Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0481

    Id-Deċizjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1998 li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU L 216, 4.8.1998, p. 7–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/08/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/481/oj

    31998D0481



    Official Journal L 216 , 04/08/1998 P. 0007 - 0007


    Id-Deċizjoni tal-Kunsill

    ta' l-20 ta' Lulju 1998

    li tapprova l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

    (98/481/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u partikolarment l-Artkolu 27.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed ’il quddiem msejħa l-"BĊE") tad- 19 ta' Ġunju 1998,

    Billi l-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiġu vverifikati minn awdituri indipendenti esterni rrakomandati mill-Kunsill Governattiv u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea;

    Billi il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakommanda lil Coopers and Lybrand bħala l-awdituri esterni tal-BĊE,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Coopers and Lybrand huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-BĊE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi innotifikata lill- BĊE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Molterer

    --------------------------------------------------

    Top