EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998F0733
98/733/JHA: Joint action of 21 December 1998 adopted by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union, on making it a criminal offence to participate in a criminal organisation in the Member States of the European Union
Azzjoni konġunta tal-21 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar li tkun magħmula reat kriminali l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
Azzjoni konġunta tal-21 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar li tkun magħmula reat kriminali l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 10/11/2008; Imħassar b' 32008F0841
Official Journal L 351 , 29/12/1998 P. 0001 - 0003
Azzjoni konġunta tal-21 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar li tkun magħmula reat kriminali l-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (98/733/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu K.3(2)(b) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rapport tal-grupp ta' livell għoli dwar il-kriminalità organizzata, approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam fis-16 u s-17 ta' Ġunju 1997, u partikolarment ir-Rakkomandazzjoni Nru 17 tal-pjan ta' azzjoni, Billi l-Kunsill jikkunsidra li s-serjeta' u l-iżvilupp ta' ċertu forom ta' kriminalità organizzata jeħtieġu li tkun imsaħħa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, partikolarment dwar r-reati li ġejjin: traffikar ta' drogi, traffikar ta' bnedmin, terroriżmu, traffikar ta' opri ta' l-arti, ħasil ta' flus, kriminalità ekonomika serja, estorsjoni u atti oħra ta' vjolenza kontra l-ħajja, l-integrità fiżika jew il-libertà tal-persuna, jew il-ħolqien ta' periklu kollettiv għall-persuni; Billi, sabiex ikun imwieġeb għat-theddid varju li l-Istati Membri qed jikkonfrontaw, approċċ komuni għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet kriminali huwa neċessarju; Billi l-Istati Membri ser jippruvaw, meta jimplimentaw din l-azzjoni konġunta, li japplikaw jew jiffaċilitaw il-miżuri dwar il-protezzjoni ta' xhieda u/jew individwi li jikkoperaw mal-proċess ġudizzjarju fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali organizzata mniżżla fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1995 [1] u tal-20 ta' Diċembru 1996 [2]; Filwaqt li jerġa' jtenni l-kunfidenza tiegħu fl-istruttura u l-funzjoni tas-sistemi legali tal-Istati Membri u fl-abilità tagħhom li jiggarantixxu proċess imparzjali; Billi l-Istati Membri għandhom l-intenzjoni li jiżguraw li dawk li jieħdu sehem fl-attivijajiet ta' organizzazzjonijiet kriminali ma jaħarbux l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni dwar reati li jaqgħu taħtdin l-azzjoni konġunta; għal dan l-għan, l-Istati Membri ser jiffaċċilitaw koperazzjoni mal-proċess ġudizzjarju fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn ir-reati; Filwaqt li jfakkar li l-Unjoni Ewropea tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif deskritti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali ta' l-Individwu, għal liema l-Istati Membri kollha huma partijiet, u partikolarment id-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' għaqda u l-libertà ta' assoċjazzjoni; Wara li eżamina il-veduti tal-Parlament Ewropew wara konsultazzjoni skond l-Artikolu K.6 tat-Trattat [3], ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 Fis-sens ta' din l-azzjoni konġunta, organizzazzjoni kriminali għandha tfisser organizzazzjoni strutturata, stabbilita fuq perjodu ta' żmien, ta' mhux aktar minn żewġ persuni, li jaġixxu bi ftehim bil-ħsieb li jwettqu reati li huma punibbli bit-teħid tal-libertà jew b'ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' mhux anqas minn erba' snin jew penali aktar serja, kemm jekk dawn ir-reati huma istantanji jew mezz biex jintlaħqu benefiċċji materjali u, fejn approprjat, biex jiġi influwenzat b'mod improprju l-operat ta' awtoritajiet pubbliċi. Ir-reati msemmija fl-ewwel sub-paragrafu jinkludu dawk imsemmija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Europol u fl-Anness taghħa u li jġorru sentenza li hi għall-anqas ekwivalenti għal dik imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu. Artikolu 2 1. Biex tkun assistita l-ġlieda kontra organizzazzjonijiet kriminali, kull Stat Membru għandu jintrabat, skond il-proċedura imniżżla fl-Artikolu 6, li jiżgura li wieħed jew iż-żewġ tipi ta' kondotta deskritti hawn taħt ikunu punibbli permezz ta' penalitajiet effettivi, proporzjonati u disswasivi: (a) kondotta minn kwalunkwe persuna li, b'intenzjoni u b'għarfien ta' jew l-għan u l-attività kriminali tal-organizzazzjoni jew l-intenzjoni ta' l-organizzazzjoni li tikkommetti r-reati msemmija, attivament jieħu parti: - fl-attivitajiet kriminali tal-organizzazzjoni li jaqgħu fl-Artikolu 1, anke meta dik il-persuna ma tiħux sehem fl-esekuzzjoni proprja tar-reati kkonċernati u, suġġett għall-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali tal-Istat Membru kkonċernat, anke meta r-reati kkonċernati ma jkunux realment magħmula, - f'attivitajiet oħra tal-organizzazzjoni bl-għarfien ulterjuri li l-parteċipazzjoni tiegħu ser tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-attivitajiet kriminali ta' l-organizzazzjoni li jaqgħu fl-Artikolu 1; (b) kondotta minn kwalunkwe persuna li tikkonsisti fi ftehim ma' persuna jew aktar biex tkun magħmula attività li, jekk tkun magħmula, tkun tammonta għall-kummissjoni ta' reati li jaqgħu taħt l-Artikolu 1, anke jekk dik il-persuna ma tiħux sehem fl-esekuzzjoni proprja ta' l-attività. 2. Irrispettivament jekk iddeċidewx li jagħmlu reat kriminali dak it-tip ta' kondotta msemmi fil-paragrafu 1(a) jew (b), l-Istati Membri għandhom joffru lil xulxin l-assistenza l-aktar komprensiva possibli dwar r-reati li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, kif ukoll dawk ir-reati li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(4) tal-Konvenzjoni dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, magħmula mill-Kunsill fis-27 ta' Settembru 1996. Artikolu 3 Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-persuni legali jistgħu jiġu miżmuma kriminalment responsabbli jew, fin-nuqqas ta' dan, responsabbli għal reati li jaqgħu fl-Artikolu 2(1) li huma kommessi minn dik il-persuna legali, skond proċeduri mniżżla fil-liġi nazzjonali. Din ir-responsabbilità tal-persuna legali għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità kriminali tal-persuni naturali li kienu dawk li wettqu r-reati jew il-kompliċi tagħhom. Kull Stat Membru għandu jiżgura, partikolarment, li persuni legali jistgħu jkunu penalizzati b'mod effettiv, proporzjonat u disswasiv u li sanzjonijiet materjali u ekonomiċi jistgħu jkunu imposti fuqhom. Artikolu 4 Kull Stat Membru għandu jiżgura li t-tipi ta' kondotta msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) jew (b) li jseħħu fit-territorju tagħhom ikunu suġġetti għall-prosekuzzjoni ikun xi jkun it-territorju tal-Istati Membri l-organizzazzjoni tkun ibbażata jew issegwi l-attivitajiet kriminali tagħha, jew tukun xi tkun l-attività li taqa' taħt il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b) isseħħ. Meta bosta Stati Membri għandhom ġurisdizzjoni fuq atti ta' parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jikkordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex ikun hemm prosekuzzjoni effettiva, u jieħdu akkont, partikolarment, tal-lokazzjoni tad-diversi komponenti ta' l-organizzazzjoni fit-territorju ta' l-Istati Membri kkonċernati. Artikolu 5 1. Fil-każijiet fejn il-Konvenzjoni dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, magħmula mill-Kunsill fis-27 ta' Settembru 1996, tapplika, din l-azzjoni konġunta m'għandhiex taffetwa bl-ebda mod l-obbligazzjonijiet taħt il-Konvenzjoni jew l-interpretazzjoni ta' l-imsemmija. 2. Xejn f'din l-azzjoni konġunta m'għandu jimpedixxi Stat Membru milli jagħmel punibbli kondotta li għandha x'taqsam ma' organizzazzjoni kriminali li hija ta' skop aktar wiesa' minn dak definit fl-Artikolu 2(1). Artikolu 6 Matul is-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-azzjoni konġunta, proposti xierqa għall-implimentazzjoni għandhom ikunu ippreżentati minn kull Stat Membru għall-konsiderazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li jkunu adottati. Artikolu 7 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha. Artikolu 8 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1998. Għall-Kunsill Il-President M. Bartenstein [1] ĠU C 327, tas-7.12.1995, p. 5. [2] ĠU C 10, tal-11.1.1997, p. 1. [3] Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 1997. --------------------------------------------------