Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1429

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1429/97 tat-23 ta’ Lulju 1997 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 832/97 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-pjanti ħajjin u għall-prodotti mill-florikultura

    ĠU L 196, 24.7.1997, p. 41–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1429/oj

    31997R1429



    Official Journal L 196 , 24/07/1997 P. 0041 - 0041


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1429/97

    tat-23 ta’ Lulju 1997

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 832/97 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-pjanti ħajjin u għall-prodotti mill-florikultura

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-pjanti ħajjin u għall-prodotti mill-florikultura [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/97 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 931/97 [3], jipprovdi illi miżuri li jirċievu għajnuna oħra nazzjonali jew reġjonali m’għandhomx ikunu eleġibbli; billi ma kienx maħsub illi din id-dispożizzjoni għandha teskludi l-użu fil-qafas tal-miżuri riferiti fir-Regolament (KE) Nru 832/97 tal-fondi li huma dderivati mill-imposti obbligatorji fuq l-operaturi fis-settur tal-pjanti ħajjin u tal-prodotti mill-florikultura rigward il-prodotti miksuba għal kollox fl-Istat Membru interessat; billi sabiex jitneħħa d-dubju fuq dan il-punt, huwa mixtieq illi d-dispożizzjoni tiġi emendata;

    Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Pjanti Ħajjin,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Is-sentenza li ġejja tiġi miżjuda ma’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 832/97:

    "L-użu tal-fondi dderivati mill-imposti obbligatorji fuq l-operaturi fis-settur tal-pjanti ħajjin u tal-prodotti mill-florikultura rigward il-prodotti miksuba għal kollox fl-Istat Membru interessat m’għandux jitqies li jikkostitwixxi assistenza nazzjonali jew reġjonali."

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 308, tad-29.11.1996, p. 7.

    [2] ĠU L 119, tat-8.5.1997, p. 17.

    [3] ĠU L 135, tas-27.5.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top