Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2205

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2205/97 tat-30 ta' Ottubru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni

ĠU L 304, 7.11.1997, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2205/oj

31997R2205



Official Journal L 304 , 07/11/1997 P. 0001 - 0002


Ir-regolament tal-kunsill (KE) Nru 2205/97

tat-30 ta' Ottubru 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, skond l-Artikolu 19d tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 [4], il-Kunsill għandu jiddeċiedi, inter alia, dwar id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-rapport tal-qabda;

Billi l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 dwar l-amministrazzjoni tal-kapaċità tas-sajd fir-rigward ta' ċerti żoni tas-sajd u riżorsi tal-Komunità [5] jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmluha obbligatorja għal bastimenti li jtajjru l-bnadar rispettivi tagħhom li jiddikjaraw malli jidħlu, u joħorġu minn żona, il-qbid abbord sa mid-data ta' l-implimentazzjoni - mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1998 - ta' l-infrastruttura Komunitarja għall-amminsitrazzjoni ta' informazjzoni dwar qbid ta' ħut fl-ibħra tal-Komunità;

Billi huwa meħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet implimentattivi għall-komunikazzjoni tar-rapport magħruf bħala "ir-rapport tal-kapaċità";

Billi, minħabba li s-sistema tal-Komunità ta' sorveljanza ta' bastimenti bis-satellita tiżgura li komunikazzjonijiet minn bastimenti tas-sajd jaslu għand l-Istati Membri tal-bandiera u, fejn hu approrpjat, l-Istati Membri kostali, dik is-sistema għandha tintuża sabiex jiġi komunikata l-qbid;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandu jiġi emendat b'dan il-mod,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 qiegħed jiġi emendat skond kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma l-Artikolu 19b(1):

"— il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi f'kilogrammi piż ħaj.";

2. Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma l-Artikolu 19b:

"4. Regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36.";

3. Fl-Artikolu 19ċ(1) għandu jiżdied dan li ġej wara l-kliem

"permezz ta' telex,"

:

"permezz ta' VMS,";

4. L-Artikolu 19d għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 19d

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li r-rapporti tal-kapaċità li jirċievu skond l-Artikoli 19b u 19ċ jiġu rrekordjati f'forma li tista' tinqara minn kompjuter.";

5. L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"L-Artikolu 19j

Sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijet stabbiliti fl-Artikoli 19b, 19ċ u 19e jiġu rrispettati, kull Stat Membru għandu jagħmel kontro-kontroll u għandu jivverifika l-informazzjoni li tirriżulta minn dawn l-obbligi."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1998.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ottubru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Boden

[1] ĠU C 188, tat-22.7.1995, p. 8.

[2] ĠU C 269, tas-16.10.1995, p. 221.

[3] ĠU C 18, tat-22.1.1996, p. 102.

[4] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 686/97 (ĠU L 102, tad-19.4.1997, p. 1).

[5] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5.

--------------------------------------------------

Top