Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0020

    Id-Direttiva tal-Kunsill 98/20/KE tat-30 ta' Marzu 1998 li temenda d-Direttiva 92/14/KEE fuq il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

    ĠU L 107, 7.4.1998, p. 4–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007; Impliċitament imħassar minn 32006L0093

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/20/oj

    31998L0020



    Official Journal L 107 , 07/04/1998 P. 0004 - 0009


    Id-Direttiva tal-Kunsill 98/20/KE

    tat-30 ta' Marzu 1998

    li temenda d-Direttiva 92/14/KEE fuq il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 84(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Waqt li kien jaġixxi skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

    (1) Billi l-iskop prinċipali tad-dispożizzjonijiet taħt id-Direttiva 92/14/KEE [4] hu li jnaqqas l-operazzjoni ta' ċerti tipi ta' ajruplani subsoniċi ċivili tal-ġett;

    (2) Billi d-definizzjoni ta' l-elementi prinċipali tad-Direttiva għandhom jevitaw kwalunkwe ambigwità dwar l-għan u l-iskop tad-Direttiva;

    (3) Billi din id-Direttiva ma ċċaħħadx lil xi Stat Membru individwali mill-possibbiltà li jkollu rikors għad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess tat-trasportaturi Komunitarji ta' l-ajru għar-rotot ta' l-ajru ġol-Komunità [5] skond it-termini tagħhom;

    (4) Billi, minħabba s-sitwazzjoni storika eċċezzjonali ta' l-ajruporti li jservu l-konurbazzjoni ta' Berlin u minħabba l-viċinanza ta' l-ajruporti ta' Berlin Tegel u Berlin Tempelhof lejn iċ-ċentru tal-belt, hija ħaġa ġġustifikata li b'mod temporanju dawn iż-żewġ ajruporti jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/14/KEE;

    (5) Billi huwa neċessarju li tiġi rrispettata l-intenzjoni inizjali ta' l-eżenzjoni għall-ajruplani fuq ir-reġistri ta' nazzjonijiet li qed jiżviluppaw; u fejn id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva msemmija għandhom jiġu ċċarati f'dak is-sens;

    (6) U fejn l-eżenzjoni li ngħatat għal ajruplan minn nazzjon li qed jiżviluppa għandha tibbenifika biss lil dak in-nazzjon;

    (7) Billi huwa neċessarju li jiġi ċċarat l-iskop ta' l-eżenzjonijiet li ngħataw fuq bażi ekonomika;

    (8) Billi għandu jiġi ċċarat li Stat Membru jista' jistabbilixxi biss skeda għall-irtirar bil-mod ta' l-ajruplani li ma jkunux jikkonformaw fir-rigward ta' l-ajruplani li jkunu fuq ir-reġistru ta' dak l-Istat Membru;

    (9) Billi xi Stati Membri għandhom arranġamenti ma' trasportaturi ta' pajjiżi terzi biex jippermettu li jkollhom eżenzjoni biex jiġu eliminati bil-mod l-ajruplani tal-Kapitolu 2 simili għal dik li ngħatat lit-trasportaturi Komunitarji ta' l-ajru; billi huwa xieraq li dawn l-arranġamenti ma għandhomx jiġu revokati;

    (10) Billi huwa essenzjali li l-Anness tad-Direttiva 92/14/KEE jinżamm aġġornat u emendat fil-waqt; billi, għalhekk, l-emendi għandhom isiru mill-Kummissjoni assistita minn kumitat ta' natura regolatorja;

    (11) Billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/14/KEE jipprovdi għal eżenzjonijiet għal ajruplani li jkunu fuq ir-reġistri ta' nazzjonijiet li qed jiżviluppaw u billi l-ajruplani hekk eżentati kienu elenkati fl-Anness ma' dik id-Direttiva;

    (12) Billi huwa neċessarju li jiġi emendat l-Anness tad-Direttiva 92/14/KEE biex jiżdiedu ċerti ajruplani li jikkwalifikaw għal eżenzjoni u dawn ma kinux ġew inklużi meta dik id-Direttiva kienet ġiet adottata; billi huwa wkoll neċessarju li titħassar kull referenza għal ċerti ajruplani li tneħħew mis-servizz, inqerdu jew inkella b'xi mod ieħor ma għadhomx jikkwalifikaw aktar għall-eżenzjoni;

    (13) Billi huwa essenzjali li jiġi evitat l-użu ħazin tar-reġistrazzjonijiet; billi l-Anness għal din id-Direttiva fih, għal kull ajruplan, ir-referenza għan-numru tas-serje tal-fabbrikant għall-ajruplan individwali;

    (14) Billi huwa importanti li jiġi assigurat li l-ksur tal-liġi Komunitarja jiġi penalizzat taħt il-kondizzjonijiet li jagħmlu l-piena effettiva, proporzjonata u dissważiva;

    (15) Billi taħt l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994 l-Awstrija għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/14/KEE mill-1 ta' April 2002,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-emendi

    Id-Direttiva 92/14/KEE qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej:

    1. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 1:

    "3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

    "it-trasportatur ta' l-ajru" tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja valida biex topera;

    "il-liċenzja biex topera" tfisser l-awtorizzazzjoni li tingħata lill-impriża biex titħalla titrasporta bl-ajru passiġġieri, posta u/jew il-merkanzija bi ħlas u/jew b'kiri;

    "it-trasportatur ta' l-ajru Komunitarju" tfisser trasportatur ta' l-ajru b'liċenzja valida biex jopera mogħtija minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-illiċenzjar ta' trasportaturi ta' l-ajru [6];

    "it-total tal-flotta subsonika ċivili bil-ġett" tfisser it-total tal-flotta ta' l-ajruplani ċivili subsonika bil-ġett li tkun għad-disposizzjoni tat-trasportatur ta'l-ajru, jew bħala l-propjetarju jew minħabba kwalunkwe forma ta' kiri ta' mhux anqas minn sena."

    2. il-paragrafu li ġej se jiżdied ma' l-Artikolu 2:

    "4. Qabel id-data msemmija fil-paragrafu 2, l-operazzjoni ta' ajruplani ċivili subsoniċi bil-ġett li ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) jistgħu jiġu ristretti jew esklużi fl-ajruporti ta' Berlin Tegel u Berlin Tempelhof.";

    3. l-Artikolu 3(b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "(b) dawn l-ajruplani kienu fuq ir-reġistru tan-nazzjon li qed jiżviluppa li jidher għal dak l-ajruplan fl-Anness fis-sena tar-referenza u jkomplu jintużaw jew direttament jew taħt xi forma ta' kuntratt ta' kiri minn persuna naturali jew legali stabbilita f'dak in-nazzjon.";

    4. is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 3:

    "L-eżenzjoni msemmija fis-subparagrafu ta' qabel ma għandhiex tapplika fejn l-ajruplan ikun mikri lil persuna naturali jew legali stabbilita f'pajjiż ieħor minnbarra dak imsemmi għal dak l-ajruplan fl-Anness.";

    5. fl-Artikolu 4, l-Artikolu 5(ċ) u (d) u l-Artikolu 6 "il-linja ta' l-ajru" għandha tinbidel u ssir "it-trasportatur ta' l-ajru";

    6. L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 7

    1. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kanċellazzjoni mir-reġistri tagħhom ta' kull referenza għal ajruplani li ma jikkonformawx man-normi tal-Kapitolu 3 fl-Anness 16 sa rata annwali ekwivalenti għal 10 % tal-flotta ċivili subsonika bil-ġett ta' trasportatur Komunitarju ta' l-ajru.

    2. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1) fil-każ ta' l-ajruplani li jinżammu fuq ir-reġistru ta' Stat Membru skond il-paragrafu 1.

    3. Fejn Stat Membru jkun applika eżenzjoni ekwivalenti għal dik deskritta fil-paragrafi 1 u 2 għal ajruplani fuq ir-reġistru ta' pajjiż terz u li jkun jopera ġo dak l-Istat Membru qabel ma din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l-eżenzjoni tista' tkompli tiġi rrikonoxxuta bil-kondizzjoni tal-konformità mal-kondizzjonijiet daparti tat-trasportatur ta' l-ajru.";

    7. L-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

    "L-Artikolu 9a

    L-emendi għall-Anness li jistgħu jkunu neċessarji biex tiġi assigurata l-konformità sħiħa mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom isiru skond il-proċedura mfissra fl-Arikolu 9b(2).

    L-Artikolu 9b

    1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 fuq l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tekniċi u l-proċeduri amministrativi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili [7], li għandha taġixxi skond il-proċedura mniżżla fil-paragrafu 2.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jressaq quddiem il-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fiż-żmien stipulat li l-president jista' jistabilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata minn maġġoranza kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' Stati Membri fil-kumitat għandhom ikunu peżati skond il-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president ma jistax jivvota.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

    (b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tressaq quddiem il-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

    Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mid-data ta' referiment lilu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti."

    8. l-Anness għandu jinbidel bl-Anness li hawn ma' dan.

    L-Artikolu 2

    Is-sistema tal-pieni

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema tal-pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li dawk il-pieni jiġu applikati. Il-pieni kif previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet relevanti lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 1999 u għandhom jinnotifikaw xi tibdiliet sussegwenti mill-aktar fis possibbli.

    L-Artikolu 3

    L-implimentazzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Marzu 1999. Dawn għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. B'konformità ma' l-Artikolu 168 ta' l-Att ta' l-1994 dwar l-Adeżjoni u l-Anness XIX(III) tiegħu, l-Awstrija għandha ddaħħal fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex tikkonforma ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' April 2002.

    L-Artikolu 4

    Id-dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 5

    Id-destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Marzu 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Lord Simon of Highbury

    [1] ĠU C 309, tat-18.10.1996, p. 9.

    [2] ĠU C 66, tat-3.3.1997, p. 4.

    [3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 1997 (ĠU C 115, ta' l-14.4.1997, p. 24), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill Nru 42/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 375, ta' l-10.12.1997, p. 25) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 1998 (ĠU C 34, tat-2.2.1998).

    [4] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 21.

    [5] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

    [6] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 1.

    [7] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2176/96 (ĠU L 291, ta' l-14.11.1996, p. 15).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS

    LISTA TA' L- AJRUPLANI EŻENTATI B'KONFORMITÀ MA' L-ARTIKOLU 3

    Nota:

    L-eżenzjonijiet għall-ajruplani f'dan l-Anness jingħataw fil-qafas ġenerali tal-politka u d-deċizjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (eż. is-sanzjonijiet, l-embargo, eċċ.).

    L-ALĠERIJA

    In-numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20955 | B727-2D6 | 7T-VEH | Air Algérie |

    21053 | B727-2D6 | 7T-VEI | Air Algérie |

    21210 | B727-2D6 | 7T-VEM | Air Algérie |

    21284 | B727-2D6 | 7T-VEP | Air Algérie |

    20884 | B737-2D6 | 7T-VEG | Air Algérie |

    21063 | B737-2D6 | 7T-VEJ | Air Algérie |

    21064 | B737-2D6 | 7T-VEK | Air Algérie |

    21065 | B737-2D6 | 7T-VEL | Air Algérie |

    21211 | B737-2D6 | 7T-VEN | Air Algérie |

    20650 | B737-2D6 | 7T-VED | Air Algérie |

    21285 | B737-2D6 | 7T-VEQ | Air Algérie |

    IR-REPUBBLIKA DEMOKTATIKA TAL-KONGO

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20200 | B707-329C | 9Q-CBW | Scibe Airlift |

    IR-REPUBLIKA DOMINIKANA

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    19767 | B707-399C | HI-442CT | Dominicana de Aviación |

    L-EĠITTU

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    19843 | B707-336C | SU-PBA | Air Memphis |

    19916 | B707-328C | SU-PBB | Air Memphis |

    21194 | B737-266 | SU-AYK | Egypt Air |

    21195 | B737-266 | SU-AYL | Egypt Air |

    21227 | B737-266 | SU-AYO | Egypt Air |

    L-IRAQ

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20889 | B707-370C | YI-AGE | Iraqi Airways |

    20892 | B737-270C | YI-AGH | Iraqi Airways |

    20893 | B737-270C | YI-AGI | Iraqi Airways |

    IL-LEBANON

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20259 | B707-3B4C | OD-AFD | MEA |

    20260 | B707-3B4C | OD-AFE | MEA |

    19967 | B707-347C | OD-AGV | MEA |

    19589 | B707-323C | OD-AHC | MEA |

    19515 | B707-323C | OD-AHD | MEA |

    20170 | B707-323B | OD-AHF | MEA |

    19516 | B707-323C | OD-AHE | MEA |

    19104 | B707-327C | OD-AGX | TMA |

    19105 | B707-327C | OD-AGY | TMA |

    18939 | B707-323C | OD-AGD | TMA |

    19214 | B707-331C | OD-AGS | TMA |

    19269 | B707-321C | OD-AGO | TMA |

    19274 | B707-321C | OD-AGP | TMA |

    IL-LIBERJA

    In-Numru tas-serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    45683 | DC8F-55 | EL-AJO | Liberia World Airlines |

    45686 | DC8F-55 | EL-AJQ | Liberia World Airlines |

    IL-LIBJA

    In-Numru tas-serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20245 | B727-224 | 5A-DAI | Libyan Arab Airlines |

    21051 | B727-2L5 | 5A-DIB | Libyan Arab Airlines |

    21052 | B727-2L5 | 5A-DIC | Libyan Arab Airlines |

    21229 | B727-2L5 | 5A-DID | Libyan Arab Airlines |

    21230 | B727-2L5 | 5A-DIE | Libyan Arab Airlines |

    Il-MAWRITANJA

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    11093 | F28-4000 | 5T-CLG | Air Mauritanie |

    IL-MAROKK

    In-Numru tas-serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20471 | B727-2B6 | CN-CCG | Royal Air Maroc |

    21214 | B737-2B6 | CN-RMI | Royal Air Maroc |

    21215 | B737-2B6 | CN-RMJ | Royal Air Maroc |

    21216 | B737-2B6 | CN-RMK | Royal Air Maroc |

    IN-NIĠERJA

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    18809 | B707-338C | 5N-ARQ | DAS Air Cargo |

    19664 | B707-355C | 5N-VRG | Air Tours |

    IL-PAKISTAN

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20488 | B707-340C | AP-AXG | PIA |

    IS-SAWDI ARABJA

    In-Numru tas-serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20574 | B737-268C | HZ-AGA | Saudia |

    20575 | B737-268C | HZ-AGB | Saudia |

    20576 | B737-268 | HZ-AGC | Saudia |

    20577 | B737-268 | HZ-AGD | Saudia |

    20578 | B737-268 | HZ-AGE | Saudia |

    20882 | B737-268 | HZ-AGF | Saudia |

    20883 | B737-268 | HZ-AGG | Saudia |

    IS-SWAZILAND

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    45802 | DC8F-54 | 3D-AFR | African International Airways |

    46012 | DC8F-54 | 3D-ADV | African International Airways |

    IT-TUNEŻIJA

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    20545 | B727-2H3 | TS-JHN | Tunis Air |

    20948 | B727-2H3 | TS-JHQ | Tunis Air |

    21179 | B727-2H3 | TS-JHR | Tunis Air |

    21235 | B727-2H3 | TS-JHT | Tunis Air |

    L-UGANDA

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    19821 | B707-379C | 5X-JEF | Dairo Air Services |

    IŻ-ŻIMBABWE

    In-Numru tas-Serje | It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni | L-Operatur |

    18930 | B707-330B | Z-WKU | Air Zimbabwe |

    45821 | DC8F-55 | Z-WMJ | Affretair |

    "

    --------------------------------------------------

    Top