Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0074

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/74/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li testendi, għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' fuq, id-Direttiva 94/45/KE dwar l-Istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura f'impriżi ta' skala Komunitarja u fi gruppi ta' skala Komunitarja ta' impriżi għall-iskopijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati

ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009L0038

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/74/oj

31997L0074



Official Journal L 010 , 16/01/1998 P. 0022 - 0023


Id-Direttiva Tal-Kunsill 97/74/KE

tal-15 ta' Diċembru 1997

li testendi, għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' fuq, id-Direttiva 94/45/KE dwar l-Istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura f'impriżi ta' skala Komunitarja u fi gruppi ta' skala Komunitarja ta' impriżi għall-iskopijiet ta' informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati

IL- KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal- Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-Ftehim dwar il-politika soċjali anness mal-Protokoll 14 tat-Trattat, u b'mod partikulari l-Artikolu 2(2) tiegħu, adotta d-Direttiva 94/45/KE [4]; billi, bħala riżultat, l-imsemmija Direttiva ma tapplikax għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq;

Billi l-Kunsill Ewropew ta'Amsterdam li sar fis-16 u 17 ta' Ġunju 1997 innota b' approvazzjoni li l-Konferenza Intergovernamentali qablet li tinkorpora l-ftehim dwar il-Politika Soċjali fit-Trattat u nnutat ukoll li għandu jinstab mezz biex jingħata effett legali għax-xewqa tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq biex jaċċettaw id-Direttivi diġà adottati abażi ta' dak il-Ftehim qabel il-firma tat-Trattat ta' Amsterdam; billi din id-Direttiva tfittex li tissodisfa dan l-iskop billi testendi d-Direttiva 94/45/KE għar-Renju Unit;

Billi l-fatt li d-Direttiva 94/45/KE mhijiex applikabbli għar-Renju Unit jaffettwa direttament il-funzjonament tas-suq intern; billi l-implimentazjoni ta' l-imsemmija Direttiva fl-Istati Membri ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern;

Billi id-Direttiva 94/45/KE tipprovdi għal massimu ta' 17-il membru tal-korp speċjali ta' negozjati; billi dan in-numru jikkorrispondi għall-14-il Stat Membru li huma parti għall-Ftehim dwar il-politika soċjali biż-żieda tat-tliet Partijiet Kontrattanti li jibqa' ta' l-Arja Ekonomika Ewropea; billi l-adozzjoni ta' din id-Direttiva twassal għan-numru totali għad-Direttiva 94/45/KE sa 18; billi, huwa għalhekk neċessarju li l-massimu jiżdied għal 18 sabiex kull Stat Membru fejn l-impriża ta' skala Komunitarja għandha stabbiliment wieħed jew iktar jew fejn il-grupp ta' intrapriżi ta' skala Komunitarja għandu impriża ta' kontroll jew waħda jew iktar impriżi kkontrollati hu rrappreżentat;

Billi id-Direttiva 94/45/KE tipprovdi għal trattament speċjali li għandu jingħata lill-impriżi ta' skala Komunitarja u lil gruppi ta' impriżi fejn hemm, fit-22 ta' Settembru 1996, ftehim li jkopri l-ħaddiema kollha li jipprovdu għal informazzjoni u konsultazzjoni transnazzjonali ta' l-impjegati; billi, skond dan, l-impriżi ta' skala Komunitarja u l-gruppi ta' impriżi li jaqgħu fl-iskop ta' dik id-Direttiva biss bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tagħha għar-Renju Unit għandhom jingħataw trattament simili;

Billi l-adozzjoni ta' din id-Direttiva tagħmel id-Direttiva 94/45/KE applikabbli fl-Istati Membri kollha inkluż ir-Renju Unit; billi, mid-data li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-kliem "Stati Membri" fid-Direttiva 94/45/KE għandhom jinftehmu li jinkludu, meta approprjat, ir-Renju Unit;

Billi l-Istati Membri kienu meħtieġa jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw mad-Direttiva 94/45/KE sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni; billi perjodu simili għandu jingħata lir-Renju Unit, kif ukoll lill-Istati Membri l-oħrajn, biex iġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, id-Direttiva 94/45/KE għandha tapplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

L-Artikolu 2

Fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 94/45/KE "17" għandu jiġi ssostitwit bi "18".

L-Artikolu 3

1. L-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għal impriżi ta' skala Komunitarja jew għal gruppi ta' mpriżi ta' skala Komunitarja, li, biss minħabba l-Artikolu 1, jidħlu fl-iskop ta' din id-Direttiva, kemm-il darba, fid-data stabbilita fl-Artikolu 4(1) jew fid-data tat-trasposizzjoni tagħha fi Stat Membru inkwistjoni, meta dan hu qabel id-data msemmija, hemm diġà ftehim li jkopri l-ħaddiema kollha li jipprovdu għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali ta' l-impjegati.

2. Meta l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jiskadi, il-partijiet għal dan il-ftehim jistgħu jiddeċidu flimkien li jġedduhom. Fejn dan mhuwiex il-każ, id-Direttiva 94/45/KE, kif estiża min din id-Direttiva, għandha tapplika.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarja biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-15 ta' Diċembru 1999 jew għandhom jiżguraw, sa dik id-data l-iktar tard, li l-imsieħba soċjali jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim, bl-Istati Membri li jkunu obbligati jieħdu l-passi kollha neċessarja li jippertmettulhom f'kull ħin li jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva. Għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU C 335, tas-6.11.1997.

[2] ĠU C 371, tat-8.12.1997.

[3] ĠU C 355, tal-21.11.1997.

[4] ĠU L 254, tat-30.9.1994, p. 64.

--------------------------------------------------

Top