Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0516

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju, 1998 dwar regolament tekniku komuni għall-istazzjonijiet terrestri tas-satellita mobbli ta' rata baxxa ta' data bbażati fuq l-art (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 11/12/14 GHz (notifikata taħt dokument numru K (1998) 1608)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 232, 19.8.1998, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/516/oj

    31998D0516



    Official Journal L 232 , 19/08/1998 P. 0010 - 0011


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-17 ta' Ġunju, 1998

    dwar regolament tekniku komuni għall-istazzjonijiet terrestri tas-satellita mobbli ta' rata baxxa ta' data bbażati fuq l-art (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 11/12/14 GHz

    (notifikata taħt dokument numru K (1998) 1608)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (98/516/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1],

    Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu;

    Billi għandhom ikunu adottati l-i standards armonizzati korrispondenti, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni;

    Billi r-Regolament tekniku komuni adottat f'din id-Deċiżjoni huwa bi qbil ma’ l-opinjoni ta' ACTE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir ta' stazzjonijiet terrestri tas-satellita li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1).

    2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Regolament tekniku komuni li jkopri stazzjonijiet terrestri tas-satellita mobbli ta' rata baxxa ta' data bbażati fuq l-art (LMES) li jaħdmu fil-firxa ta' frekwenzi 11/12/14 GHz.

    Artikolu 2

    1. Ir-Regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-i standards armonizzati mħejjija mill-korp ta' standardizzazzjoni relevanti li jimplimentaw sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness.

    2. It-tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-Regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3].

    Artikolu 3

    Korpi Notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri imsemmija l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jkun użat l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ġunju 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29.

    [3] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Riferenza għall-i standard armonizzat applikabbli

    L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni jkun:

    Stazzjonijiet Terrestri tas-Satellita u Sistemi (SES);

    stazzjonijiet terrestri tas-satellita mobbli ta' rata baxxa ta' data bbażati fuq l-art (LMES) li joperaw fil-firxiet ta' frekwenza 11/12/14 GHz

    ETSI

    Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni

    Segretarjat ta' ETSI

    TBR 27 — Diċembru ta' l-1997

    (minbarra d-daħla)

    Tagħrif addizzjonali:

    L-Istitut Ewropew ta' l-I standards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1].

    L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien ġie prodott skond mandat maħruġ bi qbil mal-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE.

    It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mingħand

    Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels |

    jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ta' l-ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be.

    [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top