Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0077

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/77/KE tat-2 ta' Ottubru 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 286, 23.10.1998, p. 34–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/77/oj

31998L0077

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/77/KE tat-2 ta' Ottubru 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 286 , 23/10/1998 P. 0034 - 0052
CS.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
ET.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
HU.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
LT.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
LV.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
MT.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
PL.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
SK.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95
SL.ES Chapter 13 Volume 21 P. 77 - 95


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/77/KE

tat-2 ta' Ottubru 1998

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta' l-20 ta' Marzu fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja b'emissjonijiet minn vetturi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2],

Billi id-Direttiva 70/220/KEE hija waħda mid-direttivi taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/14/KE [4];

Billi l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 70/156/KEE jippreskrivi li l-proċedura tal-Artikolu 13 għandha tapplika wkoll għall-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' unitajiet tekniċi separati fid-direttivi separati;

Billi biex tipprovdi bażi armonizzata li tiggarantixxi li konverżjonijiet katalitiċi għat-tibdil, maħsuba għat-twaħħil fuq vetturi ta' Kategorija M1 u N1 mhux attrezzati b'sistemi djanjostiċi fuq ġewwa, huma ta' kwalità suffiċjenti, huwa xieraq li wieħed idaħħal fid-Direttiva 70/220/KEE rekwiżiti ġodda tekniċi għall-approvazzjoni KE tat-tip ta' konverżjonijiet katalitiċi għat-tibdil bħala unità teknika separata; billi dawn ir-rekwiżiti tekniċi huma konformi mar-rekwiżiti tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-Regolament Nu 103 li jirrigwarda l-approvazzjoni ta' konverżjonijiet katalitiċi għat-tibdil għal vetturi bil-mutur [5];

Billi fid-dawl tal-progress tekniku huwa xieraq li jkunu introdotti fid-Direttiva 70/220/KEE rekwiżiti tekniċi ġodda għall-approvazzjoni KE tat-tip ta' vetturi li jistgħu jimxu fuq gass likwifikat ta' pitrolju (LPG) jew gass naturali (NG); billi l-użu ta' l-LPG jew NG għat-tmexxija tal-vetturi jippermetti li tikseb livelli baxxi ħafna ta' emissjonijiet ta' ħsara u għandu għalhekk jibbenefika mis-sistema KE ta' approvazzjoni tat-tip; billi dawn ir-rekwiżiti tekniċi huma konformi mar-rekwiżiti tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 83 li jirrigwarda l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward ta' emissjoni ta' inkwinanti [6];

Billi huwa xieraq li jkunu ċċarati l-metodi li jirrigwardaw il-kejl ta' reżistenza għall-irrumblar tal-vettura;

Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f4din id-Direttiva huma konformi ma4 l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 70/220/KEE huwa mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

- "vettura" tfisser kull vettura kif definita fl-Anness II Taqsima A tad-Direttiva 70/156/KEE,

- "attrezzatura LPG jew NG tal-karozzi" tfisser kull armar ta' komponenti LPG jew NG iddisinjati biex jiġu armati fuq tip wieħed jew aktar ta' vettura bil-mutur, li jista4 jiġi approvat bħala unità teknika separata kif definita fl-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva 70/156/KEE,

- "konverter katalitiku ta'" sostituzzjoni tfisser konverter katalitiku jew armar ta' konverters katalitiċi maħsuba biex jieħdu post xi attrezzatura oriġinali ta' konverter katalitiku fuq vettura approvata skond id-Direttiva 70/220/KEE, li tista tiġi approvata bħala unità teknika separata kif definita fl-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva 70/156/KEE."

Artikolu 2

L-Annessi tad-Direttiva 70/220/KEE huma emendati b'mod konformi ma' l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. Fir-rigward ta' konvertituri katalitiċi ġodda ta' sostituzzjoni maħsuba biex jiġu armati fuq vetturi b'approvazzjoni KE li mhumiex attrezzati b'sistemi djanjostiċi abbord (OBD), l-Istati Membri:

(1) b'effett mill-1 Jannar 1999, ma jistgħux:

- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE skond l-artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew

- iżommu l-bejgħ tagħhom jew l-istallazzjoni fuq xi vettura,

jekk iħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata b'din id-Direttiva;

(2) b'effett mill-1 ta' Ottubru 1999 bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva70/156/KEE għandhom iżommu l-bejgħ jew l-istallazzjoni fuq vettura ta' konvertitur(i) katalitiku(ċi) ta' sostituzzjoni, jekk ma jkunx tat-tip li fir-rigward tiegħu approvazzjoni tat-tip ġiet mogħtija b'konformità mad-Direttiva 70/220/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Fir-rigward ta' vetturi ġodda li jimxu fuq LPG jew NG jew li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl- LPG, jew NG għal raġunijet marbuta ma' tniġġis ta' l-arja mill-emissjoni, l-Istati Membri:

(1) b'effett mill-1 ta' Jannar 1999, ma jistgħux:

- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE skond l-artikolu 4(1) tad-Direttiva 70/156/KEE,

- jew

- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew

— jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz jekk iħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata b'din id-Direttiva;

(2) b'effett mill-1 ta' Ottubru 1999, għandhom jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda li ma jħarsux id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-31 ta' Diċembru 1998. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma' referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tal-proċedura prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tibda sseħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1.

[2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1996, p. 64.

[3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[4] ĠU L 91, tal-25.3.1998, p. 1.

[5] Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Regolament Nru 103 (E/EKE/324-E/EKE/TRANS/505/Rev2/Add. 102).

[6] Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa Regolament Nru 83 (E/EKE/324-E/EKE/TRANS/505/Rev1/Add. 82 kif emendat).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

EMENDI GĦALL-ANNESSI TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE

Lista ta' l-Annessi

1. Il-lista ta' l-Annessi hija emendata kif ġej:

"L ANNESS IX a: | Karatteristiċi ta' karburanti ta' referenza fil forma ta' gass" |

"L ANNESS XII: | Approvazzjoni KE tat tip għal vettura li timxi blLPG jew gass naturali fir rigward ta' l emissjonijiet tagħha" |

"L-ANNESS XIII: | Approvazzjoni tat-tip KE ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni bħala unità tekniku separat |

Appendiċi 1: Dokument ta' tagħrif Appendiċi 2: Ċertifikat ta' approvazzjoni tat |

tip KE |

Appendiċi 3: Marka ta' approvazzjoni tattip KE." |

L-Anness I

2. Il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu fl-aħħar tat-Taqsima 1:

"Din id-Direttiva tapplika wkoll għal:

- il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip KE għal konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni bħala unitajiet tekniċi separati maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi ta' kategorija M1 u N1,

- il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip KE ta' attrezzatura LPG jew NG għall-vetturi bħala unitajiet tekniċi separati maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi ta' kategorija M1 u N1, fir-rigward ta' l-emissjonijiet tagħha."

3. Il-punt 2.4 għandu jinqara kif ġej:

"2.4. "Inkwinanti fil-forma ta' gass" tfisser l-emissjoni ta' gass ta' l-exhaust ta' carbon monoxide, ossidi tan-nitroġenu, mfissra f'diossidu tan-nitroġenu (NO2) ekwivalenti, u idrokarburi filwaqt li wieħed jassumi rapport ta':

- C1H1.85 għall-petrol,

- C1H1.85 għad-diesel,

- C1H2525 għal-LPG,

- CH4 għall-NG."

4. Il-punti 2.17 sa 2.11 huma miżjuda biex jinqraw kif ġej:

"2.17. "attrezzatura oriġinali ta' konvertitur katalitiku" tfisser konvertitur katalitiku jew xi armar ta' konvertituri katalitiċi koperti mill-approvazzjoni tat-tip kunsenjata għall-vettura u li t-tipi tagħhom huma murija fid-dokument fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

2.18. "konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni" tfisser konvertitur katalitiku jew xi armar ta' konvertituri katalitiċi li għalihom tista tinkiseb approvazzjoni skond l-Anness XIII ta' din id-Direttiva, barra minn dawk definiti fil-punt 2.17.

2.19. — "attrezzatura LPG jew NG tal-karozzi" tfisser kull armar ta' komponenti ta' karozzi NG jew LPG iddisinjati biex jiġu mwaħħla fuq tip wieħed jew aktar ta' vettura bil-mutur, li jista' jiġi approvat bħala unità teknika separata.

2.20. "familja ta' vetturi" tfisser grupp ta' tipi ta' vettura identifikati minn xi vettura ewlenija għall-għan ta' l-Anness XII.

2.21. "htieġa ta' karburant tal-magna" tfisser it-tip ta' karburant normalment użat mill-magna:

- petrol,

- LPG (gass likwifikat tal-pitrolju),

- NG (gass naturali),

- kemm petrol kif ukoll LPG,

- kemm petrol kif ukoll NG,

- diesel karburanti."

5. Punt 5.1.2 huwa modifikat biex jinqara kif ġej:

"5.1.2. Fetħiet tat-tankijiet tal-petrol:"

6. Jiżdied il-punt ġdid 5.2.2 kif ġej:

"5.2.2. Vetturi b'magna positive ignition li jimxu bl-LPG jew NG biss għandhom ikunu suġġetti għall-provi li ġejjin:

- tip I (li jagħmel simulazzjoni ta' l-emissjoni medju ta' pajp ta' l-exhaust wara startjatura kiesħa)

- tip II (skariku ta' carbon monoxide bil-magna idling)

- tip III (emissjonijiet tal-crankcase),

- tip V (durabilità ta' mezzi ta' kontroll ta' tniġġis)."

7. Il-punti 5.3.1.2.1.1 u 5.3.1.2.1.2 jiżdiedu kif ġej:

"5.3.1.2.1.1. Vetturi li jimxu bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bit-test ta' tip I għal xi varjazzjonijiet fil-komposizzjoni ta' l-LPG jew NG, kif preskritt fl-Anness XII. Vetturi li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bit-test I fuq iż-żewġ karburanti, li minnhom it-tmexxija fuq LPG jew NG għandha ssir għal xi varjazzjoni fil-kompożizzjoni ta' l-LPG jew NG, kif preskritt fl-Anness XII.

5.3.1.2.1.2. minkejja l-ħtiġiet tal-punt 5.3.1.2.1.1, vetturi li jistgħu jimxu kemm bil-petrol kif ukoll b'xi karburant fil-forma ta' gass, iżda billi s-sistema tal-petrol titwaħħal għal għanijiet ta' emerġenza jew għall-istartjar biss u li minnu t-tank tal-petrol ma' jistax jesa' aktar minn 15-il litru ta' petrol jitqiesu għat-test tat-tip I bħala vetturi li jistgħu jimxu biss fuq karburanti fil-forma ta' gass."

8. Jiżdied il-punt ġdid 5.3.1.4.2 kif ġej:

"5.3.1.4.2. Meta it-testijiet isiru b'karburant fil-forma ta' gass, il-massa miksuba ta' emissjonijiet fil-forma ta' gass għandha tkun anqas mill-limiti għal vetturi li għandhom magna petrol fit-tabella hawn fuq."

9. Il-punti ġodda 5.3.2.1.1 u 5.3.2.1.2 jiżdiedu kif ġej:

"5.3.2.1.1. Il-vetturi li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bit-test tip II fuq iż-żewġ karburanti.

5.3.2.1.2. minkejja l-ħtiġiet tal-punt 5.3.2.1.1 hawn fuq, vetturi li jistgħu jimxu kemm bil-petrol kif ukoll b'xi karburant fil-forma ta' gass, iżda billi s-sistema tal-petrol titwaħħal għal għanijiet ta' emerġenza jew għall-istartjar biss u li minnu t-tank tal-petrol ma' jistax jesa' aktar minn 15-il litru ta' petrol jitqiesu għat-test tat-tip II bħala vetturi li jistgħu jimxu biss fuq karburanti fil-forma ta' gass."

10. Il-punti ġodda 5.3.3.1.1 u 5.3.3.1.2 jiżdiedu kif ġej:

"5.3.3.1.1. Il-vetturi li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bit-test tip III fuq petrol biss.

5.3.3.1.2. minkejja l-ħtiġiet tal-punt 5.3.3.1.1, vetturi li jistgħu jimxu kemm bil-petrol kif b'xi karburant fil-forma ta' gass, iżda billi s-sistema tal-petrol titwaħħal għal għanijiet ta' emerġenza jew għall-istartjar biss u li minnu t-tank tal-petrol ma jistax jesa' aktar minn 15-il litru ta' petrol jitqiesu għat-test tat-tip III bħala vetturi li jistgħu jimxu biss fuq karburanti fil-forma ta' gass."

11. Punt 5.3.4.1 huwa emendat biex jinqara kif ġej:

"5.3.4.1. … li għandhom magna compression-ignition, u l-vetturi jimxu bl-LPG jew NG.

5.3.4.1.1. Il-vetturi li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bit-test tip IV fuq petrol biss."

12. Jiżdied il-punt ġdid 5.3.5.1.1. kif ġej:

"5.3.5.1.1. Il-vetturi li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bit-test tip V fuq petrol biss."

13. Punt ġdid 5.3.8 jiżdied:

"5.3.8. Approvazzjoni ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni.

5.3.8.1. It-test għandu jitwettaq biss għal konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni maħsub biex jitwaħħal fuq vetturi b'approvazzjoni KE tat-tip li m'humiex attrezzati bl-OBD, skond l-Anness XIII."

L-Anness II (dokument ta' tagħrif)

14. Il-Punt 3.2.2 għandu jinqara kif ġej:

"3.2.2. karburanti: żejt tad-diesel/petrol/LPG/NG [1]

15. Il-punti 3.2.15 u 3.2.16 jiżdiedu kif ġej:

+++++ TIFF +++++

L-Anness III (test tip I)

16. Il-punt I għandu jinqara kif ġej:

"1. Daħla

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tip I definit f'5.3.1 ta' l-Anness I. Meta l-karburanti ta' referenza li jrid jintuża huwa LPG jew NG, id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness XII għandhom japplikaw b'mod addizzjonali."

17. Jiżdied il-punt ġdid 3.2.1 kif ġej:

"3.2.1. Vetturi li jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati skond l-Anness XII bir-referenza xierqa ta' karburant(i) kif definit fl-Anness IX a."

18. Jiżdied il-punt 5.3,1.1 kif ġej:

"5.3.1.1. Għal vetturi b'magna positive ignition li jimxu bl-LPG jew NG jew attrezzati b'mod li jistgħu jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG, bejn it-testijiet fuq l-ewwel karburanti fil-forma ta' gass ta' referenza u t-tieni karburanti fil-forma ta' gass ta' referenza, il-vettura għandha tiġi prekondizzjonata qabel it-test fuq it-tieni karburant ta' referenza. Dan il-prekondizzjonament isir fuq it-tieni karburant ta' referenza billi wieħed isuq ċiklu ta' prekondizzjonament li jikkonsisti f'wieħed parti waħda (parti urbana) u darbtejn parti tnejn (parti extra urbana) taċ-ċiklu tat-test deskritt fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness. Fuq talba tal-fabbrikant u bil-qbil tas-servizz tekniku dan iċ-ċiklu ta' prekondizzjonament jista' jitwal. L-issettjar tad-dinamometru għandu jkun dak muri fil-punti 5.1 u 5.2 ta' dan l-Anness."

19. Jiżdied l-punt 6.2.3 kif ġej:

"6.2.3. Fil-każ ta' l-użu ta' l-LPG jew NG bħala karburant il-magna tista' tiġi startjata fuq il-petrol u maqluba għal-LPG jew NG wara perjodu predeterminat ta' ħin li ma jistax jinbidel mis-sewwieq."

20. Punt 8.2 huwa emendat biex jinqara kif ġej:

"Fil każ ta' carbon monoxide (CO): | d = 1.25 g/l |

Fil każ ta' idrokarburi: | |

għall petrol (CH1.85) | d = 0619 g/l |

Għad diesel (CH 1.86) | d = 0619 g/l |

Għal LPG (CH 2525) | d = 0649 g/l |

Għall NG (CH4) | d = 0714 g/l |

Fil każ ta' ossidi tannitroġenu (NO2): | d = 2.05 g/l." |

21. Fl-Anness III, Appendiċi 3, punt 5.1.1.2.8, id-definizzjoni tal-fattur KR u t-tabella huma emendati biex jinqraw kif ġej:

- "… KR = Fattur korrezzjoni tat-temperatura tar-reżistenza ta' l-irolljar, meħud bħala ugwali għal: 8.64… 10-3/ °C jew il-fattur ta' korrezzjoni tal-fabbrikant approvata mill-awtorità"

- "… u għal kull veloċità l-koeffiċjenti a u b jintwerew fit-tabella li ġejja:

V (km/h) | a | b |

20 | 7,24 × 10-5 | 0,82 |

40 | 1,59 × 10-4 | 0,54 |

60 | 1,96 × 10-4 | 0,33 |

80 | 1,85 × 10-4 | 0,23 |

100 | 1,63 × 10-4 | 0,18 |

120 | 1,57 × 10-4 | 0,14" |

22. Fl-Anness III, Appendiċi 5, punt 3.1.3.5.2 huwa emendat biex jinqara kif ġej:

"3.1.3.5.2. … inqas minn 3 % bil-volum għall-petrol u diesel, anqas minn 2,2 % bil volum għal-LPG u inqas minn 1,5 % bil-volum għal NG."

23. Fl-Anness III, Appendiċi 6, punt 23 huwa emendat biex jinqara kif ġej:

"2.3 …

—metanu u arja ppurifikata | 1,00 < Rf < 1,15 |

jew |

1,00 < Rf < 1,05 għall-vetturi li jużaw is-sistema ta' karburanti NG |

…"

24. Fl-Anness III, Appendiċi 8, punt 1.3 għandu jinqara kif ġej:

"…

Il-fattur ta' dilwizzjoni jiġi kkalkulat kif ġej:

DF =

C

+

10

għall-petrol u diesel 5a

DF =

C

+

10

għal-LPG

DF =

C

+

10

għall-gass naturali

…"

25. Fl-Anness III, Appendiċi 8, punt 1.5.2.3, il-valur ta' QHC huwa emendat biex jinqara kif ġej:

"QHC = 0.619 fil-każ ta' petrol jew diesel

QHC = 0.649 fil-każ ta' LPG

QHC = 0.714 fil-każ ta' NG"

L-Anness IV (test tip II)

26. Jiżdied il-punt ġdid 2.2.1 kif ġej:

"2.2.1. Vetturi li jimxu jew bil-petrol jew bl-LPG jew NG għandhom jiġu ttestjati bil-karburanti ta' referenza użati għat-test tat-tip I."

L-Anness VII (test tip V)

27. Il-punt 3 għandu jinqara kif ġej:

"3. KARBURANTI:

It-test ta' durabilità huwa fuq karburanti xieraq disponibbli kummerċjalment."

L-Anness IX a:

28. Jiżdied l-Anness ġdid IXa kif ġej:

"

L-ANNESS IX a:

KARATTERISTIĊI TA' KARBURANTI FIL-FORMA TA' GASS TA' REFERENZA

1. Data teknika tal-karburanti LPG ta' referenza

| | Karburanti A | Karburanti B | Metodu tat-test |

Kompożizzjoni | % vol. | | | ISO 7941 |

C3 | % vol | 30 ± 2 | 85 ± 2 | |

C4 | % vol | bilanċ | bilanċ | |

<C3, >C4 | % vol | max. 2 % | max. 2 % | |

Olefini | % vol | 9 ± 3 | 12 ± 3 | |

Fdal ta' l-evaporazzjoni | ppm | max 50 | max. 50 | NFM 41-015 |

Kontenut ta' ilma | | xejn | xejn | ispezzjoni viżwali |

Kontenut ta' Kubrit | ppm massa [1] | max 50 | max 50 | EN 24260 |

Hydrogen sulphide | | xejn | xejn | |

Korrużjoni tar-ram | rating | klassi 1 | klassi 1 | ISO 625 1 [2] |

riħa | | karatteristika | karatteristika | |

MON | | min. 89 | min. 89 | EN 589 L-Anness B |

2. Data teknika tal-karburanti NG ta' referenza

Karburanti ta' Referenza G 20

Karatteristiċi | Unitajiet | Bażi | Limiti | Metodu tat-test |

Minimu | Massimu |

Kompożizzjoni | | |

Metanu | | 100 | 99 | 100 | |

Bilanċ | % moli | — | — | 1 | ISO 6974 |

[Inerti + C1/C2 +] | | | | | |

N2 | | | | | |

Kontenut ta' kubrit | mg/m3 [3] | — | — | 50 | ISO 6326-5 |

Karburanti ta' Referenza G 23

Karatteristiċi | Unitajiet | Bażi | Limiti | Metodu tat-test |

Minimu | Massimu |

Kompożizzjoni | | |

Metanu | | 86 | 84 | 88 | |

Bilanċ | % moli | — | — | 1 | ISO 6974 |

(Inerti + C1/C2 +) | | | | | |

N2 | | 14 | 12 | 16 | |

Kontenut ta' kubrit | mg/m3 [3] | — | — | 50 | ISO 6326-5 |

L-Indiċi Wobbe huwa l-proporzjon tal-valur kalorifiku ta' gass għal kull unità ta' volum u l-għerq kwadrat tad-densità relattiva taħt l-istess kondizzjonijiet ta' referenza:

Indiċi Wobbe = H

ρ

/

ρ

bi

Hgas = valur kalorifiku tal-karburant f'MJ/m3 f'0 °C

ppair = densità ta' l-arja f'0 °C

pgas = densità tal-karburant f'0 °C

L-Indiċi Wobbe jingħad bħala gross jew nett skond jekk il-valur kalorifiku huwa l-valur kalorifiku gross jew nett.

"

L-Anness IX

29. Punt ġdid 1.8.1 jiżdied ma' l-appendiċi ta' l-Anness IX:

"1.8.1. Fil-każ ta' vetturi li jimxu fuq LPG jew NG:

1.8.1.1. Irrepeti t-tabella għall-gassijiet kollha ta' referenza ta' LPG jew NG, filwaqt li turi jekk ir-riżultati humiex mkejla jew ikkalkolati. Fil-każ ta' vetturi disinjati biex jimxu jew fuq petrol jew fuq LPG jew NG irrepeti għall-petrol u l-gassijiet kollha ta' referenza ta' LPG jew NG.

1.8.1.2. Numru ta' approvazzjoni tal-vettura ewlenija, jekk il-vettura hija membru ta' xi familja:

1.8.1.3. Rapporti "r" ta' riżultati ta' skariku għall-familja fil-każ ta' karburanti fil-forma ta' gass, għal kull inkwinanti."

L-Anness XII:

30. Jiżdied l-Anness ġdid XII biex jinqara kif ġej:

"

L-ANNESS XII

APPROVAZZJONI KE TAT-TIP GĦAL VETTURA LI TIMXI BL-LPG JEW GASS NATURALI FIR-RIGWARD TA' L-EMISSJONIJIET TAGĦHA

1. DAĦLA

Dan l-Anness jiddeskrivi r-rekwiżiti speċjali li japplikaw fil-każ ta' xi approvazzjoni ta' xi vettura li timxi fuq LPG jew gass naturali, jew li timxi jew fuq petrol minghajr ċomb jew LPG jew gass naturali, sa fejn għandu x'jaqsam mat-testing fuq LPG jew gass naturali.

Fil-każ ta' LPG u gass naturali hemm fis-suq varjazzjoni kbira fil-kompożizzjoni tal-karburanti, li titlob li s-sistema ta' karburant tadatta r-rati ta' riforniment għal dawn il-kompożizzjonijiet. Biex tinkiseb prova ta' din il-ħila, il-vettura trid tiġi ttestjata fit-tip ta' test I fuq żewġ karburanti estremi ta' referenza u turi l-awto-adattabilità tas-sistema ta' riforniment. Kull meta l-awto-adattabilità tas-sistema ta' riforniment tkun ġiet ippruvata fuq xi vettura, vettura bħal din tista' tiġi kkunsidrata bħala l-ewlenija ta' familja. Vetturi li jħarsu dawn ir-rekwiżiti ta' membri ta' din il-familja, jekk ikunu armati bl-istess sistema ta' riforniment, jeħtieġu li jiġu ttestjati fuq karburanti wieħed biss.

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għan ta' dan l-Anness:

2.1. Vettura ewlenija tfisser vettura li tingħażel biex isservi bħala l-vettura li fuqha ser tiġi ppruvata l-awto-adattabilità ta' xi sistema ta' riforniment, u li għaliha jirreferu l-membri ta' familja. Huwa possibbli jkollok aktar minn vettura ewlenija waħda f'familja.

2.2. Membru ta' familja hija vettura li jkollha dawn il-karatteristiċi meħtieġa flimkien ma' l-ewlenija(ewleninin):

2.2.1. (a) Hija prodotta mill-istess fabbrikant ta' vettura.

(b) Hija bla ħsara għall-istess limiti ta' skariku.

(ċ) Jekk is-sistema ta' riforniment ta' karburant għandha kejl ċentrali għall-magna kollha:

Għandha qawwa output attestata ta' bejn 0,7 u 1,15-il darba daqs dik tal-magna tal-vettura ewlenija.

Jekk is-sistema ta' riforniment ta' karburant għandha kejl individwali għal kull ċilindru:

Għandha qawwa "output" attestata kull ċilindru ta' bejn 0,7 u 1,15 il-darba daqs dik tal-magna tal-vettura ewlenija.

(d) Jekk armata b'sistema ta' katalist, jkollha l-istess tip ta' katalist i.e. tlett ibnadi, ossidazzjoni, de NOx.

(e) Għandha sistema ta' riforniment ta' karburant (inkluż ir-regolatur tal-pressjoni) mill-istess manifattur tas-sistema u ta' l-istess tip: induzzjoni, injezzjoni tal-fwar (punt wieħed, ħafna punti), injezzjoni likwida (punt wieħed, ħafna punti).

(f) Din is-sistema ta' riforniment ta' karburant hija kkontrollata minn ECU ta' l-istess tip u karatteristika teknika, li fiha l-istess prinċipji ta' software u strateġija ta' kontroll.

2.2.2. Fir-riward tal-kundizzjoni meħtieġa (ċ): fil-każ fejn prova turi li żewġ vetturi li jimxu bil-gass jistgħu jkunu membri ta' l-istess familja ħlief minħabba l-output attestat ta' qawwa, rispettivament P1 u P2 (P1 <P2), u t-tnejn huma ttestjati bħallikieku kienu vetturi mamma, r-relazzjoni familjari titqies valida għal kull vettura b' "output" ta' qawwa attestat bejn 0,7 * P1 u 1,15*P2.

3. GĦOTJA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

L-approvazzjoni tat-tip KE tingħata soġġetta għar-rekwiżiti li ġejjin:

3.1 Approvazzjoni ta' emissjonijiet ta' exhaust ta' vettura ewlenija:

Il-vettura ewlenija għandha turi l-ħila tagħha li taddatta għal kull kompożizzjoni ta' karburant li jista' jitfaċċa fis-suq. Fil-każ ta' LPG hemm varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni C3/C4. Fil-każ ta' gass naturali hemm ġeneralment żewġ tipi ta' karburant, karburant kalorifiku għoli (H-gass) u karburant kalorifiku baxx (L-gass), iżda b'medda sinifikanti bejn iż-żewġ raġġi; huma differenti ħafna fl-Indiċi Wobbe. Dawn il-varjazzjonijiet huma riflessi fil-karburanti ta' riferenza.

3.1.1. Il-vettura(i) ewlenija(in) għandhom jiġu ttestjati fit-test tat-tip I fuq iż-żewġ karburanti estremi ta' riferenza ta' l-Anness IX a.

3.1.1.1. Jekk it-tranżizzjoni minn karburant għal ieħor huwa fil-prattika megħjun permezz ta' l-użu ta' swiċċ, dan is-swiċċ ma jkunx jista' jintuża waqt it-tip ta' approvazzjoni. F'dan il-każ fuq it-talba tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku, iċ-ċiklu ta' pre-kundizzjonar li jissemma fil-punt 5.3.1. ta' l-Anness III jista jiġi estiż.

3.1.2. Il-vettura(i) titqies/jitqiesu konformi jekk, biż-żewġ karburanti ta' riferenza, il-vettura tħares il-limiti ta' emissjoni.

3.1.3. p =

riżultat ta' l-emissjoni fuq karburant wieħed ta' riferenzariżultat ta' l-emissjoni fuq il-karburant l-ieħor ta' riferenza

3.2. Approvazzjoni ta' emissjonijiet ta' exhaust ta' membru tal-familja:

Għal membru tal-familja test tat-tip I għandu jsir b'karburant wieħed ta' referenza. Dan il-karburant ta' riferenza jista' jkun kull karburant ta' riferenza. Il-vettura titqies li tkun konformi jekk ir-rekwiżiti li ġejjin jitħarsu:

3.2.1. Il-vettura tħares id-definizzjoni ta' membru ta' familja kif definit taħt punt 2.2.

3.2.2. Ir-riżultati tat-test għal kull inkwinanti għandhom jiġu multiplikati bil-fattur tiegħu "p" (Ara punt 3.1.3), jekk p huwa akbar minn 1,0. Jekk p huwa iżgħar minn 1,0, il-valur tiegħu jittieħed bħala 1. Ir-riżultati ta' dawn il-multiplikazzjonijiet għandhom jittieħdu bħala r-riżultat aħħari ta' emissjoni. Fuq it-talba tal-fabbrikant it-test tat-tip I jista' jitwettaq fuq il-karburant ta' riferenza 2 jew fuq iż-żewġ karburanti ta' referenza, sabiex ma tkun tinħtieġ ebda korrezzjoni.

3.2.3. Il-vettura għandha tħares il-limiti ta' emissjoni validi għall-kategorija rilevanti kemm għall-emissjonijiet mkejla kif ukoll għal dak ikkalkolat.

4. KONDIZZJONIJIET ĠENERALI

4.1. Testijiet għall-konformità ta' produzzjoni jistgħu jitwettqu b'karburant kummerċjali li tiegħu l-proporzjon C3/C4 jkun bejn dawk tal-karburanti ta' riferenza fil-każ ta' LPG, jew li tiegħu l-Indiċi Wobbe jaqa' bejn dawk tal-karburanti ta' riferenza estremi fil-każ ta' l-NG. F'dak il-każ analiżi tal-karburant jeħtieġ li tkun preżenti.

"

L-Anness XIII

31. Jiżdied l-Anness ġdid XIII biex jinqara kif ġej:"

L-ANNESS XIII

APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KONVERTITUR KATALITIKU TA' SOSTITUZZJONI BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA

1. SKOP

Dan l-Anness japplika għall-approvazzjoni tat-tip KE, bħala unitajiet tekniċi separati fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva 70/156/KEE, ta' konvertituri katalitiċi li jintramaw fuq wieħed jew aktar tipi partikolari ta' vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1 u N1 [1] bħala partijiet ta' sostituzzjoni [2].

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għan ta' dan l-Anness:

2.1. "Konvertitur katalitiku attrezzatura oriġinali", ara punt 2.17 ta' l-Anness I.

2.2. "Konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni", ara punt 2.18 ta' l-Anness I.

2.3. "Tip ta' konvertitur katalitiku" tfisser konverters katalitiċi li mhumiex differenti f'aspetti meħtieġa bħal:

2.3.1. numru ta' sottostrati miksija, strutturali u materjali;

2.3.2. tip ta' attività katalitika (li tossida, ta' tliet ibnadi, eċċ);

2.3.3. volum, proporzjon ta' arja ta' quddiem u tul tas-sottostrat;

2.3.4. kontenut ta' materjal katalitiku;

2.3.5. proporzjon ta' materjal katalitiku;

2.3.6. densità taċ-cellula;

2.3.7. daqsijiet u forma;

2.3.8. proġettazzjoni termali.

2.4. "Tip ta' vettura", ara punt 2.1 ta' l-Anness I.

2.5. "Approvazzjoni ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni" tfisser l-approvazzjoni ta' konvertitur maħsub biex jiġi mwaħħal bħala parti ta' sostituzzjoni fuq tip wieħed speċifiku jew aktar ta' vettura fir-rigward tal-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' inkwinanti, livell ta' ħoss u effett fuq ir-rendiment tal-vettura.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI KE TAT-TIP

3.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE skond l-artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta' tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandha tingħata lill-fabbrikant.

3.2. Mudell għad-dokument ta' tagħrif jingħata fl-Appendiċi I ta' dan l-Anness.

3.3. Dan li ġej għandu jingħata lis-servizz tekniku responsabbli għat-test ta' approvazzjoni tat-tip:

3.3.1. Vettura(i) ta' tip approvat skond id-Direttiva 70/220/KEE attrezzata b'konvertitur katalitiku ġdid u oriġinali. Din (dawn) il-vettura(i) għandha/hom tiġi/jiġu magħżula mill-applikant bi qbil mas-servizz tekniku. Ghandha(hom) tħares/jħarsu r-rekwiżiti ta' Sezzjoni 3 ta' l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Il-vettura(i) tat-test m'għandhiex/homx ikollha/hom difetti fis-sistema ta' kontroll ta' emissjoni; kull parti oriġinali marbuta ma' l-emissjoni eċċessivament mikula jew taħdem ħażin għandha tissewwa jew tinbidel. Il-vettura(i) tat-test għandha/hom tiġi/jiġu ttjunjati u reġolati skond kif jitlob il-fabbrikant qabel ma jsir it-test ta' l-emissjoni.

3.3.2. Kampjun tat-tip tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni. Dan il-kampjun għandu jiġi mmarkat ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew marka tad-ditta ta' l-applikant u d-deskrizzjoni kummerċjali tagħha.

4. GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI KE TAT-TIP

4.1. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu mħarsa, l-approvazzjoni tat-tip KE skond l-artikolu 4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jingħata.

4.2. Mudell ta' l-attestat ta' approvazzjoni tat-tip KE jingħata fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

4.3. Numru ta' approvazzjoni konformi ma' l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/EEC għandu jingħata lil kull tip ta' konvertitur katalitiku approvat ta' sostituzzjoni. L-istess Stat Membru m'għandux jagħti l-istess numru li xi tip ieħor ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni. L-istess numru ta' approvazzjoni tat-tip jista' jkopri l-użu ta' dak it-tip ta' konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni fuq numru differenti ta' tipi ta' vettura.

5. MARKA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

5.1. Kull konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni li jikkonforma mat-tip approvat taħt din id-Direttiva bħala unità teknika separata għandha jkollha marka ta' approvazzjoni tat-tip KE.

5.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f'rettangolu madwar l-ittra żgħira "e" segwita minn numru li jiddistingwiha jew ittri ta' l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni KE:

1 għall-Germanja | 12 għall-Awstrija |

2 għal Franza | 13 għall-Lussemburgu. |

3 għall-Italja | 17 għall-Finlandja |

4 għall-Olanda | 18 għad-Danimarka |

5 għall-Iżveżja | 21 għall-Portugall |

6 għall-Belġju | 23 għall-Greċja |

9 għal Spanja | IRL għall-Irlanda |

11 għar-Renju Unit | |

Għandha wkoll tinkludi ħdejn ir-rettangolu "in-numru bażi ta' approvazzjoni" li jinsab fil-punt 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut miż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta' sekwenza mogħti lill-aktar emenda teknika reċenti maġġuri tad-Direttiva 70/220/KEE fid-data li ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent. F'din id-Direttiva, in-numru ta' sekwenza hu 00.

5.3. Il-marka ta' approvazzjoni msemmija fil-punt 5.2 għandha tinqara b'mod ċara u ma titħassarx.

5.4. L-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness jagħti eżempji ta' tqassim tal-marka ta' approvazzjoni u data ta' approvazzjoni msemmija hawn fuq.

6. KONDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA

6.1. Kondizzjonijiet meħtieġa ġenerali

6.1.1. Il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandu jkun disinnjat, mibni u li jkun jista' jintrama sabiex jippermetti li l-vettura tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li magħha kienet fil-bidu konformi u li l-emissjonijiet li jniġġsu jiġu limitati b'mod effettiv matul il-ħajja normali tal-vettura taħt kondizzjonijiet normali ta' użu.

6.1.2. L-installazzjoni tal-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandha tkun fl-istess pożizzjoni ta' l-attrezzatura oriġinali ta' konvertitur katalitiku, u l-pożizzjoni tal-linja ta' exhaust tas-sonda ta' ossiġenu, jekk ikun applikabbli, m'għandhiex tinbidel.

6.1.3. Jekk l-attrezzatura oriġinali ta' konvertitur katalitiku jkun fiha proġettazzjoni termali, l-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandu jkollu proġettazzjoni ekwivalenti.

6.1.4. Il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandu jkun durabbli, jiġifieri, ddisinjat, mibni u li jkun jista' jiġi armat sabiex tinkiseb reżistenza raġjonevoli għall-fenomenu ta' korruzżjoni u ossidazzjoni li għalihom huwa espost, meqjusa l-kondizzjonijiet ta' użu tal-vettura.

6.2. Rekwiżiti fir-rigward ta' l-emissjoni

Il-vettura(i) indikata(i) fil-punt 3.3.1 ta' dan l-Anness, armata(i) b'konvertitur ta' sostituzzjoni tat-tip li għalih ġiet approvata t-talba, għandha/hom tkun/jkunu bla ħsara għal test tat-Tip I taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness li jikkorrispondi f'din id-Direttiva sabiex jitqabbel ir-rendiment mal-konvertitur katalitiku oriġinali skond il-proċedura deskritta hawn taħt.

6.2.1. Determinazzjoni tal-bażi ta' tqabbil

Il-vettura(i) jitwaħħlilha/hom konvertitur katalitiku ġdid oriġinali (ara punt 3.3.1) li għandu jitħaddem b'run in ta' 12-il-ċiclu extra urban (test tip I parti 2).

Wara dan il-prekondizjonament, il-vettura(i) għanda/hom tinżamm/jinżammu f'kamra li fiha t-temperatura tibqa relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 u 30 °.… C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għallinqas għal sitt sigħat u jissokta sakemm iż-żejt tal-magna u t-temperatura tar-raffreddant ikunu qrib ± 2 K mit-temperatura tal-kamra. Wara għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.

6.2.2. Test tal-gass ta' l-exhaust bil-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni

L-attrezzatura oriġinali tal-konvertitur katalitiku tal-vettura(i) għandha tinbidel bil-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni (ara punt 3.3.2) li għandu jitħaddem b'run in ta' 12-il ċiclu extra urban (test tip I parti 2).

Wara dan il-prekondizjonament, il-vettura(i) għanda/hom tinżamm/jinżammu f'kamra li fiha t-temperatura tibqa' relativament kostanti bejn 293 u 303 K (20 u 30 °.… C). Dan il-kondizzjonament għandu jsir għallinqas għal sitt sigħat u jissokta sakemm iż-żejt tal-magna u t-temperatura tar-raffreddant jkunu qrib ± 2 K mit-temperatura tal-kamra. Wara għandhom isiru tliet testijiet tat-tip I.

6.2.3. Valutazzjoni ta' l-emissjoni ta' inkwinanti ta' vetturi armati b'konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni.

Il-vettura(i) tat-test bl-attrezzatura oriġinali ta' konvertitur katalitiku għandha tħares il-valuri ta' limiti skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i) fosthom, fejn hu applikabbli, l-fatturi ta' deterjorament applikati matul l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i).

Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw emissjonijiet tal-vettura(i) attrezzata(i) bil-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk ir-riżultati jħarsu għal kull inkwinanti regolat (CO, HC + NOx u partiċellari) il-kondizzjonijiet li ġejjin:

M ≤ 0,85 S + 0,4 G (1)

M ≤ G (2)

fejn:

M hija valur medju ta' l-emissjoni ta' inkwinanti wieħed (CO jew partiċellari) jew is-somma taż-żewġ elementi tal-inkwinanti (HC + Nox) miksuba mit-tliet testijiet tat-tip I bil-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni.

S hija valur medju ta' l-emissjoni ta' inkwinanti wieħed (CO jew partiċellari) jew is-somma taż-żewġ elementi tal-inkwinanti (HC + NOx) miksuba mit-tliet testijiet tat-tip I bil-konvertitur katalitiku oriġinali.

G hija valur ta' limiti ta' l-emissjoni ta' inkwinanti wieħed (CO jew partiċellari) jew tas-somma taż-żewġ elementi tal-inkwinanti (HC + Nox) skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura(i) diviż/a, fejn hu applikkabbli, bil-fatturi ta' deterjorament stabbiliti f'konformità ma' punt 6.4.

Meta l-approvazzjoni ssir talba għaliha għal tipi differenti ta' vettura mill-istess fabbrikant ta' karozzi, u iżda dawn it-tipi differenti ta' vettura jintramalhom l-istess tip ta' attrezzatura oriġinali ta' konvertitur katalitiku, it-test tat-tip I jista' jiġi limitat għal ta' l-inqas żewġ vetturi magħżula wara ftehim mas-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni.

6.3. Rekwiżiti li jirrigwardaw ħsejjes u pressjoni b'lura ta' l-exhaust.

Il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandu jħares ir-rekwiżiti tekniċi ta' l-Anness II tad-Direttiva 70/157/KEE.

6.4. Rekwiżiti fir-rigward tad-durabilità

Il-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni għandu jħares ir-rekwiżiti ta' punt 5.3.5 ta' l-Anness I ta' din id-Direttiva, i.e. it-test tip V jew fatturi ta' deterjorament mit-tabella li ġejja għar-riżultati tat-testijiet tat-tip I.

Tabella XIII 6.4

Kategorija ta' magna | Fatturi ta' deterjorament |

CO | HC + NO2 | Partiċellari |

Positive ignition | 1,2 | 1,2 | — |

Compression ignition | 1,1 | 1,0 | 1,2 |

7. MODIFIKAZZJONI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

Fil-każ ta' modifikazzjoni tat-tip approvati skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/EEC għandhom japplikaw.

8. KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI

Miżuri biex tiżgura l-konformità ta' produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

8.2. Dispożizzjonijiet speċjali

8.2.1. Il-kontrolli msemmija fil-punt 2.2 ta' l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jinkludu l-konformità mal-karatteristiċi kif definiti taħt punt 2.3 ta' dan l-Anness.

8.2.2. Għall-applikazzjoni ta' punt 2.4.4 ta' l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE, it-testijiet deskritti fil-punt 6.2 ta' dan l-Anness (rekwiżiti li jirrigwardaw l-emissjoni) jistgħu jitwettqu. F'dan il-każ, min diġà għandu l-approvazzjoni jista' jitlob, bħala alternattiva, li juża bħala bażi ta' tqabbil mhux l-attrezzatura oriġinali tal-konvertitur katalitiku, iżda l-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni li ntuża matul it-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip (jew kampjun ieħor li ġie ppruvat li jikkonforma mat-tip approvat). Valuri ta' emissjonijiet mkejla bil-kampjun taħt verifika m'għandhomx bħala medja jaqbżu b'aktar minn 15 % il-valuri medji mkejla bil-kampjun użat bħala referenza.

Appendiċi 1:

Dokument ta' tagħrif Nru… li jirrigwarda l-approvazzjoni KE tat-tip ta' konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni (Direttiva 70/220/KEE kif emendata b'Direttiva…)

It-tagħrif li ġej, fejn hu applikabbli, jrid jintbagħat fi tliet kopji u jrid jinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn irid jintbagħat bi skala xierqa u b'biżżejjed dettal fuq qies ta' A4 jew fuq folder ta' format ta' A4. Ir-ritratti, jekk jkun hemm, għandhom ikunu biżżejjed dettaljati.

Jekk is-sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandu jintbagħat tagħrif li jirrigwarda r-rendiment tagħhom.

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2:

Mudell

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm)

ATTESTAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Addendum

għall-attestat ta' approvazzjoni tat-tip KE. Nru…

li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separat ta' konvertituri katalitiċi ta' sostituzzjoni għal vetturi bil-mutur fir-rigward tad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata b'Direttiva…

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 3:

Mudell għall-marki KE ta' approvazzjoni tat-tip

(Ara punt 5.2 ta' dan l-Anness)

+++++ TIFF +++++

Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' xi komponent ta' xi konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni turi li t-tip imsemmi ġie approvat fi Franza (e 2), bis-saħħa tad-Direttiva. L-ewwel żewġ figuri tan-numru ta' approvazzjoni (00) jirreferu għan-numru ta' sekwenza mogħti lill-aktar emendamenti reċenti magħmula lid-Direttiva 70/220/KEE. L-erbgħa figuri li ġejjin (1234) huma dawk allokati mill-awtorità ta' approvazzjoni lill-konvertitur katalitiku ta' sostituzzjoni bħala n-numru bażi ta' approvazzjoni.

"

[1] Ħassar fejn ma japplikax."

[1] Il-valur għandu jiġi kkalkolat b'kondizzjonijiet standard (293.2 K (20 °C) u 101,3 kPa).

[2] Dan il-metodu jista' ma jikkalkolax bi preċiżjoni l-preżenza ta' materjali korrużivi jekk il-kampjun ikun fih inibituri ta' korrużjoni jew xi kimika oħra li tnaqqas il-korrużività tal-kampjun lejn l-istrippa ta' ram. Għalhekk, iż-żieda ta' komposti bħal dawn għall-uniku għan li tinflwenza l-metodu tat-test huwa projibit.

[3] Il-Valur irid jiġi determinat bħala kondizzjonijiet standard (293,2K (20 °C) u 101,3 kPa).

[1] Kif definit fl-Anness II Taqsima A tad-Direttiva 70/156/KEE.

[2] Dan l-Anness ma japplikaxx għall-konvertituri katalitiċi ta' tibdil maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi tal-Kategoriji M1 u N1 attrezzati b'sistema djanjostika fuq ġewwa (OBD)

--------------------------------------------------

Top