzi jvarjaw ħafna, b'mod partikolari minħabba d-differenzi kbar fil-prezz tax-xogħol;

    Billi, sabiex jiġi evitat it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni, għandha madankollu ssir disposizzjoni illi l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-regoli armonizzati għall-kalkolu tal-livell tal-piżijiet;

    Billi d-disposizzjonijiet rilevanti fid-Direttivi 70/524/KEE u 95/69/KE għandhom jiġu emendati kif jixraq,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L- Artikolu 1

    Id-Direttiva 70/524/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

    L-Artikolu 6 (2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. Qabel l-1 ta' April 1999, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli għall-kalkolu tal-livell tal-piż li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1."

    L- Artikolu 2

    Id-Direttiva 95/69/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

    L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    "L- Artikolu 14

    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, qabel l-1 ta' April 1999, jadotta r-regoli għall-kalkolu tal-livell tal-piż li għandu jiġi impost għall-approvazzjoni ta' l-istabbilimenti u ta' l-intermedjarji tagħhom."

    L- Artikolu 3

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 1999. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewliena tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

    L- Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L- Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, l-14 ta' Diċembru 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Molterer

    [1] ĠU C 155, ta' l-20.5.1998, p. 29.

    [2] ĠU C 292, tal-21.9.1998.

    [3] ĠU C 284, ta' l-14.9.1998, p. 91.

    [4] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 15.

    [5] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/19/KE (ĠU L 96, tat-28.3.1998, p. 39).

    --------------------------------------------------

    Top