Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0610

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 1998 li tistabbilixxi gruppi ta' esperti biex jgħinu lill-Kummissjoni bil-kontenut u l-orjentazzjoni ta' l-azzjonijiet ewlenin fil-qasam ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku (notifikata bid-dokument numru C(1998) 3120)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 290, 29.10.1998, p. 57–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/1999

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/610/oj

    31998D0610



    Official Journal L 290 , 29/10/1998 P. 0057 - 0060


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-22 ta' Ottubru 1998

    li tistabbilixxi gruppi ta' esperti biex jgħinu lill-Kummissjoni bil-kontenut u l-orjentazzjoni ta' l-azzjonijiet ewlenin fil-qasam ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku

    (notifikata bid-dokument numru C(1998) 3120)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (98/610/KE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

    Billi, sabiex tinkiseb aktar trasparenza fil-politika Komunitarja dwar riċerka u żvilupp teknoloġiku u sabiex tkun tista' tieħu rwol iktar strateġiku, l-Kummissjoni tixtieq tinvolvi iktar mill-viċin lill-ħaddiema kollha involuti fir-riċerka (inklużi l-utenti) fit-tnissil tal-politika;

    Billi għandhom għalhekk jiġu stabbiliti gruppi ta' esperti sabiex jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar il-kontenut u l-orjentazzjoni ta' l-azzjonijiet ewlenin li huma skond id-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-programmi speċifiċi li jimplimentaw il-ħames programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' demostrazzjoni [1] u l-ħames programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika dwar attivitajiet ta' riċerka u taħriġ [2] (minn hawn 'l quddiem "il-programmi speċifiċi"); billi, skond id-Deċiżjoni, dawn l-azzjonijiet ewlenin għandhom, fejn xieraq, jiġu magħquda flimkien għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu man-natura tas-suġġetti koperti;

    Billi, f'din il-konnessjoni, ir-rwol tal-gruppi esperti huwa li jgħinu sabiex tiġi definita l-istrateġija ġenerali li trid tiġi segwita waqt li jkunu qegħdin jiġu mwettqa l-azzjonijiet ewlenin jew il-gruppi ta' azzjonijiet ewlenin, u sabiex joħorġu b'konklużjonijiet rilevanti b'mod kompletament trasparenti;

    Billi, minħabba x-xorta tax-xogħol, il-membri ta' dawn il-gruppi għandhom ikunu persuni eminenti, magħżula minn varjetà wiesgħa ta' applikanti u kwalifikati b'mod xieraq għax-xogħol inkwestjoni;

    Billi, apparti dan, il-kompożizzjoni ta' dawn il-gruppi esperti għandha tkun rappreżentattiva ta' dawk kollha involuti fir-riċerka; billi għaldaqstant għandhom isiru sforzi sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni bilanċjata ta' nisa u rġiel;

    Billi dawn il-gruppi ta' esperti għandhom jiġu stabbiliti u t-termini ta' riferenza tagħhom għandhom jiġu definiti,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-gruppi ta' esperti li ġejjin qegħdin jiġu stabbiliti:

    - il-grupp dwar "Is-saħħa, l-ikel u l-fatturi ambjentali",

    - il-grupp dwar "Il-kontroll ta' mard infettiv",

    - il-grupp dwar "Il-fabbrika taċ-ċelloli",

    - il-grupp dwar "Il-popolazzjoni anzjana",

    - il-grupp dwar "L-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija sostenibbli, inkluż l-iżvilupp integrat ta' żoni rurali",

    - il-grupp dwar "Is-soċjetà ta' l-Informatika",

    - il-grupp dwar "Il-prodotti, proċessi u organizzazzjoni innovattivi",

    - il-grupp dwar "Il-mobilità sostenibbli u l-intermodalità",

    - il-grupp dwar "Perspettivi ġodda għall-aeronawtika",

    - il-grupp ta' pariri dwar "It-tekonoloġiji ta' trasport fuq l-art u marittimi",

    - il-grupp dwar "L-amministrazzjoni sostenibbli u kwalità ta' l-ilma" u "L-amministrazzjoni sostenibbli ta' ekosistemi marittimi",

    - il-grupp dwar "Il-bidla globali, klima u biodiversità",

    - il-grupp dwar "Il-belt ta' għada u wirt kulturali",

    - il-grupp dwar "Is-sistemi ta' enerġija iktar nodfa" u "Enerġija ekonomika u effiċjenti",

    - il-grupp dwar "It-titjib tal-bażi ta' għerf soċjo-ekonomika",

    - il-grupp fwar "Il-funżjoni termonukleari kontrollata",

    - il-grupp dwar "Il-fissjoni nukleari",

    sabiex jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar il-kontenut u l-orjentazzjoni ta' l-azzjonijiet ewlenin jew għaqdiet ta' azzjonijiet ewlenin li huma skond il-programmi speċifiċi.

    Artikolu 2

    Kull wieħed mill-gruppi ta' esperti għandu:

    - jipproponi linji gwida għad-definizzjoni tal-programmi ta' xogħol (inklużi l-programmazzjoni ta' sejħiet għal proposti, il-kriterji għall-evalwazzjoni ta' azzjonijiet indiretti ta' RTD u, fejn possibbli, l-iffissar ta' għanijiet kwantifikati jew verifikabbli xjentifiċi u tekniċi-ekonomiċi għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-azzjonijiet ewlenin jew gruppi ta' azzjonijiet ewlenin),

    - jikkummenta dwar in-natura strateġika tax-xogħol li għandu jiġi mwettaq u dwar l-analiżi tar-riżultati, bil-għan li possibilment isir ri-arranġament tal-programmi ta' xogħol.

    Artikolu 3

    1. Kull grupp ta' esperti għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni b'mod li jiżgura li l-gruppi jkollhom kompożizzjoni bilanċata, wara li jiġu kunsidrati l-oriġini ġeografiċi u s-settur ta' oriġini (l-industrija, s-servizzi, riċerka u innovazzjoni, utenti, awtoritajiet regolatorji pubbliċi u ċrieki soċjo-ekonomiċi) tal-membri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel mezz biex taċċerta, kemm jista' jkun, li jkun hemm parteċipazzjoni bilanċjata ta' rġiel u nisa.

    2. Il-proċedura għall-għażla ta' membri tal-gruppi ta' esperti hija stipulata fl-Anness, flimkien mall-programmi speċifiċi, azzjonijiet ewlenin u gruppi ta' azzjonijiet ewlenin li għandhom x'jaqsmu ma'dawn il-gruppi.

    Artikolu 4

    1. Il-membri taż-żewġ gruppi ta' esperti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni f'kapaċità personali għal perijodu ta' sentejn. Din il-ħatra tista' tiġi mġedda darba biss, għal massimu ta' sentejn.

    Membri tal-gruppi għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jiġu mibdula jew sakemm jiġi mġedded il-mandat tagħhom.

    Jekk membru ta' grupp ma jkunx jista' iktar jagħti kontribuzzjoni effettiva lejn ix-xogħol ta' dak il-grupp, isir membru ta' kumitat ta' programm jew jirreżenja, il-Kummissjoni għandha tappunta sostitut għall-perijodu li jkun fadal tal-mandat, b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Anness.

    2. L-ismijiet tal-membri tal-gruppi ta' esperti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    3. Il-membri tal-gruppi ta' esperti għandhom jingħataw lura l-ispejjeż ta' vjaġġar u ta' għixien li jkunu għamlu b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni.

    4. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-President u l-Viċi-President ta' kull wieħed mill-gruppi esperti minn fost il-membri ta' dak il-grupp. Il-Viċi-President ma jistax ikun ta' l-istess oriġini ġeografika jew settur ta' oriġini bħall-President.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Ottubru 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Édith Cresson

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] COM(1998) 305 finali.

    [2] COM(1998) 306 finali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    A. Proċedura għall-għażla tal-membri tal-gruppi ta' esperti

    1. Bil-għan li jiġu stabbiliti l-gruppi ta' esperti għall azzjonijiet ewlenin jew gruppi ta' azzjonijiet ewlenin elenkati fit-taqsima B, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-applikazzjonijiet:

    - li l-Kummissjoni tkun diġà rċiviet fi proċeduri oħrajn,

    - ippreżentati mill-Istati Membri u Stati assoċjati,

    - li tkun irċeviet wara sejħa għall-applikazzjonijiet pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-applikazzjonijiet jisgħu jiġu ppreżentati mill-applikanti infushom jew mill-organi li jimpjegawhom. Applikazzjonijiet minn organizzazzjonijiet xjentifiċi, kummerċjali/professjonali jew industrijali jew dawk li jaħdmu fl-interess pubbliku jistgħu jiġu preżentati wkoll sakemm il-persuna proposta tkun taqbel.

    L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunitajet Ewropej. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu evidenza ta' l-esperjenza professjonali ta' l-applikant u livell għoli ta' abiltà (eżempju - curriculum vitae dettaljat).

    2. Għall-iskopijiet ta' ħatra ta' membri fil-gruppi ta' esperti, i l-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjonijiet kollha b'mod konformi mall-kriterji ta' għażla li ġejjin:

    - il-kompetenza ta' l-applikant f'waħda jew iżjed mill-oqsma konċernati,

    - l-abilità ta' l-applikant li jikkunsidra prospetti xjentifiċi u teknoloġiċi fid-dawl tal-politika Komunitarja,

    - il-ħerqa ta' l-applikant lejn id-doveri tiegħu.

    Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, l-Kummissjoni għandha tappunta l-membri tal-gruppi b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni u mat-taqsima B ta' l-Anness.

    Il-membri maħtura b'dan il-mod mill-Kummissjoni ma jistgħux ikunu membri ta' iktar minn grupp wieħed.

    B. Programmi speċifiċi, azzjonijiet ewlenin jew għaqdiet ta' azzjonijiet ewlenin li għandhom x'jaqsmu mal-gruppi konsultattivi

    Programm | Azzjoni ewlenija jew grupp ta' azzjonijiet li għandhom jiġu koperti minn grupp ta' esperti | Grupp ta' esperti |

    "Kwalità ta' ħajja u amministrazzjoni ta' risorsi ħajjin" | "Ikel, saħħa u fatturi ambjentali" | "Ikel, saħħa u fatturi ambjentali" |

    "Kontroll ta' mard infettiv" | "Il-kontroll ta' mard infettiv" |

    "Il-fabbrika taċ-ċelloli" | "Il-fabbrika taċ-ċelloli" |

    "Il-popolazzjoni anzjana" | "Il-popolazzjoni anzjana" |

    "L-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija sostenibbli, inkluż l-iżvilupp integrat ta' żoni rurali" | "L-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija sostenibbli, inkluż l-iżvilupp integrat ta' żoni rurali" |

    "Soċjetà ta' informatika faċilment aċċessibbli għall-utent" | "Is-Sistemi u servizzi għaċ-ċittadin""Metodi ġodda ta' xogħol u kummerċ elettroniku""Il-Kontenut u l-għodda tal-multimedja""It-teknoloġiji u l-infrastrutturi essenzjali" | "Is-soċjetà ta' l-Informatika" |

    "Kompetizzjoni u tkabbir sostenibbli" | "Il-prodotti, proċessi u organizzazzjonijiet innovattivi" | "Il-prodotti, proċessi u organizzazzjonijiet innovattivi" |

    "Il-mobilità u inter-modalità sostenibbli" | "Il-mobilità u l-inter-modalità sostenibbli" |

    "Il-perspettivi ġodda dwar aeronawtika" | "Il-perspettivi ġodda dwar aeronawtika" |

    "It-trasport fuq l-art u t-teknoloġiji marittimi" | "It-trasport fuq l-art u t-teknoloġiji marittimi" |

    "Preservazzjoni ta' l-ekosistema" | "L-amministrazzjoni u l-kwalità sostenibbli ta' l-ilma" u "L-amministrazzjoni sostenibbli ta' ekosistemi marittimi" | "L-amministrazzjoni u kwalità sostenibbli ta' l-ilma" u "l-amministrazzjoni sostenibbli ta' ekosistemi marittimi" |

    "Il-bidla globali, klima u biodiversità" | "Il-bidla globali, klima u biodiversità" |

    "Il-belt ta' għada u wirt kulturali" | "Il-belt ta' għada u wirt kulturali" |

    "Is-sistemi ta' enerġijaiktar nodfa inklużi enerġiji rinovabbli" u "L-enerġija ekonomika u effiċjenti għal Ewropa kompetittiva" | "Is-sistemi ta' enerġija iktar nodfa" u "L-enerġija ekonomika u effiċjenti" |

    "Titjib tal-potenzjal ta' riċerka umana" | "It-titjib tal-bażi ta' għerf soċjo-ekonomika" | "It-titjib tal-bażi ta' għerf soċjo-ekonomika" |

    "Preservazzjoni ta' l-ekosistema" (Euratom) | "Il-fużjoni termonukleari kontrollata" | "Il-fużjoni termonukleari kontrollata" |

    "Il-fissjoni nukleari" | "Il-fissjoni nukleari" |

    --------------------------------------------------

    Top