Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0028

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE tal-11ta’ Ġunju 1997 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

ĠU L 171, 30.6.1997, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/28/oj

31997L0028



Official Journal L 171 , 30/06/1997 P. 0001 - 0010


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE

tal-11ta’ Ġunju 1997

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’rilevanża għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1] kif l-aħħar emendata mil-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 96/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approsi mazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/663/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

Billi d-Direttiva 76/756/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE li kienet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE relatati mas-sistemi ta’ vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal-din id-Direttiva;

Billi, partikolarment, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jirrikjedu li kull Direttiva separata jkollha mhemuża magħha dokument ta’ informazzjoni kif ukoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip bażat fuq l-Anness VI għal-dik id-Direttiva sabiex dik l-approvazzjoni tat-tip tista’ tkun kompjuteriżżata; billi iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip previst fid-Direttiva 76/756/KEE għandu jkun emendat skond dan;

Billi l-proċeduri jeħtieġu li jkunu simplifikati sabiex iżommu l-ekwivalenza, stabbilita mill-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, bejn ċerti Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fejn ir-regolamenti msemmija huma emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/756/KEE għandhom ikunu sostitwiti b’dawk tar-Regolament Nru 48 permezz ta’ cross-reference;

Billi, sabiex titjieb is-sigurtà tat-traffiku fit-toroq, kien deċiż inter alia li jinħtieġ l-istallazzjoni obbligatorja tat-tielet fanal tal-waqfien fuq vettura ta’ kategorija M1 u jippermettu l-istallazzjoni fakoltattiva ta’ fanali li jintgħelu matul il-ġurnata fuq vetturi bil-mutur;

Billi hemm bżonn li jiġu eżaminati aktar id-disposizzjonijiet fakoltattivi relatati mal-ħtiġiet tal-prestazzjoni tad-dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl individwali u l-istallazzjoni tagħhom fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom; billi hu essenzjali li x-xogħol tekniku neċessarju ikun kompletat sabiex aktar emendi jistgħu jkunu introdotti kemm jista jkun malajr fid-Direttiva 76/756/KEE;

Billi qed issir riferenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/29/KE [6];

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Adazzjoni għal-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/756/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

1. L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

"Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li hu informat b’kull modifika għal xi parti jew karatteristika imsemmija fid-definizzjoni tat-tip ta’ vettura għar-rigward tal-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl."

2. L-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal-din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 jittardja iktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl,

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

sakemm il-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/756/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998, Stati Membri:

- ma għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal xi tip ta’ vettura għal raġunijiet relatati mal-istallazzjoni dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, jekk ma jkunx hemm konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/756/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 2000, l-Istati Membri:

- għandhom jikkonsidraw ċertifikati ta’ konformità li jakkompanjaw vetturi ġodda skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, u

- jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-serviżż ta’ vetturi ġodda li mhumiex akkompanjati minn ċertifikat ta’ konformità skond id-Direttiva 70/156/KEE għal raġunijiet relatati mal-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, jekk ma jkunx hemm konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/756/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament UN-ECE Nru 48 imsemmija fl-Anness II, punt 1, għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej qabel 1 ta’ Lulju 1997.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1998; madankollu, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja ‘l hinn mill-1 ta’ Lulju 1997, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawn it-testi. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 jittardja ‘l hinn mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dawk it-testi.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’riferenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal-din ir-riferenza ghandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] () ĠU Nru L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] () ĠU Nru L 18, tal-21.1.1997, p. 7.

[3] () ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[4] () ĠU Nru L 366, tal-31.12.1991, p. 17.

[5] () ĠU Nru L 262, tas-27.9.1976, p. 32.

[6] () Ara paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA’ L-ANNESSI

L-ANNESS I: | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: Dokument ta’ informazzjoni |

Appendiċi 2: Ċertifikazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip |

L-ANNESS II: | Ħtiġiet tekniċi |

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward għal-istallazzjoni tad-dawl u tal-mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl tiegħu għandha tiġi sottomessa mill-manifattur,

1.2. Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni jingħata f’Appendiċi 1.

1.3. Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-serviżż tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Vettura rappreżentattiva tat-tip li se jkun approvat.

2. L-GĦOTI TA’ APPLIKAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

2.1. Jekk ikun hemm konformità mal-ħtiġiet rilevanti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

2.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE jingħata f’Appendiċi 2.

2.3. Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru għal-tip ieħor ta’ vettura.

3. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1. Fil-każ tal-modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

4. KONFORMITA’ TAL-PRODUZZJONI

4.1. Bħala regola ġenerali, miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

4.2. Ħtiġiet speċifiċi rigward it-testijiet li għandhom jitwettqu huma stipulati fl-Anness 9 tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Appendċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Addendum

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS II

ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 2, 2.2 sa 2.25.2, 5 u 6 u l-Annessi 3 sa 9 tar-Regolament UN-ECE Nru 48 li jikkonsisti f’konsolidament tad-dokumenti li ġejjin:

- is-serje 01 ta’ emendi inklużi korrezzjonijiet [1],

- Corrigendum 2 għas-serje 01 ta’ emendi [2],

- is-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi nklużi korrezzjonijiet għas-serje 01 ta’ emendi u Corrigendum 1 għar-Reviżjoni 1 tar-Regolament Nru 48 [3],

- Corrigendum 4 għas-serje 01 ta’ emendi [4],

minbarra li:

1.1. l-paragrafu 2.4 għandu jkun mifhum kif ġej:

"Vettura mhux mogħbbija" tfisser vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, kif definit fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 għal din id-Direttiva, imma mingħajr sewwieq.

1.2. Ir-riferenza tan-nota ta’ qiegħ il-paġna(2) fil-paragrafu 2.7.24 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna ta’ dan huma mħassra.

1.3. Il-frasi "il-formula ta’ komunikazzjoni (punt 10.1 ta’ l-Anness 1)" imsemmija fil-paragrafu 5.19.1 għandha tkun mifhuma bħala "ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip (punt 5.1 tal-Addendum għall-Appendiċi 2 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva)".

1.4. Fin-nota ta qiegħ il-paġna (4) għall-paragrafu 6.2.9, introdott bid-dokument ta’ riferenza (3), "Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi" għandu jkun mifhum bħala "Stati Membri".

1.5. Fil-paragrafi 6.14.2, 6.15.2, 6.16.2 u 6.17.2, "ir-Regolament Nru 3" għandu jkun mifhum bħala "Direttiva 76/757/KEE".

1.6. Ir-riferenza tan-nota ta’ qiegħ il-paġna (5) fil-paragrafu 6.19 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna ta’ dan huma mħassra.

1.7. In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fl-Anness 5 għandha tiġi mifhuma kif ġej:

"Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE"

.

2. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 8, partikolarment (2a), (2ċ) u (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, tal-ħtiġiet ta’ dan l-Anness u għal xi ħtieġa f’xi Direttiva separata, l-istallazzjoni ta’ xi dawl jew mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2.7.1 sa 2.7.24 tad-dokumenti imsemmija fil-punt 1 hawn fuq hija projbita.

"

[1]

[2]

[3]

[4]

--------------------------------------------------

Top