This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R1467
Council Regulation (EC) No 1467/97 of 7 July 1997 on speeding up and clarifying the implementation of the excessive deficit procedure
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv
ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6–11
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/04/2024
Official Journal L 209 , 02/08/1997 P. 0006 - 0011
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 104ċ(14) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Istitut Monetarju Ewropew, (1) Billi huwa meħtieġ li titħaffef u li tiġi ċċarata l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv imniżżla fl-Artikolu 104ċ tat-Trattat sabiex ma jħallux li jkun hemm żbilanċi eċċessivi ġenerali tal-gvern u, jekk dawn jiġru, sabiex tissokta l-korrezzjoni fil-pront tagħhom; billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li huma għall-effett imsemmi hawn fuq u adottati taħt l-Artikolu 104ċ(14) it-tieni subparagrafu, jikkostitwixxu, flimkien ma' dawk ta' Protokoll (Nru 5) li jinsab mat-Trattat, sett integrat ġdid ta' regoli għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 104(ċ); (2) Billi l-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir huwa msejjes fuq il-għan ta' finanzi governattivi sodi bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għal prezzjiet stabbli u għal tkabbir sostenibbli b'saħħtu sabiex iwassal għall-ħolqien ta' l-impjiegi; (3) Billi l-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir jikkonsisti f'dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 [3] li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sorveljanza tal-posizzjonijiet ta' l-estimi u s-sorveljanza u koordinazzjoni ta' politika ekonomika u tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar il-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir [4], li fih, skond l-Artikolu D tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, linji gwida sodi politiċi huma maħruġa sabiex jimplimentaw il-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir b'mod strett u f'waqtu u b'mod partikolari sabiex iżommu ma' l-għan f'terminu ta' żmien medju għall-posizzjonijiet ta' l-estimi ta' qrib bilanċ jew bilanċ favorevoli, li għalihom l-Istat Membri kollha għandhom impenn, u li jieħdu l-azzjoni korrettiva ta' l-estimi li huma jqisu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programmi ta' stabbilità u ta' konverġenza tagħhom, kull meta jkollhom informazzjoni li tindika diverġenza attwali jew mistennija sinifikanti mill-għan ta' l-estimi fuq terminu medju ta' żmien; (4) Billi fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) l-Istati Membri huma, skond l-Artikolu 104ċ tat-Trattat, taħt obbligazzjoni tat-Trattat ċara sabiex ikunu evitati żbilanċi eċċessivi tal-gvern; Billi taħt l-Artikolu 5 ta' Protokol (Nru 11) li jinsab mat-Trattat, il-paragrafi 1, 9 u 11 ta' l-Artikolu 104ċ ma japplikawx għar-Renju Unit sakemm ma jimxix għat-tielet stadju; billi l-obbligazzjoni taħt l-Artikolu 109e(4) li jsiru sforzi sabiex jiġu evitati żbilanċi eċċessivi tibqa' tkompli tapplika għar-Renju Unit; (5) Filwaqt li d-Danimarka, waqt li rreferit għall-paragrafu 1 ta' Protokoll (Nru 12) li jinsab mat-Trattat innotifikat, fil-kuntest tad-deċiżjoni ta' Edinburgh, li hi mhix sejra tipparteċipa fit-tielet stadju; billi, għalhekk, skond il-paragrafu 2 ta' l-imsemmi Protokoll, il-paragrafi 9 u 11 ta' l-artikolu 104ċ m'għandhomx japplikaw għad-Danimarka; (6) Whereas in stage three of EMU Member States remain responsible for their national budgetary policies, subject to the provisions of the Treaty; whereas the Member States will take the necessary measures in order to meet their resonsibilities in accordance with the provisions of the Treaty; (7) Whereas adherence to the medium-term objective of budgetary positions close to balance or in surplus to which all Member States are committed, contributes to the creation of the appropriate conditions for price stabilitity and for sustained growth conducive to employment creation in all Member States and will allow them to deal with normal cyclical fluctuations while keeping the government deficit within the 3 % of GDP reference value; (8) Whereas for EMU to funktion properly, it is necessary that convergence of econimic and budgetary performances of Member States which have adopted the single currency, hereafter referred to as "participating Member States", proves stable and durable; whereas budgetary discipline is necessary in stage three of EMU to safeguard price stability; (9) Billi skond l-Artikolu 109k(3) l-Artikoli 104ċ 9 u 11 japplikaw biss għal Stati Membri li jipparteċipaw; (10) Billi huwa meħtieġ li jiġi definit il-kunċett ta' eċċess eċċezzjonali u temporanju fuq il-valur ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 104ċ(2)(a); billi l-Kunsill għandu f'dan il-kuntest, inter alia, jagħti kont tat-tbassir ta' l-estimi pluriannwali ipprovdut mill-Kummissjoni; (11) Billi rapport tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 104ċ(3) għandu jagħti kont ukoll dwar jekk l-iżbilanċ tal-gvern jeċċedix l-ispiża ta' l-investiment tal-gvern u jagħti kont tal-fatturi l-oħra kollha relevanti, inkluża l-pożizzjoni ekonomika u ta' l-estimi f'terminu ta' żmien medju ta' l-Istat Membru; (12) Filwaqt li hemm il-ħtieġa li jkunu stabbiliti limiti ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni vantaġġjuża u effettiva tagħha; billi huwa meħtieġ f'dan il-kuntest li jingħata kont tal-fatt li s-sena ta' l-estimi tar-Renju Unit ma tikkoinċidix mas-sena kalendarja; (13) Billi hemm il-ħtieġa li jkun speċifikat kif is-sanzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 104ċ jistgħu ikunu mposti sabiex tkun assigurata implimentazzjoni effettiva tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv; (14) Billi sorveljanza rinforzata taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 flimkien mal- kontrolli tal-Kummissjoni ta' pożizzjonijiet ta' l-estimi skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 104ċ għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva u rapida tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv; (15) Billi fid-dawl ta' dak li ntqal fuq, fil-każ li Stat Membru li jipparteċipa jonqos milli jieħu azzjoni effettiva biex jikkoreġi żbilanċ eċċessiv, perjodu massimu ta' għaxar xhur mid-data ta' meta jiġu rrapportati il-figuri li jindikaw l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv sad-deċiżjoni li jiġu mposti s-sanzjonijiet, fejn meħtieġ, tidher kemm possibbli kif ukoll xieraq sabiex issir pressjoni fuq l-Istat Membru li jipparteċipa konċernat sabiex jieħu dik l-azzjoni; f'dan il-każ, u jekk il-proċedura tibda f'Marzu, din għandha tirriżulta f'li jkunu mposti sanzjonijiet matul is-sena kalendarja li fiha tkun inbdiet il-proċedura; (16) Billi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-korrezzjoni ta' żbilanċ eċċessiv jew il-passi li jiġu aktar tard tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, kellhom jiġu antiċipati mill-Istat Membru kkonċernat, li kien ġà kellu twiddiba kmieni; billi s-serjetà ta' żbilanċ eċċessiv fit-tielet stadju għandha titlob azzjoni urġenti minn dawk kollha involuti; (17) Billi jkun xieraq li tinżamm il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv jekk l-Istat Membru konċernat jieħu azzjoni xierqa b'risposta għar-rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 104ċ(7) jew avviż maħruġ taħt l-Artikolu 104ċ(9) sabiex tipprovdi inċentiv lill-Istati Membri biex hekk jaġixxu; billi l-perjodu ta' żmien li matulu l-proċedura tinżamm wieqfa m'għandux ikun inkluż fil-perjodu massimu ta' għaxar xhur bejn id-data tar-rapport li jindika l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv u l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet; billi jkun xieraq li l-proċedura titkompla immedjatament jekk l-azzjoni maħsuba ma tkunx implimentata jew jekk l-azzjoni implimentata tkun qed tidher li hija inadegwata; (18) Billi, sabiex ikun assigurat li l-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha effett deterrent suffiċjenti, jkun hemm il-ħtieġa ta' depożitu mingħajr imgħax ta' daqs xieraq mill-Istat Membru li jipparteċipa, kull meta l-Kunsill jiddeċiedi li jimponi sanzjoni; (19) Billi d-definizzjoni ta' sanżjonijiet fuq skala preskritta tirriżulta f'ċertezza legali; billi huwa xieraq li l-ammont tad-depożitu jkun irrelatat mal-GDP ta' l-Istat Membru li jipparteċipa ikkonċernat; (20) Billi, kull meta l-impożizzjoni ta' depositu mingħajr imgħax ma tħajjarx lill-Istat Membru li jipparteċipa kkonċernat sabiex jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv tiegħu fi żmien debitu, huwa xieraq li jiġu ntensifikati s-sanzjonijiet; billi jkun imbagħad xieraq li d-depożitu jiġi mibdul f'multa; (21) Billi azzjoni adattata mill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat sabiex jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv tiegħu hija l-ewwel pass lejn it-tneħħija tas-sanzjonijiet; billi progress sinifikanti fil-korrezzjoni ta' l-iżbilanċ eċċessiv għandu jippermetti l-waqfien tas-sanzjonijiet skond il-paragrafu 12 ta' l-Artikolu 104ċ; billi t-tneħħija tas-sanzjonijiet kollha li jkunu għadhom fis-seħħ għandha tiġri biss malli l-iżbilanċ eċċessiv jiġi kkoreġut kollu kemm hu; (22) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta' l-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea [5] fih regoli dettaljati għar-rappurtaġġ tat-tagħrif dwar l-estimi mill-Istati Membri; (23) Billi, skond l-Artikolu 109f(8), fejn it-Trattat jipprovdi għal rwol konsultattiv għall-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), referenzi għall-BĊE għandhom jinqraw bħallikieku jirreferu għall-Istitut Monetarju Ewropew qabel l-istabbiliment ta' l-BĊE, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: TAQSIMA 1 DEFINIZZJONIJIET U STIMI Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament jippreskrivi d-dispożizzjonijiet biex jitħaffu u jiġu ċċarati l-proċeduri ta' l-iżbilanċ eċċessiv, li għandu bħala l-għan tiegħu li ma jħallix żbilanċi eċċessivi ġenerali tal-gvern u, jekk dawn jiġru, sabiex tissokta l-korrezzjoni fil-pront tagħhom. 2. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, "Stati Membri parteċipanti" għandha tfisser dawk l-Istati Membri li jadottaw il-munita unika skond it-Trattat u "Stati Membri mhux parteċipanti" għandha tfisser dawk li ma jadottawx il-munita unika. Artikolu 2 1. L-eċċess ta' l-iżbilanċ tal-gvern fuq il-valur ta' referenza għandu jkun ikkunsidrat eċċezzjonali u temporanju, skond l-Artikolu 104s(2)(a), it-tieni inċiż, meta jirriżulta minn avveniment mhux normali barra l-kontroll ta' l-Istat Membru konċernat u li għandu mpatt maġġuri fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali, jew meta jirriżulta minn riċessjoni ekonomika severa. Minbarra dan, l-eċċess fuq il-valur ta' referenza għandu jiġi kkunsidrat temporanju jekk it-tbassir ta' l-iżbilanċ kif hemm provdut għalih mill-Kummissjoni jindika li l-iżbilanċ għandu jaqa' taħt il-valur ta' referenza wara li jintemm l-avveniment mhux normali jew ir-riċessjoni ekonomika severa. 2. Il-Kummissjoni waqt li tipprepara r-rapport taħt l-Artikolu 104ċ(3) għandha, bħala regola, tikkonsidra eċċess ta' aktar mill-valur ta' referenza li jirriżulta minn riċessjoni ekonomika severa bħala eċċezzjonali jekk ikun hemm waqgħa annwali ta' GDP reali ta' mill-inqas 2 %. 3. Il-Kunsill waqt li jiddeċiedi, skond l-Artikolu 104ċ(6), jekk jeżistix żbilanċ eċċessiv, għandu fl-istima kollox ma' kollox tiegħu jagħti kont ta' kull osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru li juri li waqgħa annwali ta' GDP reali ta' inqas minn 2 % hi xorta waħda eċċezzjonali fid-dawl ta' aktar evidenza ta' sostenn, b'mod partikolari dwar ir-riċessjoni għall-għarrieda jew dwar it-telf akkummulat ta' output li għandu x'jaqsam max-xejriet tal-passat. TAQSIMA 2 TĦAFFIF TAL-PROĊEDURA TA' L-IŻBILANĊ EĊĊESSIV Artikolu 3 1. Fi żmien ġimgħatejn mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport maħruġ skond l-Artikolu 104ċ(3), il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jifformola opinjoni skond l-Artikolu 104ċ(4). 2. Waqt li jingħata kont ta' l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, jekk tikkunsidra li jeżisti żbilanċ eċċessiv, għandha tindirizza opinjoni u rakkomandazzjoni lill-Kunsill skond l-Artikolu 104ċ(5) u (6). 3. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv skond l-Artikolu 104ċ(6), fi żmien tlett xhur mid-data tar-rapporti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93. Meta jiddeċiedi, skond l-Artikolu 104ċ(6), li jeżisti żbilanċ eċċessiv, il-Kunsill għandu fl-istess waqt jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru konċernat skond l-Artikolu 104ċ(7). 4. Ir-rakkomandazzjoni magħmula skond l-Artikolu 104ċ(7) għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien ta' erba' xhur l-aktar għal azzjoni effettiva li għandha tittieħed mill-Istat Membru konċernat. Ir-rakkommandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi wkoll limitu ta' żmien għall-korrezzjoni ta' l-iżbilanċ eċċessiv, li għandu jkun ikkompletat fis-sena ta' wara l-identifikazzjoni tiegħu sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali. Artikolu 4 1. Kull deċiżjoni tal-Kunsill li jagħmel pubbliku r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fejn ikun stabbilit li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva skond l-Artikolu 104ċ(8), għandha tittieħed fil-pront wara li jiskadi l-limitu ta' żmien iffissat skond l-Artikolu 3(4) ta' dan ir-Regolament. 2. Il-Kunsill, meta jikkunsidra jekk itteħditx azzjoni effettiva b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula skond l-Artikolu 104ċ(7), għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq deċiżjonijiet mħabbra pubblikament mill-Gvern ta' l-Istat Membru konċernat. Artikolu 5 Kull deċiżjoni tal-Kunsill sabiex jagħti avviż lill-Istat Membru li jipparteċipa ikkonċernat biex jieħu miżuri li jnaqqas l-iżbilanċ skond l-Artikolu 104ċ(9) għandha tittieħed fi żmien xahar mid-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li l-ebda azzjoni effettiva ma tkun ittieħdet skond l-Artikolu 104ċ(8). Artikolu 6 Fejn il-kondizzjonijiet li jiġi applikat l-Artikolu 104ċ(11) huma mħarsa, il-Kunsill għandu jimponi sanzjonijiet skond l-Artikolu 104ċ(11). Kull deċiżjoni bħal dik għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti avviż lill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat sabiex jieħu miżuri skond l-Artikolu 104ċ(9). Artikolu 7 Jekk l-Istat Membru li jipparteċipa ma jieħux azzjoni f'konformità mad-deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill skond l-Artikolu 104ċ(7) u (9), id-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi sanzjonijiet skond il-paragrafu 11 ta' l-Artikolu 104ċ, għandha tittieħed fi żmien għaxar xhur mid-dati tar-rapporti skond ir-Regolament (KE) Nru 3605/93 kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament. Għandha tiġi wżata proċedura xierqa fil-każ ta' żbilanċ ippjanat deliberatament li l-Kunsill jiddeċiedi li hu eċċessiv. Artikolu 8 Kull deċiżjoni tal-Kunsill sabiex jiġu intensifikati s-sanzjonijiet, skond l-Artikolu 104ċ(11), minbarra l-bdil tad-depożiti f'multi taħt l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament, għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn mid-dati tar-rapporti skond ir-Regolament (KE) Nru 3605/93. Kull deċiżjoni tal-Kunsill li jitneħħew uħud jew id-deċizjonijiet tiegħu kollha skond l-Artikolu 104ċ(12) għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr u fl-ebda każ aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rapporti skond ir-Regolament (KE) Nru 3605/93. TAQSIMA 3 SOSPENSJONI U KONTROLLI Artikolu 9 1. Il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandha tinżamm sospiża: - jekk l-Istat Membru konċernat jaġixxi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 104ċ(7), - jekk l-Istat Membru li jipparteċipa konċernat jaġixxi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 104ċ(7), 2. Il-perjodu li matulu l-proċedura tinżamm sospiża m'għandux jkun inkluż la fil-perjodu ta' għaxar xhur li għalih hemm referenza fl-Artikolu 7 u lanqas fil-perjodu ta' xahrejn li għalih hemm referenza fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament. Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkontrollaw l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni meħuda: - mill-Istat Membru konċernat b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 104ċ(7), - mill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat b'rispons għall-avviżi mogħtija taħt l-Artikolu 104ċ(9), 2. Jekk azzjoni minn Stat Membru li jipparteċipa konċernat ma tkunx qed tiġi implimentata jew, fl-opinjoni tal-Kunsill tkun inadegwata, il-Kunsill għandu immedjatament jieħu deċiżjoni taħt l-Artikolu 104ċ(9) u l-Artikolu 104ċ(11) rispettivament. 3. Jekk tagħrif attwali skond ir-Regolament (KE) Nru 3605/93 jindika li l-iżbilanċ eċċessiv ma ġiex ikkorreġut minn Stat Membru li jipparteċipa fil-limiti taż-żmien speċifikati jew f'rakkomandazzjonijiet maħruġa taħt l-Artikolu 104ċ(7) jew avviżi maħruġa taħt l-Artikolu 104ċ(9), il-Kunsill għandu immedjatament jieħu azzjoni taħt l-Artikolu 104ċ(9) jew l-Artikolu 104ċ(11) rispettivament. TAQSIMA 4 SANZJONIJIET Artikolu 11 Kull meta l-Kunsill jiddeċiedi li japplika sanzjonijiet għal Stat Membru li jipparteċipa skond l-Artikolu 104ċ(11), depożitu li m'hemmx imgħax fuqu għandu, bħala regola, jkun meħtieġ. Il- Kunsill jista jiddeċiedi li jżid dan id-depożitu permezz ta' miżuri li għalihom hemm provdut fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 104ċ(11). Artikolu 12 1. Meta l-iżbilanċ eċċessiv jirriżulta minħabba nuqqas ta' konformità mal-kriterju li jirrelata mar-razzjon ta' l-iżbilanċ tal-gvern fl-Artikolu 104ċ(2)(a), l-ammont ta' l-ewwel depożitu għandu jinkludi komponent fiss ugwali għal 0,2 % tal-GDP, u komponent varjabbli ugwali għal wieħed minn għaxra tad-differenza bejn id-defiċit bħala perċentwal tal-GDP fis-sena ta' qabel u l-valur ta' referenza ta' 3 % tal-GDP. 2. Kull sena segwenti, sakemm titneħħa d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv, il-Kunsill għandu jistma jekk l-Istat Membru li jipparteċipa konċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b'risposta għall-avviż tal-Kunsill skond l-Artikolu 104ċ(9). F'din l-istima annwali l-Kunsill għandu jiddeċiedi, skond l-Artikolu 104ċ(11), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, li jintensifika s-sanzjonijiet, sakemm l-Istat Membru li jipparteċipa konċernat ikun ikkonforma ma' l-avviż tal-Kunsill. Jekk ikun deċiż depożitu addizzjonali, għandu jkun ugwali għal wieħed minn għaxra tad-differenza bejn l-iżbilanċ bħala perċentwal tal-GDP fis-sena preċedenti u l-valur ta' referenza ta' 3 % tal-GDP. 3. Kull depożitu waħdieni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 m'għandux jeċċedi l-limitu ta' fuq ta' 0,5 % ta' GDP. Artikolu 13 Depożitu għandu, bħala regola, ikun mibdul mill-Kunsill, skond l-Artikolu 104ċ(11), f'multa jekk sentejn wara d-deċiżjoni li titlob lill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat li jagħmel depożitu, l-iżbilanċ eċċessiv fl-opinjoni tal-Kunsill ma jkunx ġie kkorreġut. Artikolu 14 1. Skond l-Artikolu 104ċ(12), il-Kunsill għandu jneħħi s-sanzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni inċiżi ta' l-Artikoli 104ċ(11) skond kemm ikun sinifikanti l-progress magħmul mill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat f'li jikkoreġi l-iżbilanċ eċċessiv. Artikolu 15 Skond l-Artikolu 104ċ(12), il-Kunsill għandu jneħħi kull sanzjoni fis-seħħ jekk id-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv titneħħa. Multi imposti skond l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament ma jingħatawx lura lill-Istat Membru li jipparteċipa konċernat. Artikolu 16 Depożiti msemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta' dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. Mgħax fuq id-depożiti, u l-multi msemmija fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament jikkostitwixxu dħul ieħor kif imsemmi fl-Artiklu 201 tat-Trattat u għandu jitqassam bejn Stati Membri li jipparteċipaw mingħajr żbilanċ li hu eċċessiv kif stabbilit skond l-Artikolu 104ċ(6) bi proporzjon skond l-ishma tagħhom fil-GNP totali ta' l-Istati Membri eliġibbli. TAQSIMA 5 DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI Artikolu 17 Għall-għan ta' dan ir-Regolament u sakemm ir-Renju Unit ikollu sena ta' budget li mhix sena kalendarja, id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għar-Renju Unit skond l-Anness. Artikolu 18 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Ez a rendelet teljes egészében kötelező és közvetlenül alkalmazandó valamennyi tagállamban. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 1997. Għall-Kunsill Il-President J.-C. Juncker [1] ĠU C 368, tas-6.12.1996, p. 12. [2] ĠU C 380, tas-16.12.1996, p. 29. [3] Ara p. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [4] ĠU C 236, tat-2 8.1997, p. 1. [5] ĠU L 332, tal-31.12.1993, p. 7. -------------------------------------------------- L-ANNESS LIMITI TA' ŻMIEN APPLIKABBLI GĦAR-RENJU UNIT 1. Sabiex ikun assigurat trattament ugwali għall-Istati Membri kollha, il-Kunsill, meta jieħu deċizjonijiet fit-Taqsimiet 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament, għandu jagħti każ tas-sena ta' l-estimi differenti mis-sena ta' l-estimi tar-Renju Unit, bil-ħsieb li jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tar-Renju Unit f'punt fis-sena ta' l-estimi tiegħu simili għall-mod kif jittieħdu jew ikunu sejrin jittieħdu deċiżjonijiet fil-każ ta' Stati Membri oħra. 2. Għad-dispożizzjonijiet speċifikati fil-Kolonna 1 hawn taħt għandhom ikunu sostitwiti d-dispożizzjonijiet speċifikati fil-Kolonna II L-Ewwel Kolonna | It-Tieni Kolonna | "tlett xhur mid-dati tar-rapportaġġ stabbilit fl-Artikolu 4(2) u(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93" (L-Artikolu 3(3) | "ħames xhur mill-aħħar tas-sena ta' l-estimi li fiha jkun seħħ l-iżbilanċ" | "is-sena ta' wara l-identifikazzjoni tiegħu" L-Artikolu 3(4) | "is-sena ta' l-estimi li tiġi wara l-identifikazzjoni tiegħu" | "għaxar xhur mid-dati tar-rapportaġġ skond ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-regolament" (L-Artikolu 7) | "tnax-il xahar mill-aħħar tas-sena ta' l-estimi li fiha jkun seħħ l-iżbilanċ" | "is-sena li tiġi qabel" (L-Artikolu 12(1) | "is-sena ta'l-estimi li tiġi qabel" | --------------------------------------------------