This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0461
98/461/EC: Council Decision of 13 July 1998 on financing the fixed costs of the system of managing technical assistance for the African, Caribbean and Pacific (ACP) States and the overseas countries and territories (OCT)
Id-Deċizjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-finanzjament ta' spejjeż fissi fis-sistema ta' ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP) u l-pajjiżi u territorji barranin (OCT)
Id-Deċizjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-finanzjament ta' spejjeż fissi fis-sistema ta' ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP) u l-pajjiżi u territorji barranin (OCT)
ĠU L 202, 18.7.1998, p. 64–64
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 202 , 18/07/1998 P. 0064 - 0064
Id-Deċizjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-finanzjament ta' spejjeż fissi fis-sistema ta' ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP) u l-pajjiżi u territorji barranin (OCT) (98/461/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkonsidra ir-raba' Konvenzjoni ACP-EC, li ġiet iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 u li ġiet emendat permezz tal-ftehim iffirmat il-Mawrizju, fl-4 ta' Novembru 1995, Wara li kkonsidra id-Deċizjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju tal-25 ta' Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ekonomika Ewropea [1] Wara li kkonsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u amministrazzjoni ta'għajnuna Komunitarija taħt it-tieni protokoll finanzjarju tar-raba' Konvenzjoni ACP-KE, hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ il-"Ftehim Intern" u b'mod partikolari l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim, Wara li kkonsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Billi huwa neċessarju li jiġu koperti, għall-perjodi ta' erba' snin, l-ispejjeż fissi relatati mal-bidla ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koperazzjoni għall-amministrazzjoni ta' Assistenza Teknika għall-Istati ta' l-ACP u l-OCT; Billi l-introjtu li inġabar minn imgħax fuq il-fondi depożitati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim Intern ikopri l-ispejjeż fissi, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Is-somma ta' ECU 5.5 miljuni għandha tigi maqtugħa mill-introjtu li inġabar minn imgħax fuq il-fondi depożitati ma' l-aġenti li qed iħallsu li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 319(4) tar-raba' Konvenzjoni ACP-KE, sabiex jiġu finanzjati l-ispejjeż fissi relatati mal-bidla ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koperazzjoni għall-amministrazzjoni ta' Assistenza Teknika għall-Istati ta' l-ACP u l-OCT. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, 13 Lulju 1998. Għall-Kunsill Il-President W. Schüssel [1] ĠU L 263, tad-19.9.1991, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz ta' Deċiżjoni Nru 97/803/KE (ĠU L 329, tad-29.11.1997, p. 50). --------------------------------------------------