This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R0543
Council Regulation (EC) No 543/97 of 17 March 1997 amending Regulation (EEC) No 1107/70 on the granting of aids for transport by rail, road and inland waterway
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 543/97 tas-17 ta' Marzu 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 543/97 tas-17 ta' Marzu 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni
ĠU L 84, 26.3.1997, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32007R1370
Official Journal L 084 , 26/03/1997 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 543/97 tas-17 ta' Marzu 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 75 u 94 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li aġixxa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3], (1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għotjiet ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, it-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni [4], jipprovdi lill-Istati Membri bill-possibilità li jiżviluppaw it-trasport ikkombinat permezz ta' l-għotja ta' għajnuna li tittratta l-investimenti fl-infrastruttura, fit-tagħmir meħtieġ iffissat u mobbli għat-trasportar u fit-tagħmir tat-trasport iddisinjat għat-trasport ikkombinat u wżat biss fit-trasport ikkombinat jew l-għajnuna li tikkonċerna l-ispejjeż fit-tmexxija ta' servizz ta' trasport ikkombinat ta' ġewwa l-Komunità li jgħaddi mit-territorju ta' pajjiżi terzi; (2) Billi il-ħtieġa li tikber għall-mobbilità qiegħda tpoġġi rikjesti li dejjem jiżdiedu u pressjoni fuq il-persuni u l-ambjent; billi, sabiex tkun ikkunsidrata l-firxa verament mhux uniformi preżenti ta' l-ispejjeż u l-pressjonijiet bejn il-mezzi differenti ta' trasport, il-possibbilità għandha tinħoloq għall-appoġġ ta' forom li ma jagħmlux ħsara fl-ambjent tat-trasport; (3) Billi l-politika tat-trasport ġenerali korrenti għada ma kelliex suċċess fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni b'saħħitha bejn il-mezzi varji tat-trasport; billi għadu ma ntlaħaqx l-ebda ekwilibriju finanzjali fi ħdan il-kumpanniji tal-ferroviji; (4) Billi l-iżvilupp ta' trasport ikkombinat jiżvela illi l-fażi tax-xeħta ta' din it-teknika għada ma ġietx ikkompletata fir-reġjuni kollha tal-Komunità; billi l-arranġamenti tal-għajnuna għandhom ikunu estiżi għalhekk; (5) Billi, konsegwentement, huwa xieraq li arranġamenti ta' għajnuna korrenti jinżammu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1997; billi l-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni, taħt il-kondizzjonijiet provduti għalhekk fit-Trattat, dwar l-arranġamenti li għandhom ikunu applikati wara dak jew, jekk meħtieġ, dwar il-kondizzjonijiet li taħthom dawn l-għajnuniet għandhom jieqfu; (6) Billi l-possibilità li tingħata għajnuna għall-ispejjeż ta' tmexxija tas-servizzi tat-trasport ikkombinat li jgħaddu minn territorju ta' pajjiżi terzi għandha tinżamm biss għall-Isvizzera u l-Istati ta' l-ex Jugoslavja; (7) Billi d-Deċiżjoni 75/327/KEE [5], lil liema jirreferi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, ġiet imħassra bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità [6]; billi l-Artikolu 4 għandu għalhekk jitħassar; (8) Billi l-kategoriji ta' għajnuna awtorizzata għat-trasport ikkombinat intwerew li joperaw b'mod sodisfaċenti u illi huwa possibbli, konsegwentement, li jkunu simplikati spezzjonijiet fuq dawn billi jkunu eżentati mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat; (9) Billi li jitniżżlu regoli li jittrattaw l-għajnuna allokata mill-Istati Membri għat-trasport hija materja ta' kompetenza esklużiva tal-Komunità u għandha tieħu l-forma ta' regolament; (10) Billi huwa xieraq li jkun emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 għalhekk, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 3, oġġett 1 (e), għandu jkun emendat kif ġej: - fl-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-31 ta' Diċembru 1995 għandu jkun mibdul bil-31 ta' Diċembru 1997, - fir-raba' daħla ta' l-ewwel subparagrafu, l-kliem "minn naħa għall-oħra ta" l-Awstrija' se jkunu mħassrin; 2. L-Artikolu 4 se jkun imħassar; 3. L-Artikolu 5(2) se jkun mibdul b'dan li ġej: "2. L-għajnuna msmemija fl-Artikolu 3, oġġett 1 (e) se tkun eżenti mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat; se tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni fuq bażi ta' estimu fil-bidu ta' kull sena, u, sussegwentement, fil-forma ta' rapport, wara t-tmiem tas-sena finanzjarja." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 1997. Għall-Kunsill Il-President J. VAN AARTSEN [1] ĠU C 253, tad-29.9.1995, p. 22. [2] ĠU C 39, tat-12.2.1996, p. 102. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 1996 (ĠU C 78, tat-18.3.1996, p. 25), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1996 (ĠU C 372, tad-9.12.1996, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropej tad-19 ta' Frar 1997 (ĠU C 85, tas-17.3.1997). [4] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1. Regolament kif emendat ta' l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3578/92 (ĠU L 364, tat-12.12.1992, p. 11). [5] Deċiżjoni tal-Kunsill 75/327/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar it-titjib fis-sitwazzjoni ta' l-impriżi tal-ferrovija u l-armonizzazzjoni tar-regoli li jiggvernaw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn dawn l-impriżi u l-Istati (ĠU L 152, tat-12.6.1975, p. 3). [6] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25. --------------------------------------------------