EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0018

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1–115 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2009; Imħassar b' 32009L0045

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/18/oj

31998L0018



Official Journal L 144 , 15/05/1998 P. 0001 - 0115


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/18/KE

tas-17 ta' Marzu 1998

dwar ir-regoli u n-normi ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),

Billi jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 189c tat-Trattat (3),

(1) Billi fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport għandhom ikunu adottati aktar miżuri biex tiżdied is-sigurtà fit-trasport marittimu;

(2) Billi l-Komunità hija serjament ikkonċernata dwar l-imwiet l-aktar reċenti li fihom kienu involuti vapuri tal-passiġġieri li rriżultaw f'numru kbir ta' mwiet; billi l-persuni li jużaw il-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja mal-Komunità kollha għandhom il-jedd li jistennew u li joqogħdu f' livell xieraq ta' sigurtà abbord;

(3) Billi l-apparat tax-xogħol u l-apparat protettiv personali tal-ħaddiema m'humiex koperti b'din id-Direttiva, minħabba li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem fuq ix-xogħol (4) u d-dispożizzjonijiet relevanti tad-direttivi individwali relevanti tagħha huma applikabbli għall-użu ta' dak l-apparat fuq vapuri tal-passiġġieri ingaġġati fuq vjaġġi domestiċi;

(4) Billi d-dispożizzjonijiet tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-baħar bejn l-Istati Membri kien diġà ġie lliberalizzat bir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 (5); billi l-applikazzjoni tal-prinċipju dwar il-liberta tal-provvista ta' servizzi ta' trasport marittimu bejn l-Istati Membri (kabutaġġ marittimu), li hemm provvediment dwaru fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92 (6), għandu jkun lest matul il-Komunità kollha fil-ftit snin li ġejjin;

(5) Billi biex jintlaħaq livell għoli ta' sigurtà, u jitneħħew il-barrieri għall-kummerċ, huwa meħtieġ li jitwaqqfu normi armonizzati ta' sigurtà f'livell xieraq għall-vapuri tal-passiġġieri u vapuri oħra li jħaddmu s-servizzi domestiċi; billi n-normi għall-vapuri li joperaw vjaġġi internazzjonali qegħdin jiġu żviluppati fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima ( IMO); billi din id-Direttiva tintroduċi proċeduri biex tintalab azzjoni fl-IMO biex jiġu aġġornati n-normi għall-vjaġġi internazzjonali man-normi ta' din id-Direttiva;

(6) Billi, kif propost mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha "Politika Komuni għal Sigurtà fuq il-Baħar", il-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar strateġij komuni għal sigurtà fuq il-baħar (7), u l-Parlament Ewropew, inter alia fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar sigurtà fuq il-baħar tas-27 ta' Ottubru 1994 (8), ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissottometti kemm jista' jkun malajr proposti formali dwar regoli ta' sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri meta jkunu involuti fuq vjaġġi domestiċi;

(7) Billi, invista, b'mod partikolari, tad-dimensjoni fis-suq intern tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, azzjoni fil-livell tal-Komunità hija l-uniku mod possibbli biex ikun stabbilit livell komuni ta' sigurtà għall-vapuri matul il-Komunità kollha;

(8) Billi, invista tal-prinċipju ta' proporzjonalità, Direttiva tal-Kunsill hija l-istrument legali xieraq għaliex dan jipprovdi qafas għall-applikazzjoni uniformi u obbligatorja tan-normi ta' sigurtà mill-Istati Membri, filwaqt li jħalli lil kull Stat Membru id-dritt li jiddeċiedi dwar l-għodda ta' l-implimentazzjoni li l-aħjar jixirqu lis-sistema interna tiegħu;

(9) Billi fl-interess għat-titjib tas-sigurtà u li tkun evitata id-distorzjoni tal-kompetizzjoni il-ħtiġiet komuni ta' sigurtà għandhom japplikaw għall-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja li jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi fil-Komunità, irrispettivament mill-bandiera li jtajru; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu esklużi xi kategoriji ta' vapuri li għalihom ir-regoli ta' din id-Direttiva m'humiex teknikament addattati jew ekonomikament vijabbli;

(10) Billi l-vapuri tal-passiġġieri għandhom jitqassmu fi klassijiet differenti skond il-firxa u l-kundizzjonijiet taż-żoni tal-baħar li jaħdmu fihom; billi vapuri ta' veloċità għolja għandhom ikunu kategorizzati skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi dwar Vapuri b'Veloċità Għolja stabilita mill-IMO;

(11) Billi l-qafas prinċipali ta' referenza għan-normi ta' sigurtà għandu jkun il-Konvenzjoni ta' l-1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, kif emendata, li tħaddan normi miftiehma internazzjonalment għall-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja li jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali, kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet xierqa mill-OMI u miżuri oħra li jikkumplimentaw u jinterpretaw din il-Konvenzjoni;

(12) Billi l-klassijiet differenti kemm ta' vapuri ġodda tal-passiġġieri u dawk eżistenti jeħtieġu konsiderazzjoni differenti għall-istabbbiliment ta' ħtiġiet ta' sigurtà li jiggarantixxu livell ta' sigurtà ekwivalenti invista tal-ħtiġiet u l-limitazzjonijiet speċifiċi ta' dawn il-klassijiet differenti; billi huwa xieraq li jsiru distinzjonijiet fil-ħtiġiet ta' sigurtà li għandhom ikunu rrispettati bejn vapuri ġodda u dawk esiżteni minħabba li l-impożizzjoni tar-regoli tal-vapuri l-ġodda fuq vapuri esiżtenti timplika dawk il-bidliet strutturali estensivi li tirrendihom mhux ekonomikament vijabbli;

(13) Billi l-implikazzjonijiet finanzjarji u tekniċi li joħorġu mill-aġġornar tal-vapuri esiżtenti għan-normi li għalihom tipprovdi din id-Direttiva jiġġustifikaw ċerti perjodi ta' tranżizzjoni; billi fid-dawl tan-numru sinifikanti ta' gżejjer fil-Greċja, u l-ħtieġa li jinżammu konċessjonijiet marittimi kostanti frekwenti bejniethom u l-effett serju fuq dawk l-operazzjonijiet ta' trasport u l-impiegi relatati li jinħolqu bl-applikazzjoni mmedjata tal-ħtiġiet ta' aġġornament maġġuri li vapuri esiżtenti li għandhom aktar minn 27 sena fl-1 ta' Ottubru 2000, huwa xieraq li jkunu pprovduti derogi minn dawn il-ħtiġiet għal dawk il-vapuri li joperaw esklussivament bejn portijiet fil-Greċja, li t-tħaddim tagħhom għandu jitwaqqaf fuq il-vjaġġi kollha domestiċi fil-Komunità fid-data li fiha jilħqu l-eta ta' 35 sena;

(14) Billi invista tad-differenzi sostanzjali fil-kunċett, bini u użu tal-vapuri b'veloċità għolja tal-passiġġieri meta mqabbla ma' vapuri tradizzjonali tal-passiġġieri, dawk il-vapuri għandhom ikunu meħtieġa li jirrispettaw regoli speċjali;

(15) Billi apparat marittimu abbord il-vapuri, li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar apparat marittimu (9), meta jkun installat abbord vapur tal-passiġġieri, m'għandux ikun suġġett għal testijiet addizzjonali la darba dak l-apparat diġà huwa suġġett għan-normi u għall-proċeduri ta' dik id-Direttiva;

(16) Billi biex tkun assigurata l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbbilixxu sistema ta' penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u li jistgħu jikkontrollaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ibbażata fuq dawk maħsuba fid-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 li jikkonċernaw l-infurzar, dwar vapuri li jużaw il-portijiet tal-Komunità u li jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' normi internazzjonali ta' sigurtà ta' vapuri, prevenzjoni ta' tniġġiż u l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord (kontroll tal-port mill-Istat) (10);

(17) Billi, suġġett għall-kontroll permezz tal-proċedura tal-Kumitat, l-Istati Membri jistgħu jadottaw ħiġiet addizzjonali ta' sigurtà jekk iċ-ċirkostanzi lokali jkunu hekk jiġġustifikaw, jippermettu l-użu ta' normi ekwivalenti, jew jadottaw eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta' din mid-Direttiva taħt ċerti kondizzjonijiet ta' tħaddim, jew jadottaw miżuri ta' salvagward f'ċirkostanzi ta' periklu eċċezzjonali;

(18) Billi huwa meħtieġ li Kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri biex jgħin lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva; billi l-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KE tat-13 ta' Settembru 1993 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għall-vapuri li jbaħħru lejn jew li jsalpaw minn portijiet tal-Komunità u li jkunu jġorru merkanzija perikluża jew li jniġġsu (11), jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol;

(19) Billi ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll l-Anness I, jistgħu jkunu adottati permezz ta' dan il-Kumitat waqt li jittieħed akkont ta' l-iżviluppi f'livell internazzjonali u speċifikament l-emendi għall-Konvenzjonijiet Internazzjonali;

(20) Billi għall-kontroll ta' l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' din id-Direttiva, għandhom jitwettqu eżamijiet fuq vapuri tal-passiġġieri ġodda u esiżtenti u vapuri oħra; billi l-konformità ma' din id-Direttiva għandha tkun iċċertifikata minn jew għan-nom ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat bandiera,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Skop

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li jiġi introdott livell uniformi ta' sigurtà tal-ħajja u proprjetà abbord vapuri tal-passiġġieri ġodda u eżistenti u vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta' vapuri jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi, u li jkunu stabbiliti proċeduri għan-negozjar f'livell internazzjonali bil-ħsieb ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli għall-vapuri tal-passiġġieri li jitħaddmu fuq vjaġġi internazzjonali.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' din id-Direttiva u ta' l-Annessi li jinsabu magħha:

(a) "Konvenzjonijiet Internazzjonali" tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni Solas tal-1974), u l-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1966 dwar Linji tat-tagħbija, flimkien mal-Protokolli u l-emendi tagħhom fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) "Kodiċi dwar l-Istabbilità Intatta" tfisser il-"Kodiċi dwar l-Istabbilità intatta għal kull tip ta' vapur kopert bl-istrumenti ta' l-IMO" li jinsabu fir-Riżoluzzjoni ta' l-Assembea ta' l-IMO A.749 (18) ta' l-4 ta' Novembru 1993, kif emendata fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva;

(ċ) "Kodiċi ta' Vapuri b'Veloċità Għolja" tfisser il-"Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà ta' Vapuri b'Veloċità Għolja" li jinsabu fir-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà Marittima OMI MSC 36 (63) ta' l-20 ta' Mejju 1994, kif emendata fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva;

(d) "SGPSM" tfisser is-Sistema Globali dwar il-Periklu u s-Sigurtà Marittima) kif stabilita fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, kif emendata fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva;

(e) "vapur tal-passiġġieri" tfisser vapur li jġorr aktar minn 12-il passiġġier;

(f) "vapur tal-passiġġieri b'veloċità għolja" tfisser vapur b'veloċità għolja kif definit fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, kif emendata fid-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva, li jġorr aktar minn 12-il passiġġier;

vapuri tal-passiġġieri li jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi fiż-żoni tal-baħar tal-Klassi B, Ċ jew D m'għandhomx jitqiesu bħala vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja meta:

l-ispustament tagħhom li jikkorrispondi mal-linja ddisinjata tal-livell tal-baħar tkun anqas minn 500 m3, u

il-veloċità masima tagħhom, kif definita fil-paragrafu 1.4.30 tal-Kodiċi ta' Vapuri b'Veloċità Għolja, tkun anqas minn 20 knot;

(g) "vapur ġdid" tfisser vapur li l-prim tiegħu jitqiegħed jew li jkun fi stadju simili ta' bini fi jew wara d-data stabilita bl-Artikolu 14(1). Stadju simili ta' bini tfisser l-istadju li fih:

(i) il-kostruzzjoni identifikabbli ma' vapuri speċifiku tkun tibda; u

(ii) ikun beda l-immuntar li jikkomprendi ta' mill-anqas 50 tunnellata jew 1% tal-massa stmata tal-materjal strutturali kollu, skond liema jkun l-anqas;

(h) "vapur eżistenti" tfisser vapur li ma jkunx vapur ġdid;

(i) "passiġġier" hija kull persuna apparti :

(i) mill-kaptan u l-membri ta' l-ekwipaġġ jew persuni oħra mpjegati jew li jaħdmu f'kull kapaċità abbord vapur fuq il-ħidma ta' dak l-vapur; u

(ii) minn tfal ta' anqas minn sena waħda ta' eta;

(j) "tul ta' vapur" tfisser, sakemm mhux ipprovdut xort'oħra, 96% tat-tul totali mal-linja tal-buq f'85% ta' l-anqas fond tal-qafas imkejjel mill-quċċata tal-prim, jew it-tul mill-ġenb ta' quddiem ta' l-istemma sal-fus taċ-ċappa tat-tmun fuq dik il-linja tal-buq, skond liema jkun l-akbar. F'vapuri ddisinjati bil-prim angolat il-linja tal-buq li fuqha jitkejjel dan it-tul għandha tkun parallella mal-linja tal-buq imsemmija;

(k) "l-għoli tal-pruwa" tfisser l-għoli tal-pruwa kif definit fir-Regolament 39 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Linji tat-tagħbija bħala d-distanza vertikali fil-perpendikolar ta' quddiem bejn il-buq li jikkorrispondi mat-travu tal-bord assenjat tal-vapur u t-trimm iddisinjat u l-quċċata tal-gverta esposta fil-ġenb;

(l) "vapur bi gverta sħiħa" tfisser vapur li jkun provdut bi gverta sħiħa, esposta għat-temp u għall-baħar, li jkollha mezzi permanenti biex jingħalqu l-fetħiet kolla fil-parti mħarsa mit-temp u li taħtha l-fetħiet kollha fil-ġnub tal-vapur huma mgħammra b'mezzi permanenti b'għeluq ta' mill-anqas kontra t-temp.

Il-gverta sħiħa għandha tkun gverta li ma tagħmilx ilma jew struttura ekwivalenti li tkun tikkonsisti fi gverta li ma tkunx ma tagħmilx l-ilma miksija bi struttura li ma tagħmilx ilma ta' saħħa biżżejjed li żżomm l-integrità li ma tagħmilx ilma u mgħammra b'tagħmir ta' għeluq li ma jagħmilx ilma;

(m) "vjaġġ internazzjonali" tfisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru lejn port 'il barra minn dak l-Istat Membru, jew bil-maqlub;

(n) "vjaġġ domestiku'"tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru lejn l-istess port jew port ieħor f'dak l-Istat Membru;

(o) "żona tal-baħar" tfisser żona stabilita skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 4(2).

Iżda, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjoni bir-radju t-tifsiriet ta' żoni tal-baħar għandhom ikunu dawk definiti fir-Regolament 2, il-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974;

(p) "żona ta' port" tfisser żona apparti minn żona tal-baħar, kif definita mill-Istati Membri, li testendi mix-xogħlijiet l-aktar 'il barra ta' port permanenti li jifforma parti integrali mis-sistema tal-port, jew tal-linji definiti mill-karatteristiċi naturali ġeografiċi li jipproteġu estwarju jew żona similarment protetta;

(q) "lok ta' rifuġju" tfisser kull żona ta' kenn naturali jew artifiċjali li tista' tintuża bħala kenn minn vapur jew dgħajjes taħt kondizzjonijiet li x'aktarx jipperikolaw is-sigurtà tiegħu;

(r) "amministrazzjoni ta' l-Istat bandiera" tfisser l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat li l-bandiera tiegħu il-vapur jew dgħajsa għandu l-jedd li jtajjar;

(s) "Stat li jospita" tfisser Stat Membru li lejn jew mill-portijiet tiegħu vapur jew dgħajsa, li jtajjar bandiera oħra li ma tkunx il-bandiera ta' dak l-Istat Membru, iwettaq vjaġġi domestiċi;

(t) "organizzazzjoni rikonoxxuta" tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta b'konformità ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli komuni u n-normi għall-eżami ta' vapur u organizzazzjonijiet ta' spezzjoni u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi (12).

(u) "mil" huwa 1 852 metru;

(v) "għoli sinifikanti tal-mewġ" huwa l-għoli medju tat-terz ta' l-għoli ta' l-għola mewġa osservata matul perjodu partikolari.

L-Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tapplika għal:

(a) vapuri ġodda tal-passiġġieri;

(b) vapuri eżistenti tal-passiġġieri ta' tul ta' 24 metru jew aktar;

(ċ) vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja

tkun xi tkun il-bandiera tagħhom, meta jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi.

Kull Stat Membru, fil-kapaċità tiegħu ta' Stat li jospita, għandu jassigura li l-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja, li jtajru l-bandiera ta' Stat li ma jkunx Stat Membru, jkunu konformi bis-sħiħ mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, qabel ma jkunu jistgħu jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat Membru.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a) vapuri tal-passiġġieri, li huma:

bastimenti tal-gwerra jew vapuri tat-truppi,

vapuri li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi,

vapuri mibnija b'materjal apparti milli azzar jew ekwivalenti u mhux koperti bin-normi li jikkonċernaw Vapuri b'Veloċità Għolja (Riżoluzzjoni MSC 36 (63)) jew Vapuri Sostnuti Dinamikament (Riżoluzzjoni A.373 (X)),

vapuri ta' l-injam ta' binja primittiva,

oriġinali, jew repliki individwali ta' vapuri tal-passiġġieri storiċi ddisinjati qabel l-1965, mibnija predominantament b'materjali oriġinali,

yachts tad-divertiment sakemm ma jkunux jew għandhom ikunu bl-ekwipaġġ u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal għanijiet kummerċjali,

vapuri mħaddma esklussivament f'żoni tal-port;

(b) vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja, li huma

- dgħajjes tal-gwerra jew vapuri tat-truppi,

- vapuri tad-divertiment sakemm ma jkunux jew għandhom ikunu bl-ekwipaġġ u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal għanijiet kummerċjali, u

- dgħajjes imħaddma esklussivament f'żoni tal-port.

L-Artikolu 4

Klassijiet ta' vapuri tal-passiġġieri

1. Il-vapuri tal-passiġġieri għandhom jitqassmu fil-klassijiet li ġejjin skond iż-żona tal-baħar li fiha joperaw:

"Klassi A" tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi apparti milli vjaġġi koperti bil-Klassijiet B, Ċ u D.

"Klassi B" tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi li fil-korsa tagħhom dawn qatt ma jkunu aktar 'il bogħod minn 20 mil mill-linja tal-kosta, li fuq x'hiex nawfragi jkunu jistgħu jaslu, li tikkorrispondi għall-għoli tal-marea medju.

"Klassi Ċ" tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi f'żoni tal-baħar fejn il-probabbiltà ta' mewġ sinifikanti li jeċċedi l-għoli ta' 2,5 m ikun iżgħar minn 10% matul perjodu ta' sena għal operazzjonijiet ta' matul is-sena kollha, jew matul perjodu speċifiku ristrett għal operazzjonijiet ta' matul is-sena esklussivament għal dak il-perjodu (eż. perjodu ta' operazzjoni matul is-sajf), li fil-korsa tagħhom qatt ma jkunu aktar minn 15-il mil minn lokalità ta' rifuġju, u l-anqas aktar minn 5 mili mill-linja tal-kosta, fejn in-nawfragi jkunu jistgħu jilħqu l-art, li tikkorrispondi għall-għoli tal-marea medju.

"Klassi D" tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi f'żoni tal-baħar fejn il-probabbiltà ta' mewġ sinifikanti li jeċċedi l-għoli ta' 1,5 m ikun iżgħar minn 10% matul perjodu ta' sena għal operazzjonijiet ta' matul is-sena kollha, jew matul perjodu speċifiku ristrett għal operazzjoni ta' matul is-sena esklussivament għal dak il-perjodu (eż. perjodu ta' operazzjonijiet matul is-sajf), li fil-korsa tagħhom qatt ma jkunu aktar minn 6 mili minn lokalita ta' rifuġju, u l-anqas aktar minn 3 mili mill-linja tal-kosta, fejn in-nawfragi jkunu jistgħu jilħqu l-art, li tikkorrispondi għall-għoli tal-marea medju.

2. Il-lista tal-żoni tal-baħar għandha tkun stabilita u aġġornata, fuq il-bażi tan-notifikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri, skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 9. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data ta' l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1), iż-żoni tal-baħar taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jiddelimitaw iż-żoni għall-matul is-sena kollha u, fejn japplika, jirrestrinġu t-tħaddim perjodiku tal-klassijiet tal-vapuri bl-użu tal-kriterji għall-klassijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. Għall-vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja il-kategoriji definiti fil-Kapitolu 1 (1.4.10) u (1.4.11) tal-Kodiċi tal-Vapuri b'Veloċità Għolja għandhom jgħoddu.

L-Artikolu 5

Applikazzjoni

1. Kemm vapuri tal-passiġġieri ġodda u dawk eżistenti u vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja meta operati fuq vjaġġi domestiċi għandhom ikunu konformi mar-regoli ta' sigurtà relevanti stabbiliti f'din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri m'għandhomx iżommu milli joperaw, għal raġunijiet li joħorġu minn din id-Direttiva, vapuri tal-passiġġieri jew vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja, meta operati fuq vjaġġi domestiċi, li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, inkluża kull ħtieġa addizzjonali imposta minn xi Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1).

Kull Stat Membru waqt li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' Stat li jospita, għandu jagħraf iċ-Ċertifikat ta' Sigurtà ta' Vapuri b'veloċità għolja u l-Permess biex Jopera maħruġ minn Stat Membru ieħor għall-vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja, meta operati fuq vjaġġi domestiċi, jew iċ-Ċertifikat ta' Sigurtà ta' Vapuri tal-Passiġġieri li għalih jirreferi l-Artikolu 11 maħruġ minn Stat Membru ieħor għall-vapuri tal-passiġġieri meta operati fuq vjaġġi domestiċi.

3. Stat li jospita jista' jispezzjona vapur tal-passiġġieri jew vapur tal-passiġġieri b'veloċità għolja, meta dan ikun operat fuq vjaġġi domestiċi, u jivverifika d-dokumentazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/21/KE.

4. Kull apparat marittimu abbord vapur kif elenkat fl-Anness A(1) li jinsab mad-Direttiva 96/98/KE u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ta' l-aħħar, għandu jitiqes li jkun b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sew jekk ikun meħtieġ bl-Anness I sew jekk le li l-apparat għandu jkun approvat u suġġett għat-testijiet għas-sodisfazzjon ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat bandiera.

L-Artikolu 6

Ħtigiet ta' sigurtà

1. Fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri ġodda jew dawk eżistenti tal-Klassijiet A, B, Ċ u D:

(a) il-bini u l-manutenzjoni tal-qoxra, il-makkinarju prinċipali u awżiljaru, l-impjanti elettriċi u awtomatiċi għandhom jikkonformaw man-normi speċifikati għall-klassifikazzjoni bir-regoli ta' organizzazzjoni rikonoxxuta, jew regoli ekwivalenti użati minn amministrazzjoni skond l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 94/57/KE;

(b) id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, inklużi l-emendi tal-1988 SGPSM, V u VI tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, kif emendati fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli;

(ċ) id-dispożizzjonijiet għall-apparat ta' navigazzjoni fuq vapur tar-Regolament 12, il-Kapitolu V, tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, kif emendati fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli; Apparat tan-navigazzjoni abbord fuq vapur, kif elenkat fl-Anness A(1) li jinsab mad-Direttiva 96/98/KE u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din ta' l-aħħar, għandu jitqies li jkun b'konformità mal-ħtiġiet ta' l-approvazzjoni tat-tip tar-regolament Solas V/12(r).

2. Fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri ġodda:

(a) ħtigiet ġenerali:

(i) vapuri tal-passiġġieri ġodda tal-Klassi A għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-ħtiġiet tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, kif emendata fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mal-ħtiġiet speċifiċi relevanti speċifikati f'din id-Direttiva u l-Annessi li jinsabu magħha. Għal dawk ir-regolamenti, li għalihom is-Solas tħalli l-interpretazzjoni fid-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjoni, l-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tapplika l-interpretazzjonijiet kif jinsabu fl-Anness I;

(ii) vapuri tal-passiġġieri ġodda tal-Klassijiet B, Ċ, u D għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi relevanti kif speċifikati f'din id-Direttiva u l-Anness I tagħha;

(b) ħtiġiet dwar il-linja tat-tagħbija:

(i) il-vapuri tal-passiġġieri ġodda kollha ta' tul ta' 24 metru jew aktar għandhom jikkonformaw mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1966 dwar il-Linji tat-tagħbija;

(ii) kriterji b'livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dawk tal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1966 dwar il-Linji tat-tagħbija għandhom ikunu applikati b'relazzjoni mat-tul u l-Klassi, għall-vapuri ġodda tal-passiġġieri ta' tul ta' anqas minn 24 metru;

(iii) minkejja l-paragrafi (i) u (ii), vapuri ġodda tal-passiġġieri tal-Klassi D huma eżentati mill-ħtieġa ta' l-għoli minimu tal-pruwa stabbilit fil-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1966 dwar il-Linji tat-tagħbija;

(iv) vapuri ġodda tal-passiġġieri tal-Klassijiet A, B, Ċ, u D għandu jkollhom gverta sħiħa.

3. Fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri eżistenti:

(a) vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassi A għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-vapuri eżistenti tal-passiġġieri kif definiti fil-Konvenzjoni Solas ta' -1974, kif emendata fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mal-ħtiġiet speċifiċi relevanti speċifikati f'din id-Direttiva u l-Anness I li jinsab magħha. Għal dawk ir-regolamenti, li għalihom is-Solas tħalli l-interpretazzjoni fid-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjoni, l-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tapplika l-interpretazzjonijiet kif jinsabu fl-Anness I;

(b) vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassi B għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifiċi relevanti ta' din id-Direttiva u l-Anness I;

(ċ) vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassijiet Ċ u D għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet speċifiċi relevanti ta' din id-Direttiva u l-Kapitolu III ta' l-Anness I u dwar kwistjonijiet mhux koperti b'dawk il-ħtiġiet mar-regoli ta' l-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera. Dawk ir-regoli għandhom jipprovdu livell ekwivalenti ta' sigurtà bħal dawk tal-Kapitoli II-1 u II-2 ta' l-Anness I, waqt li jingħata akkont tal-kondizzjonijiet speċifiċi lokali ta' operazzjoni relatati maż-żoni tal-baħar li fihom il-vapuri ta' dawk il-klassijiet jistgħu joperaw.

Qabel ma vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassijiet Ċ u D jistgħtu joperaw fuq vjaġġi domestiċi regolari fi Stat li jospita, l-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tikseb qbil mill-Istat li jospita dwar dawk ir-regoli;

(d) meta Stat Membru jkun tal-fehma li r-regoli meħtieġa mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat li jospita skond il-paragrafu (ċ) ma jkunux raġonevoli, għandu minnufih javża lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tibda proċeduri biex tieħu deċiżjoni skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 9 ;

(e) tiswijiet, alterazzjonijiet u modifikazzjonijiet ta' natura estensiva u l-forniment relatat magħhom għandhom ikunu b'konformità mal-ħtiġiet ta' vapuri ġodda kif preskritti fil-paragrafu 2(a). Alterazzjonijiet magħmula fuq vapuri eżistenti li huma maħsuba unikament biex jinkiseb standard ogħla ta' sopravivenza, m'għandhomx ikunu meqjusa bħala modifikazzjonijiet ta' karattru estensiv;

(f) id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a), kemm-il darba dati aktar kmieni ma jkunux speċifikati fil-Konvenzjoni Solas ta' l-1974 u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (b) u (ċ), kemm-il darba dati aktar kmieni ma jkunux speċifikati fl-Anness I, m'għandhomx ikunu applikati b'relazzjoni ma' vapur li l-prim tiegħu kien tqiegħed jew li kien fi stadju simili ta' bini:

(i) qabel l-1 ta' Jannar 1940: sa l-1 ta' Lulju 2006;

(ii) fl-1 ta' Jannar 1940 jew wara din id-data, iżda qabel il-31 ta' Diċembru 1962: sa l-1 ta' Lulju 2007;

(ii) fl-1 ta' Jannar 1963 jew wara din id-data, iżda qabel il-31 ta' Diċembru 1974: sa l-1 ta' Lulju 2008;

(iv) fl-1 ta' Jannar 1975 jew wara din id-data, iżda qabel il-31 ta' Diċembru 1984: sa l-1 ta' Lulju 2009;

(v) fl-1 ta' Jannar 1985 jew wara din id-data, iżda qabel id-data fl-Artikolu 14(1): sa l-1 ta' Lulju 2010;

(g) b' deroga, vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassijiet A u B li kienu joperaw qabel l-1 ta' Jannar 1996 esklussivament fuq vjaġġi domestiċi bejn portijiet li jinsabu fil-Greċja, jistgħu jkunu eżentati mill-konformità ma' ħtigiet tar-regolamenti II-1/B/8-1, II-1/B/8-2 tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974 jew ta' l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva u mill-II-2/B/16 ta' l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva basta li jkunu jikkonformaw ma' kull waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) fl-1 ta' Ottubru 2000, l-età tagħhom, ikkalkolata mid-data li fiha kien tqiegħed il-prim jew li fiha kienu fi stadju simili ta' bini kif definit fl-Artikolu 2(g), tkun ta' aktar minn 27 sena,

(ii) l-operat tagħhom jibqa' llimitat għall-vjaġġi domestiċi bejn portijiet li jinsabu fil-Greċja biss; u

(iii) l-operat tagħhom fuq vjaġġi domestiċi jieqaf mhux aktar tard mid-data li fiha jilħqu l-età ta' 35 sena.

B'żieda, vapuri tal-passiġġieri tal-Klassi A u B li jtajru l-bandiera tal-Greċja u li jkunu ttrasferiti għall-vjaġġi domestiċi bejn portijiet li jinsabu fil-Greċja qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jistgħu ukoll ikunu eżentati sakemm li fiż-żmien meta jkunu ġew trasferiti, ikunu jikkonformaw bis-sħiħ man-normi internazzjonali applikabbli u sakemm ikunu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet (i), (ii) u (iii).

Għall-għanijiet ta' din id-deroga, il-Greċja għandha tibgħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, lista sħiħa tal-vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassi A u B li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq, inkluż għal kull vapur id-dettalji sħaħ dwar l-isem tal-vapur, in-numri jew ittri distintivi, il-port tar-reġistrazzjoni, il-kapaċità tan-numru tal-passiġġieri, in-numru ta' l-IMO (jekk ikun hemm), il-klassi u d-data tat-tqegħid tal-prim jew li fiha il-vapur kien fi stadju simili ta' bini. Din il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Id-deroga mogħtija lil dawk il-vapuri għandha tissemma espliċitament fuq iċ-Ċertifikat ta' Sigurtà ta' Vapur tal-Passiġġieri.

4. Fir-rigward ta' vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja:

(a) vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja mibnija jew suġġetti għal tiswijiet, alterazzjonijiet jew modifikazzjonijiet ta' karattru estensiv, fl-1 ta' Jannar 1996 jew wara dik id-data, għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-Regolament X/3 tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974, kemm-il darba

il-prim ma kienx tqiegħed jew kien fi stadju simili ta' bini mhux aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u

it-twassil u l-kummissjonar għandu jseħħ mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, u

ikunu jikkonformaw bis-sħiħ mal-ħtiġiet tal-Kodiċi ta' Sigurtà għall-Vapuri Sostnuti Dinamikament (Kodiċi DSC) li jinsab fir-Riżoluzzjoni ta' L-Assemblea IMO A.373(X) ta' l-14 ta' Novembru 1977, kif emendata bir-Riżoluzzjoni dwar is-Sigurtà Marittima MSC 37(63) tad-19 ta' Mejju 1994;

(b) vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja mibnija qabel l-1 ta' Jannar 1996 u li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Kodiċi dwar Vapuri b'Veloċità Għolja għandhom ikomplu joperaw b'ċertifikazzjoni skond dan il-Kodiċi.

Vapuri b'veloċità għolja tal-passiġġieri mibnija qabel l-1 ta' Jannar 1966 u li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tal-Kodiċi dwar Vapuri b'veloċità għolja ma jistgħux joperaw fuq vjaġġi domestiċi, sakemm ma kenux diġà joperaw fuq vjaġġi domestiċi fl-Istat Membru fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, f'liema każ jistgħu jitħallew li jkomplu l-operat domestiku tagħhom f'dak l-Istat Membru. Dawk il-vapuri għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Kodiċi DSC kif emendata;

(ċ) il-bini u l-manutenzjoni ta' vapuri b'veloċità għolja tal-passiġġieri u l-apparat tiegħu għandu jkun konformi mar-regoli tal-klassifikazzjoni għall-vapuri b'veloċità għolja ta' organizzazzjoni rikonoxxuta, jew regoli ekwivalenti użati minn Amministrazzjoni skond l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 94/57/KE;

L-Artikolu 7

Ħtiġiet ta' sigurtà addizzjonali, ekwivalenzi, eżenzjonijiet u miżuri ta' salvagwardja

1. Miżuri addizzjonali ta' sigurtà:

Jekk Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri iqisu li l-ħtiġiet applikabbli ta' sigurtà għandhom jittejbu f'ċerti sitwazzjonijiet invista taċ-ċirkostanzi speċifiċi lokali u jekk tintwera l-ħtieġa għalihom, jista', bla ħsara għall-proċedura stabilita fil-paragrafu 4, jadotta miżuri biex itejjeb il-ħtiġiet ta' sigurtà.

2. Ekwivalenzi:

Stat Membru jista', bla ħsara għall-proċedura stabilita fil-paragrafu 4, jadotta miżuri li jippermettu ekwivalenzi għar-regolamenti li jinsabu fl-Anness I, sakemm dawk l-ekwivalenzi ikunu ta' l-anqas effettivi daqs dawk ir-regolamenti.

3. Eżenzjonijiet

Sakemm ma jkunx hemm tnaqqsi fil-livell ta' sigurtà u bla ħsara għall-proċedura stabilita fil-paragrafu 4, Stat Membru jista' jadotta miżuri biex jeżenta vapuri minn ċerti ħtiġiet speċifiċi ta' din id-Direttiva għall-vjaġġi domestiċi li għandhom jitwettqu f'dak l-Istat inklużi fiż-żoni ta' baħar ta' l-arċipelagi għall-kenn mill-effetti tal-baħar miftugħ taħt ċerti kondizzjonijiet ta' tħaddim, bħall-għoli ta' mewġ sinifikantament iżgħar, perjodu ristrett tas-sena, vjaġġi biss matul id-dawl tal-jum jew taħt kondizzjonijiet klimatiċi u tat-temp addattati, jew ta' tul ristrett tal-vjaġġ, jew prossimità ta' servizzi ta' salvataġġ.

4. Stat Membru li jagħżel li jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 jew 3 għandu jipproċedi kif li ġej:

(a) L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkollu l-ħsieb jadotta, inklużi l-partikolaritajiet sal-limitu meħtieġ biex jikkonferma li l-livell ta' sigurtà huwa miżmum adegwatament.

(b) Jekk, f'perjodu ta' sitt xhur min-notifikazzjoni, jiġi deċiż, skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 9, li l-miżuri proposti m'humiex iġġustifikati, l-imsemmi Stat Membru jista' jkun meħtieġ li jemenda jew ma jadottax il-miżuri proposti.

(ċ) Il-miżuri adottati għandhom ikun speċifikati fil-leġislazzjoni nazzjonali relevanti u kkomunikati lill-Kummissjoni, li għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji tagħhom.

(d) kull waħda minn dawk il-miżuri għandha tkun applikata lill-vapuri tal-passiġġieri kollha ta' l-istess Klassi jew għall-vapuri meta joperaw taħt l-istess kondizzjonijiet speċifiċi, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-bandiera tagħhom jew għan-nazzjonalità jew tal-post fejn ikun stabbilit l-operatur tagħhom.

(e) il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw biss sa kemm il-vapur jew dgħajsa joperaw permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati.

5. Miżuri ta' salvagwardja:

Meta Stat Membru jqis li vapur tal-passiġġieri jew dgħajsa li topera fuq vjaġġi domestiċi f'dak l-Istat, minkejja l-fatt li jkun jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, joħloqu riskju ta' periklu serju għas-sigurtà tal-ħajja jew propjetà, jew l-ambjent, l-operat tal-vapur jew tad-dgħajsa jista' jkun sospiż jew miżuri addizzjonali ta' sigurtà jistgħu jkunu imposti, sakemm dak il-periklu jitneħħa.

Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin il-proċedura ta' segwenti għandha tkun applikabbli:

(a) l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni mingħajr dewmien, waqt li jagħti raġunijiet sostanzjali għaliha;

(b) il-Kummissjoni għandha teżamina jekk is-sospensjoni jew il-miżuri addizzjonali humiex iġġustifikati għar-raġunijiet ta' periklu serju għas-sigurtà u l-ambjent;

(ċ) għadu jkun deċiż, skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 9, jekk id-deċiżjoni ta' dak l-Istat Membru li jissospendi l-operat ta' dak il-vapur jew dgħajsa jew li jimponi miżuri addizzjonali tkunx iġġustifikata jew le għal raġunijiet ta' periklu serju għas-sigurtà tal-ħajja jew proprjetà, jew ta' l-ambjent u, jekk is-sospensjoni jew il-miżuri ma jkunux iġġustifikati, li l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun meħtieġ li jirtira is-sospensjoni jew il-miżuri.

L-Artikolu 8

Adattazzjonijiet

Bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 9,

(a) (i) id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(a), (b), (ċ), (d) u (t); u

(ii) d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-proċeduri u linji ta' gwida għal eżamijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 10

jistgħu jkunu adattati biex jingħata akkont ta' l-iżviluppi f'livell internazzjonali, b'mod partikolari fi ħdan l-IMO;

(b) L-Anness I jista' jiġi emendat biex japplika, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-Konvenzjonijiet Internazzjonali.

L-Artikolu 9

Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 93/75/KE. Il-Kumitat għandu jopera, skond il-proċedura stabilita fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.

L-Artikolu 10

Eżamijiet

1. Kull vapur ġdid tal-passiġġieri għandu jkun suġġett mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għall-eżamijiet speċifikati hawn taħt:

(a) eżami qabel il-vapur jitqiegħed fis-servizz;

(b) eżami perjodiku darba kull 12-il xahar;

(ċ) eżamijiet addizzjonali skond il-ħtieġa.

2. Kull vapur eżistenti tal-passiġġieri għandu jkun suġġett mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għall-eżamijiet speċifikati hawn taħt:

(a) eżami inizjali, qabel ma l-vapur jitqiegħed fis-servizz fuq vjaġġi domestiċi fi Stat li jospita, jew fi żmien 12-il xahar mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 14(1), għall-vapuri eżistenti operati fuq vjaġġi domestiċi fl-Istat Membru tal-bandiera li tiegħu għandhom il-jedd li jtajru;

(b) eżami perjodiku darba kull 12-il xahar;

(ċ) eżamijiet addizzjonali skond ma tkun il-ħtieġa.

3. Kull vapur b'veloċità għolja tal-passiġġieri li għandu jkun konformi, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(4), mal-ħtiġiet tal-Kodiċi HSC, għandu jkun suġġett mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat bandiera għall-eżamijiet meħtieġa fil-Kodiċi dwar Vapuri b'Veloċità Għolja.

Vapur tal-passiġġieri b'veloċità għolja li għandhom ikunu konformi, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(4), mal-ħtiġiet tal-Kodiċi DSC, għandhom ikunu suġġetti mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għall-eżamijiet meħtieġa fil-Kodiċi DSC.

4. Il-proċeduri u l-linji ta' gwida relevanti għall-eżamijiet għaċ-ċertifikat ta' Sigurtà dwar Vapuri tal-Passiġġieri speċifikati fir-Riżoluzzjoni ta' l-Assembla IMO A.746(18) ta' l-4 ta' Novembru 1993 dwar linji ta' gwida għall-eżami taħt is-sistema armonizzata ta' l-eżamijiet u ċ-ċertifikazzjoni, hekk kif ikunu fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva jew proċeduri maħsuba biex jilħqu l-istess għan, għandhom ikunu segwiti.

5. L-eżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitwettqu minn eżaminaturi esklużivi ta' l-Amministrazzjoni nnifisha ta' l-Istat tal-bandiera, ta' organizzazzjoni rikonoxxuta jew ta' l-Istat Membru awtorizzat mill-Istat tal-bandiera biex iwettaq dawk l-eżamijiet, bil-għan li jiġi assigurat li l-ħtiġiet applikabbli kollha ta' din id-Direttiva jkunu mħarsa.

L-Artikolu 11

Ċertifikati

1. Il-vapuri kollha tal-passiġġieri ġodda u eżistenti għandhom jkunu pprovduti b'Ċertifikat ta' Sigurtà għall-Vapuri tal-Passiġġieri b'konformità ma' din id-Direttiva. Iċ-ċertifiket għandu jkollu l-format stabbilit fl-Anness II. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera wara eżami inizjali, kif deskritt fl-Artikolu 10(1)(a) u(2)(a), u li jkun twettaq.

2. Iċ-Ċertifikat ta' Sigurtà għall-Vapuri tal-Passiġġieri għandu jinħareġ għall-perjodu li ma jkunx jeċċedi t-12-il xahar. Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat jista' jiġi mtawwal mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għall-perjodu ta' grazzja sa xahar mid-data li fiha jiskadi kif muri fuqu. Meta tkun ingħatat estensjoni, il-perjodu l-ġdid ta' validità jibda mid-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel l-estensjoni tiegħu.

It-tiġdid taċ-Ċertifikat ta' Sigurtà għall-Vapuri tal-Passiġġieri għandu jinħareġ wara li l-eżami perjodiku, kif deskritt fl-Artikolu 10(1)(b) u (2)(b), ikun twettaq.

3. Għall-vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja li huma konformi mal-ħtiġiet tal-Kodiċi dwar Vapuri b'Veloċità Għolja, Ċertifikat ta' Sigurtà għall-Vapuri b'Veloċità Għolja u Permess biex jopera Vapur b'Veloċità Għolja għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għall-Vapuri b'Veloċità Għolja.

Għall-vapuri tal-passiġġieri b'veloċità għolja li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Kodiċi DSC kif emendati, Ċertifikat DSC ta' Bini u Apparat u Permess DSC biex jopera għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera, skond id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi DSC.

Qabel ma jinħareġ il-Permess biex jopera vapur tal-passiġġieri b'veloċità għolja li jopera fuq vjaġġi domestiċi fi Stat li jospita, l-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera għandha tiftiehem ma' l-Istat li jospita dwar il-kondizzjonijiet assoċjati ma' l-operat tal-vapur f'dak l-Istat. Kull waħda minn dawk il-kondizzjonijiet għandha tintwera mill-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera fuq il-Permess għall-operat.

4. Eżenzjonijiet mogħtija lill-vapuri jew dgħajjes permezz ta' u skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3) għandhom ikunu nnotati fuq iċ-ċertifikat tal-vapur jew tad-dgħajsa.

L-Artikolu 12

Regolamenti tal-Konvenzjoni Solas

Fir-rigward tal-vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq vjaġġi internazzjonali:

1. mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Komunità għandha tibgħat talba lill-IMO biex:

(a) tħaffef x-xogħol li jkun għaddej fi ħdan l-IMO biex ikunu riveduti r-Regolamenti tal-Konvenzjoni Solas ta' l-1974 il-Kapitoli II-1, II-2 u III li jkunu fihom kwistjonijiet imħollija għad-diskrezzjoni ta' l-Amministrazzjoni, biex ikunu stabbiliti l-interpretazzjonijiet armonizzati għal dawn ir-regolamenti u jkunu hekk adottati emendi għal dawn ta' l-aħħar;

(b) ikunu adottati miżuri għall-applikazzjoni mandatorja tal-prinċipji li huma l-bażi tad-dispożizzjonijiet taċ-Ċirkolari MSC 606 dwar il-Qbil ta' l-Istat tal-Port ma' l-Eżenzjonijiet Solas;

2. it-talba li hemm referenza fil-paragrafu 1 għandha ssir mill-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-regolamenti armonizzati stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Direttiva. l-Istati Membri kollha għandhom jagħmlu minn kollox biex jassiguraw li l-IMO twettaq l-iżilupp ta' l-imsemmija regolamenti u l-miżuri mingħajr dewmien.

L-Artikolu 13

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sistema ta' penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li dawk il-penalitajiet ikunu applikati. Il-penalitajiet hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Artikolu 14

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1998.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi domestika li jadottaw fil-kamp irrregolat b'din id-Direttiva . Il-Kummissjoni għandha tinforma bihom lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STRANG

(1) ĠU C 238, tas-16.8.1996, p. 1.

(2) ĠU C 212, tat-22.7.1996, p. 21.

(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 1996 (ĠU C 277, tat-23. 9. 1996, p. 19), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 (ĠU C 293, tas-26. 9. 1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Novembru 1997 (ĠU C 358, ta' l-24.11.97, p. 27).

(4) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

(5) ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 1.

(6) ĠU L 364, tat-12.12.1992, p. 7.

(7) ĠU C 271, tas-7.10.1993, p. 1.

(8) ĠU C 323, tal-21.11.1994, p. 176.

(9) ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 25.

(10) ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1.

(11) ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19.

(12) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/58/KE (ĠU L 274, tas-7.10.1997, p. 8).

L-ANNESS I

ĦTIĠIET TA' SIGURTÀ GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA U EŻISTENTI OPERATI FUQ VJAĠĠI DOMESTIĊI

Ara : Id-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 2002/25, ĠU L 098, tal-15.4.2002, pp. 0001 - 0126.

L-ANNESS II

FORMOLA TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIGURTÀ TA' VAPUR TAL-PASSIĠĠIERI

ĊERTIFIKAT TA' SIGURTÀ TA' VAPUR TAL-PASSIĠĠIERI

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Maħruġ permezz tad-dispożizzjonijiet tal-

.. . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(isem tal-miżura/miżuri relevanti introdotta/introdotti mill-Istat tal-bandiera)

u jikkonferma l-konformità tal-vapur imsemmi iżjed tard mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE dwar regoli ta' sigurtà u normi għall-vapuri tal-passiġġieri

taħt l-awtorità tal-Gvern ta'

... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(deskrizzjoni uffiċjali sħiħa ta' l-Istat tal-bandiera)

bir-

... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . . ... . . . . . . . . . . . . . . . .

(deskrizzjoni uffiċjali sħiħa ta' l-organizzazzjoni kompetenti rikonoxxuta permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE)

L-isem tal-vapur In-numri distintivi jew l-ittri Il-port tar-reġistru In-numru ta' passiġġieri

Numru IMO (1): .. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

Tul: .. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

Data li fiha tqiegħed il-prim jew li l-vapur kien fi stadju simili ta' kostruzzjoni: .. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. .. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

Data ta' l-eżami inizjali: ...

Klassi tal-vapur skond iż-żona tal-baħar li fiha l-vapur huwa ċċertifikat li jopera: A / B / Ċ / D (2)

suġġett għar-restrizzjonijiet jew ħtiġiet addizzjonali li ġejjin (3): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(1) In-numru ta' l-identifikazzjoni IMO tal-vapur skond ir-Riżoluzzjoni A.600(15), jekk ikun hemm.

(2) Ħassar kif xieraq.

(3) Rekord ta' xi restrizzjoni applikabbli invista ta' jew ir-rotta, iż-żona ta' l-operazzjoni jew il-perjodu ristrett ta' l-operazzjoni jew xi ħtieġa addizzjonali minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi lokali.

(In-naħa ta' wara taċ-ċertifikat)

Eżami inizjali

B'dan niċċertifika,

1. li l-vapur ġie eżaminat skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE,

2. li l-eżami juri li l-vapur huwa konformi kollu kemm hu mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE, u

3. li l-vapur hu, skond l-awtorità konferita bl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE, eżenti mill-ħtiġiet li ġejjin tad-Direttiva:

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

Kondizzjonijiet, jekk hemm, li fuqhom ingħataw l-eżenzjonijiet:

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

4. li s-suddiviżjoni segwenti tal-linji tat-tagħbija ġew assenjati:

Suddiviżjoni tal-linji tat-tagħbija assenjati u mmarkati f'nofs il-ġnub tal-vapur (Ir-Regolament II-1/B/11) Spażju ħieles (Freeboard) (f'mm) Kummenti fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' servizz alternattiv:

C.1 (1)

C.2

C.3

Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa . . . . . . . . . . . . . . . . (data ta' l-eżami tat-tiġdid li jmiss) skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE.

Maħruġ fi. .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . fi. .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . 19 . .. . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(Post tal-ħruġ taċ-ċertifikat) (Data tal-ħruġ)

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(Firma ta' l-uffiċjal li ħareġ iċ-ċertifikat)

u/jew

(Is-siġill ta' l-awtorità tal-ħruġ)

Jekk iffirmat, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

Li hawn taħt iffirmat jiddikjara li huwa debitament awtorizzat mill-imsemmi Stat tal-bandiera biex joħroġ dan iċ-Ċertifikat ta' Sigurtà tal-Vapur.

.. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

(Firma)

(1) In-numri Għarab li jsegwu l-ittra "C" fin-notazzjonijiet tas-suddiviżjoni tal-linja tat-tagħbija jistgħu jkunu mibdula b'numri Rumani jew b'ittri jekk l-Amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera tqis dan meħtieġ biex issir distinzjoni min-notazzjonijiet internazzjonali tas-suddiviżjoni tal-linja tat-tagħbija.

(Il-paġna li tmiss taċ-ċertifikat)

Eżamijiet perjodiċi

Dan huwa biex jiċċertifika li l-eżami perjodiku meħtieġ skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE ġie mwettaq u li l-eżami juri li l-vapur instab li huwa konformi mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE.

Post: .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . Data:... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . .

(Firma u/jew siġill ta' l-awtorità tal-ħruġ)

Post: .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . Data:... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . .

(Firma u/jew siġill ta' l-awtorità tal-ħruġ)

Post: .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . Data:... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . .

(Firma u/jew siġill ta' l-awtorità tal-ħruġ)

Post: .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . Data:... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . .

(Firma u/jew siġill ta' l-awtorità tal-ħruġ)

Post: .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . Data:... . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .

. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . . . . .. . . . . . .

(Firma u/jew siġill ta' l-awtorità tal-ħruġ)

Top