This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0018
98/18/EC: Council Decision of 27 November 1997 concerning the conclusion of the Agreement between the European Community and Canada on customs cooperation and mutual assistance in customs matters
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar koperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar koperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali
ĠU L 7, 13.1.1998, p. 37–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/18(1)/oj
Official Journal L 007 , 13/01/1998 P. 0037 - 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1997 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar koperazzjoni u assistenza doganali reċiproka fuq affarijiet doganali (98/18/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228 [1] tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi fil-5 ta' April 1993 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem il-Komunità, ftehim fuq koperazzjoni doganali ma' wħud mis-soċji ewlenin tal-kummerċ tal-Komunità; Billi l-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada fuq il-koperazzjoni doganali u għajnuna amministrattiva reċiproka fuq affarijiet doganali għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada fuq il-koperazzjoni doganali u għajnuna reċiproka fuq affarijiet doganali huwa minn issa approvat f'isem il-Komunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, tirrappreżenta l-Komunità fuq il-Kumitat Konġunt tal-Koperazzjoni Doganali mwaqqaf skond l-Artikolu 20 tal-Ftehim. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa minn issa awtorizzat li jaħtar il-persuni li jkollhom s-setgħa li jiffirmaw l-Ftehim f'isem il-Komunità. Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill jagħmel l-avviż li hemm provdut fl-Artikolu 24 tal-Ftehim f'isem il-Komunità (1). Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussell, fis-27 ta' Novembru 1997. F'isem il-Kunsill Il-President M. Patijn [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------