This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998L0072
Directive 98/72/EC of the European Parliament and of the Council of 15 October 1998 amending Directive 95/2/EC on food additives other than colours and sweeteners
Id-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa
Id-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa
ĠU L 295, 4.11.1998, p. 18–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333
Official Journal L 295 , 04/11/1998 P. 0018 - 0030
Id-Direttiva 98/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel għajr sustanzi li jagħtu kulur jew ħlewwa IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [4] u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) ta' din id-Direttiva, Billi, kien hemm żviluppi tekniċi fil-qasam ta' l-addittivi ta' l-ikel mill-adozzjoni tad-Direttiva 95/2/KE [5]; Billi, d-Direttiva 95/2/KE għandha tiġi addattata sabiex tikkonsidra dawn l-iżviluppi; Billi, l-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, stabbilit bid-Deċiżjoni 74/234/KEE [6], ġie kkonsultat qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li jistgħu jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika; Billi, ġew stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fuq it-thiabendazole fid-Direttiva tal-Kunsill 95/38/KE tas-17 ta' Lulju 1995 li temenda l-Annessi I u II għad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, li jinkludu l-frott u l-ħaxix, u li jipprovdu għat-twaqqif ta' lista ta' livelli massimi [7]; billi l-entrata dwar it-thiabendazole issa għandha tiġi rrevokata, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 95/2/KE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'li ġej: "1. Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika li tifforma parti mid-Direttiva komprensiva, fit-tifsira ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/107/KEE, u tapplika għal addittivi għajr għall-kuluri u għas-sustanzi li jagħtu kulur. Din ma tapplikax għal enzimi għajr dawk imsemmija fl-Annessi."; 2. L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel b'li ġej: "1. Is-sustanzi elenkati fl-Annessi I, III, IV u V biss jistgħu jintużaw f'oġġetti ta' l-ikel għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4)."; 3. L-Artikolu 2(2) għandu jinbidel b'li ġej: "2. L-addittivi ta' l-ikel elenkati fl-Anness I huma permessi f'oġġetti ta' l-ikel, għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4), bl-eċċezzjoni ta' dawk l-oġġetti ta' l-ikel fl-Anness II, skond il-prinċipju "quantum satis";."; 4. Il-ħames inċiż ta' l-Artikolu 2(3)(a) għandu jinbidel bi: "– ħalib pasturizzat u sterilizzat (li jinkludi l-UHT) (li jinkludi l-ordinarju, xkumat u semi-xkumat) u krema pasturizzata ordinarja."; 5. Il-ħdax-il inċiż ta' l-Artikolu 2(3)(a) għandu jinbidel bi: "– għaġin niexef, għajr għaġin mingħajr glutina u/jew għaġin maħsub għal dieti hypoproteic, skond id-Direttiva 89/398/KEE."; 6. It-tabelli fl-Annessi għandhom jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet li hemm fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri, għandhom, fejn ikun hemm bżonn, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet tagħhom sabiex: - jawtorizzaw il-kummerċ ta' prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-4 ta' Mejju 2000, - jipprojbixxu l-kummerċ ta' prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva mill-4 ta' Novembru 2000. Madankollu, l-prodotti mpoġġija fis-suq jew ittikkettjati qabel din id-data li ma jikkonformawx mad-Direttiva jistgħu jiġu mpoġġija fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokks. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-15 ta' Ottubru 1998. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. M. Gil-Robles Għall-Kunsill Il-President C. Einem [1] ĠU C 76, tal-11.3.1997, p. 34, u ĠU C 77, tat-12.3.1998, p. 7. [2] ĠU C 75, ta' l-10.3.1997, p. 1. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 339, ta' l-10.11.1997, p. 75), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1998 (ĠU C 161, tas-27.5.1998, p. 29) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 1997 (ĠU L 292, tal-21.9.1998). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 1998. [4] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, ta' l-10.9.1997, p. 1). [5] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/85/KE (ĠU L 86, tat-28.3.1997, p. 4). [6] ĠU L 136, ta' l-20.5.1974, p. 1. [7] ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. Fl-Anness I, għandhom jiżdiedu dawn l-addittivi: "E 469 | Ebzymatically hydrolysed carboxy methyl cellulose | E 920 | L-Cysteine | E 1103 | Invertase | E 1451 | Lamtu ossidizzat aċitilat" | 2. Fl-Anness II: (a) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal "ġamm, ġeli u marmellati kif definiti fid-Direttiva 79/693/KEE u pejstijiet tal-frott simili oħra li jinkludu prodotti ta' ftit kaloriji" għandha tiżdied b'li ġej: | "E 471 | Mono u diglycerides ta' aċidi grassi | quantum satis" | b) it-tabella li tikkonċerna "Krema sterilizzata, pasturizzata u tal-UHT, krema ta' ftit kaloriji u krema pasturizzata ta' ftit xaħam" għandha tinbidel b'li ġej: "Krema pasturizzata ordinarja | E 401 | Alġinat tas-sodju | quantum satis | E 402 | Alġinat tal-potassju | E 407 | Carrageenan | E 466 | Sodium carboxy methyl cellulose | E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi" | (ċ) id-deskrizzjoni "Frott u ħaxix mhux ipproċessat konġelat u ffriżat" għandha tiġi emendata kif ġej: "Frott u ħaxix mhux ipproċessat konġelat u ffriżat; frott u ħaxix mhux ipproċessat ippakkjat minn qabel miżmum fil-friġġ lest biex jiġi kkunsmat u patata mhux ipproċessata u mqaxxra ppakkjata minn qabel."; (d) it-tabella li ġejja għandha tiddaħħal wara t-tabella li tikkonċerna "Żjut u xaħmijiet li ma saretx emulsjoni minnhom li ġejjin mill-annimali jew mill-ħaxix" : "Żjut u xaħmijiet li ma saritx emulsjoni minnhom li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex (għajr iż-żjut verġni u żjut taż-żebbuġa) intenzjonati speċifikament għat-tisjir u / jew għall-qali jew għall-preparazzjoni tal-gravy | E 270 | Aċidu lattiku | quantum satis | E 300 | Aċidu assorbiku | E 304 | Esteri ta' aċidu grass ta' aċidu assorbiku | E 306 | Estratt b'kontenut għoli ta' Tocopherol | E 307 | Alpha-tocopherol | E 308 | Gamma-tocopherol | E 309 | Delta-tocopherol | E 322 | Leċitini | 30 g/l | E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | 10 g/l | E 472ċ | Estreri ta' aċidu ċitriku ta' mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | quantum satis | E 330 | Aċidu ċitriku | E 331 | Ċitrati tas-sodju | E 332 | Ċitrati tal-potassju | E333 | Ċitrati tal-kalċju" | (e) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal "Mozzarella u ġobon tax-xorrox" għandha tiżdied b'li ġej: | "E 260 | Aċidu aċetiku | quantum satis" | (f) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal "Frott u ħaxix tal-landa u tal-flixkun" għandha tiżdied b'li ġej: | "E 296 | Aċidu tat-tuffieħ | quantum satis" | (g) il-lista ta' addittivi u l-livell massimu għal "Gehakt" għandha tiżdied b'li ġej: | "E 300 | Aċidu assorbiku | quantum satis | | E 301 | Ascorbate tas-sodju | | E 302 | Ascorbate tal-kalċju" | (h) it-tabella li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Anness: "Meraq u nettaru ta' l-ananas u tal-frotta tal-fjura tal-passjoni | E 440 | Pektini | 3 g /l | Ġobon immaturat imqatta fettet u maħkuk’ | E 170 | Karbonati tal-kalċju | quantum satis | | E 504 | Karbonati tal-manjesju | | | E 509 | Klorur tal-kalċju | | | E 575 | Glucono-delta-lactone | | | E 460 | Ċellulożi | | Butir tal-krema qarsa | E 500 | Karbonati tas-sodju | quantum satis" | 3. Fl-Anness III, Parti A: (a) il-livelli massimi ta' "Żebbuġ u preparazzjonijiet magħmula miż-żebbuġ" , "Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi ta' 60 % jew aktar" u "Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi inqas minn 60 %" għandhom jinbidlu b'li ġej: "Żebbuġ u preparazzjonijiet magħmula miż-żebbuġ | 1000 | 500 | | 1000 | | | Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi ta' 60 % jew aktar | 1000 | 500 | | 1000 | | | Zlazi li minnhom saret emulsjoni b'kontenut ta' grassi inqas minn 60 % | 2000 | 1000 | | 2000" | | | (b) fl-aħħar ta' din l-parti, it-tabella li ġejja għandha tiżdied: "Oġġett ta' l-ikel | Livell massimu (mg/kg jew mg/l kif xieraq) | Sa | Ba | PHB | Sa + Ba | Sa + PHB | Sa + Ba + PHB | … Mehu u Makeutettu … Mehu | 500 | 200 | | | | | Analogi ta' laħam, ħut, krustaċji u ċefalopodi u ġobon ibbażati fuq il-proteina | 2000 | | | | | | Dulce de membrillo | | 1000 | | | | | Marmelada | | | | 1500 | | | Ostkaka | 2000 | | | | | | Pasha | 1000 | | | | | | Semmelknödelteig | 2000 | | | | | | Ġobon u analogi tal-ġobon (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis | | | | | | Pitravi ħamra msajra | | 2000 | | | | | Kisi magħmul mill-collagen b'attività ta' ilma akbar minn 0,6 | quantum satis" | | | | | | 4. Fl-Anness III, Parti B: (a) il-preżentazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin: "Krustaċi u ċefalopodi: | | -friski, konġelati u ffriżati | 150 | -krustaċji, panaeidae solenceridae, familja aristeidae: | | -sa 80 unità | 150 | -bejn 80 u 120 unità | 200 | -aktar minn 120 unità | 300 | -imsajra | 50" | għandha tkun kif ġej: "Krustaċi u ċefalopodi: | | -friski, konġelati u ffriżati | 150 | -krustaċji, panaeidae solenceridae, familja aristeidae | | -sa 80 unità | 150 | -bejn 80 u 120 unità | 200 | -aktar minn 120 unità | 300 | -imsajra | 50" | (b) il-livell massimu għad-daħla "Zokkor kif definit fid-Direttiva 73/437/KEE għajr il-ġulepp tal-glukosju, kemm jekk huwa deidrat kif ukoll jekk le" għandu jinbidel b'li ġej: "Zokkor kif definit fid-Direttiva 73/437/KEE għajr il-ġulepp tal-glukosju, kemm jekk huwa deidrat kif ukoll jekk le | 10" | (ċ) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin: "Ħaxix u analogi tal-laħam, ħut u krustaċji fuq bażi ta' proteini taċ-ċereali | 200" | għandhom jinbidlu b'li ġej: "Analogi tal-laħam, ħut u krustaċji bbażati fuq il-proteini | 200" | (d) fl-aħħar ta' din il-Parti, għandhom jiżdiedu l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin "Ġewż immarinat | 50 | Vacuum packed sweetcorn | 100 | Xarbiet alkoħoliċi ddistillati li fihom il-lanġas sħiħ | 50" | 5. Fl-Anness III, Parti Ċ: (a) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 234: "E 234 | Nisin ( (1) | Mascarpone | 10 mg/kg" | (b) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 251 u E 252: "E 251 | Nitrat tas-sodju | Foie gras, fois gras entier, blocs de foie gras | 50 | E 252 | Nitrat tal-potassju"; | | | (ċ) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 280, E 281, E 282 u E 283: "E 280 E 281 E 282 E 283 | Aċidu propjoniku Propionate tas-sodju Propionate tal-kalċju Propionate tal-potassju | Polsebrod, boller u dansk flutes ippakkjati minn qabel | 2000 mg/kg, espressi f'aċidu propjoniku | Ġobon u analogi tal-ġobon (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis" | (d) it-tabella li ġejja għandha titħassar: "E 233 | Thiabendazole | Trattament tas-superfiċi ta': | | -frott taċ-ċitru | 6 mg/ kg | -banana | 3 mg/ kg" | 6. Id-deskrizzjoni "Patata mrammla deidrata" li hemm fit-tabella ta' l-Anness III Partijiet B u D fil-kolonna ta' l-oġġetti ta' l-ikel għandha tinbidel bi "Patata deidrata". 7. Fl-Anness IV: (a) id-deskrizzjoni "Trab tat-te ta' malajr" li tikkonċerna l-Aċidu fumariku E 297 u l-livell massimu ta' 1 g/l għandhom jinbidlu fi "Prodotti għall-preparazzjoni ta' malajr ta' te bit-togħma w infużjonijiet tal-ħxejjex bil-livell massimu: 1 g/kg"; (b) it-tabella li tikkonċerna l-E 338 sa E 452 għandha tinbidel b'li ġej: | "Fl-applikazzjonijiet li ġejjin il-livelli massimi indikati ta' aċidu fosforiku u tal-fosfati E 338, E 339, E 340, E 341, E 343, E 450, E 451 u E 452 jistgħu jiġu miżjuda weħedhom jew f'taħlitha (espressi bħala P2O5): | | E 338 | Aċidu fosforiku | Xarbiet bit-togħma mhux alkoħoliċi | 700 mg/l | Ħalib sterelizzat u UHT | 1 g/l | Frott ikkunfettat | 800 mg/kg | Preparazzjonijiet tal-frott | 800 mg/ kg | E 339 | Fosfati tas-sodju | Ħalib parzjalment deidratat b'inqas minn 28 % solidi | 1 g/kg | (i)Fosfat tal | Ħalib parzjalment deidratat b'aktar minn 28 % solidi | 1,5 g/ kg | (ii)Fosfat tad | Ħalib niexef u ħalib niexef xkumat | 2,5 g/kg | (iii)Fosfat tat-trisodju | Kremi pasturizzati, sterilizzati u UHT | 5 g/kg | Panna mħabbta u analogi ta' grassi veġetali | 5 g/kg | Ġobon mhux immaturat (għajr il-Mozzarella) | 2 g/kg | E 340 | Fosfati tal-potassju | Ġobon ipproċessat u analogi ta' ġobon ipproċessat | 20 g/kg | (i)Fosfat tal-monopotassju | Prodotti tal-laħam | 5 g/kg | (ii)Fosfat tad-dipotassju | Xarbiet ta' l-isport u ilmijiet ppreparati ta' fuq il-mejda | 0,5 g/l | (iii)Fosfat tat-tripotassju | Supplimenti tad-dieta | quantum satis | Melħ u s-sostituti tiegħu | 10 g/kg | Xarbiet ta' proteina veġetali | 20 g/l | E 341 | Fosfati tal | Whiteners tax-xarbiet | 30 g/kg | (i)fosfat tal | Whiteners tax-xarbiet għall-magni tal-bejgħ | 50 g/kg | (ii)fosfat tad | Silġ li jista’ jittiekel | 1 g/kg | (iii)fosfat tat | Deżerti | 3 g/kg | Taħlitiet tad-deżerti mnixxfa tat-trab | 7 g/kg | E 343 | Fosfati tal-manjesju | Oġġetti għall-ħama fina fil-forn | 20 g/ kg | (i)fosfat tal-monomanjesju | Dqiq | 2,5 g/kg | (ii)fosfat tad-dimanjesju | Dqiq self-raising | 20 g/kg | Ħobż tas-soda | 20 g/kg | Bajd likwidu (abjad, isfar jew bajd sħiħ) | 10 g/kg | E 450 | Difosfati | Zlazi | 5 g/kg | (i)Difosfat tad | Sopop u brodu | 3 g/kg | (ii)Difosfat tat | Te ta' malajr u infużjonijiet tal-ħxejjex ta' malajr | 2 g/kg | (iii)Difosfat tat | Sidru u perry | 2 g/l | (iv)Difosfat tat-tetrapotassju | Chewing gum | quantum satis | Oġġetti ta' l-ikel imnixxfin f'għamla ta' trab | 10 g/kg | (vi)Difosfat tad-dikalċju | Ċikkulata u xarbiet tal-qamħ b'bażi tal-ħalib | 2 g/l | (vii)Difosfat tad-diidroġenu tal-kalċju | Xarbiet alkoħoliċi (għajr l-inbid u l-birra) | 1 g/l | Ċereali tal-kolazzjoni | 5 g/ kg | Snacks | 5 g/ kg | E 451 | Trifosfati | Surimi | 1 g/kg | Pejst tal-ħut u tal-krustaċji | 5 g/kg | (i)Trifosfat tal-pentasodju | Toppings (ġulepp għall-pancakes, ġulepp bit-togħma għall-milkshakes u l-ġelat; prodotti simili | 3 g/kg | (ii)Trifosfat tal-pentapotassju | Formoli speċjali sabiex jintużaw f'nutriment partikolari | 5 g/kg | Glazings għall-prodotti tal-laħam u l-ħaxix | 4 g/kg | E 452 | Polifosfati | Ħlewwiet taz-zokkor | 5 g/kg | (i)Polifosfat tas | Icing sugar | 10 g/kg | (ii)Polifosfat tal | Noodles | 2 g/kg | (iii)Polifosfat tal | Batters | 12 g/kg | (iv)Polifosfati tal | Flettijiet ta' ħut mhux ipproċessat, konġelati u ffriżati | 5 g /kg | Molluski mhux ipproċessati w ipproċessati u krustaċji konġelati u ffriżati | 5 g/kg | Prodotti tal-patata pproċessati (li jinkludu prodotti pproċessati konġelati, ffriżati, mkessħa u mnixxfa) u patata konġelata u ffriżata moqlija minn qabel | 5 g/kg | Xaħmijiet li jistgħu jiddellku għajr il-butir | 5 g/kg | Butir tal | 2 g/kg | Prodotti tal | 1 g/kg | Sprej ta' emulsjoni bbażat fuq l-ilma għall-kisi tal-laned tal-ħami | 30 g/kg | Xarbiet b'bażi ta' kafe għall-magni tal-bejgħ | 2 g/l" | (ċ) għandhom jiżdiedu l-addittivi li ġejjin: "E 468 | Crosslinked sodium carboxy methyl cellulose | Supplimenti tad-dieta solidi | 30 g/kg" | (d) id-deskrizzjoni "Minarine" li tikkonċerna l-E 385 għandha tiġi emendata kif ġej: | | "Xaħmijiet li jistgħu jiddellku kif definiti fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 li għandhom kontenut ta' grassi ta' 41 % jew inqas | 100 mg/kg"; | (e) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 405: "E 405 | Propane-1, 2-diol alginate | Sitru barra cidre bouché | 100 mg/l" | (f) id-deskrizzjoni fit-taqsima 12, it-tielet kolonna, li tikkonċerna E 442, għandha tiġi emendata kif ġej: "Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif definiti fid-Direttiva 73/241/KEE li jinkludu l-mili" "Ħlewwiet fuq il-bażi ta' dawn il-prodotti"; (g) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 445: "E 445 | Glycerolesters tar-rażi ta' l-injam | Trattament tas-superfiċi tal-frott taċ-ċitru | 50 mg/kg" | (h) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 473 u E 474: "E 473 | Esteri taz-zokkor ta' aċidi grassi | Analogi tal-krema | 5 g/kg | E 474 | Sucroglycerides | Krema sterilizzata u krema sterilizzata b'kontenut imnaqqas ta' grassi | 5 g/kg" | (i) id-deskrizzjoni "Pejsts u taħwir b'kontenut baxx u b'kontenut baxx ħafna ta' grassi" li tikkonċerna l-E 476 għandha tiġi emendata kif ġej: "E 476 | Polyglycerol polyricinoleate | Grassi li jistgħu jiddelku kif definiti fl-Annessi A, B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 li għandhom kontenut ta' grass ta' 41 % jew inqas | 4 g/kg | Prodotti simili li jistgħu jiddelku b'kontenut ta' grass ta' inqas minn 10 % | 4 g/kg | Taħwir | 4 g/kg" | (j) għandhom jiżdiedu l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin li jikkonċernaw l-E 551 sa l-E 559: | | "Taħwir ta' l-ikel | 30 g/kg | | | Ħlewwiet għajr iċ-ċikkulata (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis | | | Prodotti għal-lubrikazzjoni tal-laned | 30 g/kg"; | (k) id-deskrizzjoni "Ġobon iebes imqatta’ u ġobon ipproċessat imqatta" li tikkonċerna l-E 551 sa l-E 559 għandha tiġi emendata kif ġej: | | "Ġobon ipproċessat iebes jew mhux iebes għal kollox imqatta jew maħkuk Analogi ta' ġobon imqatta’ jew maħkuk u analogi ta' ġobon ipproċessat | 10 g/kg" | (l) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ l-E 900: "E 900 | Dimethyl polysiloxane | Sitru għajr cidre bouché | 10 mg/l" | (m) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 901, E 902, E 903 u E 904: "E 901 | Xama’ tan-naħal, abjad jew isfar | Ħawħ u ananas (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis | E 902 | Xama’ tal-Candelilla | E 903 | Xama’ tal-Carnauba | E 904 | Xellak" | (n) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 912 u E 914: "E 912 | Esteri ta' aċidu montaniku | Bettieħ, mangu, papaya, avokado u ananas friski (trattament tas-superfiċi biss) | quantum satis | E 914 | Xama’ tal-polyethylene ossidifikat" | (o) l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ E 957: "E 957 | Thaumatin | Xarbiet mhux alkoħoliċi fuq bażi ta' ilma | 0,5 mg/l | Deżerti – magħmulin mill-ħalib jew mhux magħmulin mill-ħalib | 5 mg/kg (bħala sostanza li ttejjeb it-togħma biss)" | p) id-deskrizzjoni "Margarine" u "Minarine" li tikkonċerna E 959 għandha tiġi emendata kif ġej: "E 959 | Neohesperidine DC | Grassi li jistgħu jiddelku kif definiti fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 | 5 mg/kg" | (q) l-oġġett ta' l-ikel u l-livell massimu li ġej għandu jiżdied ma’ E 999: "E 999 | Estratt tal-quillaia | Sitru għajr cidre bouché | 200 mg/ l ikklakulat bħala estratt anidru" | (r) għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "E 905 | Xama’ mikrokristallina | Trattament tas-superfiċi ta' ħlewwiet għajr iċ-ċikkulatachewing gumbettieħ, papaya, mangu u avokado | quantum satis | E 1518 | Glyceryl triacetate (triacetin) | Chewing gum | quantum satis" | (s) għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "E 459 | Beta-cyclodextrine | Oġġetti ta' l-ikel f'forma ta' pillola u f'forma ta' pillola miksija | quantum satis | E 425 | Konjac | Oġġetti ta' l-ikel b'mod ġenerali (barra dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(3)) | 10 g/kg waħedhom jew f'taħlita | | (i)Gomma tal-konjac | | | | (ii)Konjac glucomannane" | | | 8. Fl-Anness V, għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "E 322 | Leċitini | Aġenti tad-dlik tal-frott | E 432 - E 436 | Polysorbates | | E 470a | Imluħa tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju ta' aċidi grassi | | E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | | E 491 – E 495 | Sorbitans | | E 570 | Aċidi grassi | | E 900 | Dimethylpolysiloxane | | | Polyethyleneglycol 6000 | Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa | E 425 | Konjac | | (i)Gomma tal-Konjac | | (ii)Konjac glucomannane | E 459 | Beta-cyclodextrine | 1 g/kg | E 1451 | Lamtu ossidizzat aċetilat | E 468 | Cross linked sodium carboxy methyl cellulose | Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa | E 469 | Enzymatically hdyrolysed carboxy methyl cellulose" | 9. Fl-Anness VI: (a) l-ewwel subparagrafu tan-nota ta' introduzzjoni għandu jinbidel b'dan li ġej: "Il-ħalib tat-trab u l-ikel tal-ftim għat-trabi u tfal żgħar jista jkun fihom E 414 (gomma ta' l-acacia, gomma arabika) u E 551 (diossidu tas-silikon) li jirriżultaw mill-addizzjoni tal-preparazzjonijiet tan-nutrijenti li fihom aktar minn 150 g/kg ta' E 414 u 10 g/kg ta' E 551, kif ukoll E 421 (mannitol) meta dan ikun użat bħal ġarrier tal-vitamina B12 (mhux inqas minn parti waħda tal-vitamina B12 għal 1000 parti mannitol). Il-ġarr tal-E 414 fil-prodott lest biex jiġi kkunsmat m'għandux ikun aktar minn 10 mg/kg. Il-ħalib tat-trab u l-ikel tal-ftim għat-trabi u tfal żgħar jista’ jkun fih E 301 (sodju L-ascorbate), użat f'livell QS fil-kisi ta' preparazzjonijiet tan-nutrijenti li fihom aċidi grassi polyunsaturated. Il-ġarr tal-E 301 fil-prodott lest biex jiġi konsumat m'għandux ikun aktar minn 75 mg/l."; (b) fil-Parti 1, in-nota 2 għandha tinbidel b'li ġej: "2. Jekk aktar minn waħda mis-sustanzi E 322, E 471, E 472ċ u E 473 hija miżjuda ma’ oġġett ta' l-ikel, il-livell massimu stabbilit għal dak l-oġġett ta' l-ikel għal kull waħda minn dawn is-sustanzi għandu jitnaqqas ma’ dik il-parti rilevanti li tkun preżenti mas-sustanzi l-oħra flimkien f'dak l-oġġett ta' l-ikel."; (ċ) fl-I Parti, għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "E 304 | L-ascorbyl palmitate | 10 mg/l | E 331 | Ċitrati tas-sodju | 2 g/l | E 332 | Ċitrati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE | E 339 | Fosfati tas-sodju | 1 g/l espressi bħala P2O5 | E 340 | Fosfati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE | E 412 | Gomma tal-guar | 1 g/l, fejn il-prodott likwidu jkun fih proteini parzjalment idrolizzati u jkun konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4/KE | E 472ċ | Esteri ta' l-aċidu taċ-ċitru ta' mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | 7,5 g/l mibjugħ bħala trab 9 g/l mibjugħ bħala likwidu fejn il-prodotti jkun fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi parzjalment idrolizzati u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4 KE | E 473 | Esteri tas-sucrose ta' aċidi grassi | 120 mg/ l fi prodotti li fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi idrolizzati." | (d) fit-2 Parti, in-nota 2 għandha tinbidel b'li ġej: "2. Jekk aktar minn waħda mis-sustanzi E 322, E 471, E 472ċ u E 473 hija miżjuda ma’ oġġett ta' l-ikel, il-livell massimu stabbilit għal dak l-oġġett ta' l-ikel għal kull waħda minn dawn is-sustanzi għandu jitnaqqas ma’ dik il-parti rilevanti li tkun preżenti mas-sustanzi l-oħra flimkien f'dak l-oġġett ta' l-ikel."; (e) fit-2 Parti, għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "E 304 | L-ascorbyl palmitate | 10 mg/l | E 331 | Ċitrati tas-sodju | 2 g/l | E 332 | Ċitrati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u f'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE | E 339 | Fosfati tas-sodju | 1 g/l espressi bħala P2O5 | E 340 | Fosfati tal-potassju | Waħedhom jew f'taħlita u b'konformità mal-limiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 91/321/KEE | E 472ċ | Esteri ta' l-aċidu taċ-ċitru ta' mono- u diglycerides ta aċidi grassi | 7,5 g/l mibjugħ bħala trab 9 g/l mibjugħ bħala likwidu fejn il-prodotti jkun fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi parzjalment idrolizzati u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4 KE | E 473 | Esteri tas-sucrose ta' aċidi grassi | 120 mg/l fi prodotti li fihom proteini, peptidi jew aċidi aminiċi idrolizzati." | f) fil-Parti 3, għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "E 333 | Ċitrati tal-kalċju | Fi prodotti fuq bażi ta' frott ta' livell baxx ta' zokkor | quantum satis | E 341 | Fosfat tat-trikalċju | F'deżerti fuq bażi ta' frott | 1g/kg bħala P2O5 | E 1451 | Lamtu ossidizzat aċitilat | Ikel tal-ftim | 50 g/kg"; | (g) fil-Parti 4, għandha tiżdied it-tabella li ġejja: "Numru E | Isem | Livell massimu | Kundizzjonijiet speċjali | E 401 | Alġinat tas-sodju | 1 g/l | Minn erba’ xhur ‘il quddiem fi prodotti ta' l-ikel speċjali b'kompożizzjoni addattata, meħtieġ għal taqlib metaboliku u għat-tmigħ ġenerali minn tubu | E 405 | Propane 1,2-diolalginate | 200 mg/l | Minn 12-il xahar ’il quddiem f'dieti speċjalizzati ntenzjonati għal tfal żgħar li għandhom intolleranza għall-ħalib tal-baqra jew żbalji innati tal-metaboliżmu | E 410 | Gomma tal-ħarrub | 10 g/l | Mit-twelid ’il quddiem fi prodotti għan-nuqqas ta' rifluss gastro-esofagali | E 412 | Gomma tal-guar | 10 g/l | Mit-twelid ’il quddiem f'riċetti likwidi li fihom il-proteini idrolizzati, peptidi u aċidi aminiċi f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 91/321/KEE kif emendata bid-Direttiva 96/4/KE | E 415 | Gomma tax-xanthar | 1,2 g/l | Mit-twelid ’il quddiem għall-użu fi prodotti fuq bażi ta' aċidi aminiċi jew peptidi għall-użu ma’ pazjenti li għandhom problemi ta' indeboliment ta' l-apparat gastro-intestinali, assorbiment ħażin tal-proteini jew żbalji innati tal-metaboliżmu | E 440 | Pektini | 10 g/l | Mit-twelid ’il quddiem fi prodotti wżati fil-każ ta' taqlib gastro-intestinali | E 466 | Sodium carboxy methyl cellulose | 10 g/l jew kg | Mit-twelid ’il quddiem fi prodotti għat-tmexxija tad-dieta ta' taqlib metaboliku | E 471 | Mono- u diglycerides ta' aċidi grassi | 5 g/l | Mit-twelid ’il quddiem f'dieti speċjalizzati, b'mod partikolari għal dawk neqsin mill-proteini | E 1450 | Starch sodium octenyl succinate | 20 g/l | F'riċetti tat-trabi u riċetti follow-on" | --------------------------------------------------