Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1572

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1572/97 ta’ l-4 ta’ Awissu 1997 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella

    ĠU L 211, 5.8.1997, p. 39–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/05/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1572/oj

    31997R1572



    Official Journal L 211 , 05/08/1997 P. 0039 - 0039


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1572/97

    ta’ l-4 ta’ Awissu 1997

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2222/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 u 13 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 10(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas- 26 ta’ Ġunju 1995 fuq ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1496/97 [4], jipprovdi li fil-kaz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu, applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ l-esportazzjoni għal kwantità mhux akbar minn 22 tunnellata metrika ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0201 u 0202 m’humiex, fuq it-talba ta’ l-applikant, suġġeti għal intervall ta’ żmien ta’ ħamest ijiem;

    Billi, meta l-applikazzjonijiet għal liċenzi jkunu ġew rifjutati, l-applikazzjonijiet għal liċenzi għal laħam tal-friża li jkopru kwantitajiet tant zgħar ikunu jikkostitwixxu proporzjon għoli aktar minn normal; billi, minħabba f’hekk, bl-iskop ta’ titjib fl-amministrazzjoni tal-kwantitajiet, l-applikazzjonijiet għal dawk il-liċenzi għandhom ikunu ristretti biss għal laħam frisk jew mkessaħ li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0201;

    Billi il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1445/95 qiegħda hawnhekk tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    "5. Bħala deroga mill-paragrafu 1, applikazzjonijiet għal liċenzi għal kwantità li ma taqbiżx it-22 tunnellata metrika ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0201 m’għandhomx, fuq talba ta’ l-applikant, ikunu soġġetti għal intervall ta’ żmien ta’ ħamest ijiem."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu jgħodd għal-liċenzi ta’ l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni li tkun saret applikazzjoni għaliha mill-jum li jiġi wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, fl-4 ta’ Awissu 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Monika Wulf-Mathies

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 50.

    [3] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

    [4] ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 36.

    --------------------------------------------------

    Top