EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1780

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1780/97 tal-15 ta’ Settembru 1997 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri rigward il-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji ta’ l-FAEGG

ĠU L 252, 16.9.1997, p. 20–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/11/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1780/oj

31997R1780



Official Journal L 252 , 16/09/1997 P. 0020 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1780/97

tal-15 ta’ Settembru 1997

li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri rigward il-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji ta’ l-FAEGG

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 tat-22 ta’April 1997 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri rigward il-kontroll ta’ nefqa tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi r-Regolament (KE) Nru 723/97 jipprovdi speċifikament illi l-Komunità tista’ tikkontribwixxi sabiex tiffinanzja ċerta nefqa miġrura mill-Istati Membri rigward l-ispejjeż inizjali għall-ħolqien jew ir-rijorganizzazzjoni tas-servizzi ta’ l-ispezzjon u l-ispiża fuq it-taħrig, l-istruzzjonijiet u t-tagħmir tal-personal tad-dipartimenti involuti fil-miżuri tar-rinforz; billi r-regoli ddettaljati li jridu jiġu applikati għandhom jispeċifikaw liema nefqa hija eligibbli għall-assistenza Komunitarja sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ l-iskema;

Billi l-Kummissjoni talloka l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja ta’ kull sena fost l-Istati Membri li jitolbu dan; billi għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għalbiex issir u tintbagħat din it-talba;

Billi d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 723/97 kienet tard wisq fis-sena sabiex l-Istati Membri jissottomettu sa l-1 ta’ Ġunju 1997 il-programmi ta’azzjoni tagħhom għas-sena 1998, kif mitlub fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

Billi l-mizuri pprovvduti f’dan ir-Regolamemt huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-FAEGG,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-programmi l-ġodda ta’ azzjoni riferiti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 723/97 għandhom ikunu limitati għall-miżuri tal-kontroll meħtiega mil-leġislazzjoni Komunitarja li tidħol fis-seħħ wara l-15 ta’ Ottubru 1996.

2. L-ispejjeż inizjali riferiti fl-Artikolu 1(2) ta’ l-istess Regolament għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tal-programmi l-ġodda ta’ azzjoni li huma b’żieda ma’ l-ispejjeż li kienu ġew miġrura mingħajr l-implimentazzjoni tal-programm il-ġdid ta’ azzjoni, ma għandhomx jinkludu s-salarji ta’ l-ispetturi,u għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż miġrura fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ l-obbligi l-ġodda tal-Komunità.

3. It-‘tagħmir u l-faċilitajiet’, kif riferiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/97, għandhom ifissru t-tagħmir kollu tal-proċessar ta’ l-informazzjoni, li jinkludi s-software, it-tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet bħat-telefon, il-magni tat-telex u tal-fax u l-ispejjeż ta’ l-istallazzjoni ta’ dan it-tagħmir, li ma jinkludux it-tagħmir u l-għamara tas-soltu ta’ l-uffiċċju.

4. L-ispejjeż tat-taħrig u l-istruzzjonijiet riferiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/97 għandhom jikkonsistu fin-nefqa attwali li tinħoloq mill-organizazzjoni tal-korsijiet tat-taħrig u s-seminars li t-tul tagħhom ikun mill-anqas ta’ ġurnata, u tinkludi l-piżijiet tal-persuni li jħarrgu, l-ispejjeż tal-vjaggar ta’ l-agenti li jattendu u tad-dokumentazjoni pprovvduti, kif ukoll l-ispiża ta’ l-iżvelar ta’ tagħrif specjalizzat.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-programmi tagħhom ta’ azzjoni għall-ewwel u t-tieni sena ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/97 qabel l-aħħar tat-tieni xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Nefqa kommessa wara l-1 ta’ Jannar 1997 biss hija eligibbli għall-ko-finanzjament Komunitarju.

L-estimi għandhom jigu mfassla skond it-tabella fl-Anness.

2. Fi zmien tliet xhur minn meta tirċievi l-programmi ta’ azzjoni l-Kummissjoni għandha, fuq il-bazi tat-tagħrif mogħti, tiffissa, fil-munita korrenti tal-pajjiż ta’ kull Stat Membru, l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri fil-kwistjoni b’kull nefqa li ma tigix aċċettata għall-finanzjament Komunitarju, u r-ragunijiet għaliha.

3. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jippreżenta lill-Kummissjoni prospett dwar in-nefqa miġrura matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Ir-rata tal-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja ffissata kif ipprovvdut fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament riferit hawn fuq għandha tapplika għal din in-nefqa, limitata għall-ammonti ppreżentati fil-programm ta’ azzjoni u li ma kienux ġew ikkunsidrati ineligibbli mill-Kummissjoni.

Dan il-prospett għandu jiġi mfassal skond it-tabella fl-Anness.

Artikolu 3

L-ammont massimu ffissat kif ipprovvdut fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/97, kif imnaqqas b’kull ammont mhux użat iffissat għas-sena ta’ qabel, għandu jigi inkluż fin-nefqa riferita fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 [2], fix-xahar li jigi ffissat mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjonu tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttamment fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Settembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 6.

[2] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top