Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0491

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili inizjalat fit-28 ta' Marzu 1998

    ĠU L 222, 10.8.1998, p. 1–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/491/oj

    Related international agreement

    31998D0491



    Official Journal L 222 , 10/08/1998 P. 0001 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-20 ta' Lulju 1998

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili inizjalat fit-28 ta' Marzu 1998

    (98/491/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artiklu 228 (2), l-ewwel sentenza, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim bilaterali mal-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili koperti minn Kapitoli 50 sa' 63 tan-Nomenklatura Maqgħuda firmata fi Brussel fit-28 ta' Marzu 1998;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/379/KE [1], tipprovdi għal applikazzjoni proviżorji tal-Ftehim iffirmat soġġett għall-applikazzjoni reċiproka proviżorja mill-Federazzjoni Russa;

    Billi l-Federazzjoni Russa ma kienetx f'pożizzjoni li tapplika l-Ftehim iffirmat fuq bażi proviżorja;

    Billi kien miftieħem mal-Federazzjoni Russa li l-Ftehim kellu jkun applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tiegħu;

    Billi dan il-Ftehim bilaterali għandu jkun approvat u ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili għandu jkun approvat f'isem il-Komunità.

    Bi qbil ma' l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tiegħu miż-żewġ Partijiet.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li jiffirma l-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 sabiex jorbot lill-Komunità.

    Il-Kummissjoni għandha, fl-isem il-Komunità, jagħti notifika li hemm provdut fl-Artikolu 6(1) tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Molterer

    [1] ĠU L 169, tal-15.6.1998, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top