This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997F0396
97/396/JHA: Joint Action of 16 June 1997 adopted by the Council on the basis of Article K.3 of the Treaty on European Union, concerning the information exchange, risk assessment and the control of new synthetic drugs
Azzjoni konġunta tas-16 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K 3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni, l-istima tar-riskju u l-kontroll ta' droga sintetika ġdida
Azzjoni konġunta tas-16 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K 3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni, l-istima tar-riskju u l-kontroll ta' droga sintetika ġdida
ĠU L 167, 25.6.1997, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 20/05/2005; Imħassar b' 32005D0387
Official Journal L 167 , 25/06/1997 P. 0001 - 0003
Azzjoni konġunta tas-16 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K 3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni, l-istima tar-riskju u l-kontroll ta' droga sintetika ġdida (97/396/JHA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Tratta dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu K.3 (2) (b) tiegħu, Wara li kkunsidra l-inizjattiva ta' l-Olanda, WAQT LI JINNOTA li l-Kunsill Ewropew ta' Dublin laqa' bil-ferħ ir-rapport dwar progress tad-droga tat-13 u l-14 ta' Diċembru 1996, u kkonferma l-azzjoni proposta f'dak ir-rapport, inkluża l-azzjoni proposta biex tiġi ffaċċata l-problema tad-droga sintetika fi tlett livelli, jiġifieri, permezz ta' leġislazzjoni, koperazzjoni prattika kontra l-produzzjoni u t-traffikar u koperazzjoni internazzjonali, WAQT LI JIRREFERI għall-azzjoni konġunta 96/750/JHA tas-17 ta' Diċembru 1996, adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-approssimazzjoni tal-liġijiet u l-prattika ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga u biex jipprevjeni u jiġġieled kontra t-traffikar illegali tad-droga [1], WAQT LI JIRREFERI b'mod partikolari għall-Artikolu 5 ta' l-imsemmija Azzjoni Konġunta, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jagħmlu minn kollox biex jabbozzaw leġislazzjoni konverġenti sal-limitu meħtieġ biex jagħmel tajjeb għall-bażi legali jew biex jomla vojt legali fir-rigward tad-droga sintetika. B'mod partikolari huma għandhom jippromwovu l-istabbiliment ta' sistema rapida ta' informazzjoni li tippermetti li dik id-droga tiġi identifikata bħala sustanza li tista' tiġi projbita malli tidher x'imkien fi Stat Membru, WAQT LI JIKKUNSIDRA li l-perikoli partikolari inerenti fl-iżvilupp tad-droga sintetika jeħtieġu azzjoni rapida mill-Istati Membri. WAQT LI JIKKUNSIDRA meta droga sintetika ġdida ma tinġiebx fil-kamp ta' l-applikazzjoni tal-liġi kriminali ta' l-Istati Membri kollha, jistgħu jinħolqu problemi fil-koperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri minħabba l-fatt li l-offiża jew offiżi in kwistjoni m'humiex punibbli tal-liġijiet kemm ta' l-l-Istat li jitlob u dak li jiġi mitlub, WAQT LI JIKKUNSIDRA li minn inventarju mħejji mill-adozzjoni ta' l-imsemmija Azzjoni Konġunta jista' jiġi konkluż li droga sintetika ġdida dehret fl-Istati Membri, WAQT LI JIKKUNSIDRA li azzjoni komuni tista' tittieħed bis fuq il-bażi ta' informazzjoni ta' min jorbot fuqha dwar l-emerġenza ta' droga sintetika ġdida u r-riżultati ta' l-istima esperta tar-riskji kawżati mill-użu tad-droga sintetika ġdida u l-implikazzjonijiet li dik id-droga tintbagħat taħt kontroll, WAQT LI JIKKUNSIDRA li huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf mekkaniżmu komuni li jippermetti azzjoni ta' malajr, fit-teħid tal-miżuri meħtieġa jew l-introduzzjoni ta' kontrolli fuq droga sintetika ġdida, fuq il-bażi ta' skambju rapidu ta' informazzjoni dwar droga sintetika ġdida li toħroġ fl-Istati Membri u l-istima komuni tar-riskji tagħha, MINGĦAJR PREĠUDIZZJU għas-setgħat tal-Komunità Ewropea, ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 Għan Din l-Azzjoni Konġunta timmira lejn il-ħolqien ta' mekkaniżmu għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni dwar droga sintetika ġdida u l-istima tar-riskju tagħha sabiex jippermetti l-applikazzjoni tal-miżuri ta'kontroll fuq sustanzi psikopatiċi, applikabbli fl-Istati Membri, ugwalment għad-droga sintetika ġdida. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun implimentat konġuntement skond il-proċeduri stabbiliti hawn taħt. Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni Din l-Azzjoni Konġunta tikkonċerna droga sintetika ġdida li fil-preżent mhijiex elenkata f'xi waħda mill-Iskedi li jinsabu mal-Konvenzjoni ta' l-1971 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikopatiċi, u li toħloq theddida komparabbli għas-saħħa pubblika daqs is-sustanzi elenkati fl-Iskedi I jew II hemm mehmusa u li għandhom valur terapewtiku limitat. Hija tirrelata għall-prodotti finali, kif distinta minn prekursuri li fir-rigward tagħhom ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta' Diċembru 1990 li jipprovdi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiskoraġġixxu id-diversjoni ta' ċerti sustanzi għall-manifattura lleċita ta' droga narkotika u sustanzi psikopatiċi [2] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992 dwar il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti sustanzi wżati fil-manifattura lleċita ta' droga narkotika u sustanzi psikopatiċi [3] jipprovdu għal reġim tal-Komunità. Artikolu 3 Skambju ta' informazzjoni 1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-Unità Nazzjonali tiegħu ta' l-Europol u r-rappreżentant tagħha fir-retrikolat Reitox jipprovdu informazzjoni dwar il-produzzjoni, traffikar u użu ta' droga sintetika ġdida lill-Unità Europol tad-Droga (EDU) taċ-Ċentri Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Droga u l-Vizzju tad-Droga (EMCDDA), waqt li jingħata kont tal-mandati differenti taż-żewġ korpi. L-EDU u l-EMCDDA għandhom jiġbru l-informazzjoni li jirċievu u jikkomunikaw din l-informazzjoni kif jixraq minnufih lil xulxin u lill-Unitajiet Nazzjonali Europol u r-rappreżentanti tar-retikolat Reitox ta' l-Istati Membri, lill-Kummisjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta' Prodotti Mediċinali. 2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi: (a) - deskrizzjoni kimika u fiżika, inkluż l-isem li taħtu d-droga sintetika ġida hija magħrufa, - informazzjoni dwar il-frekwenza, ċirkostanzi u/jew kwalitajiet li fihom wieħed jiltaqa' ma' droga sintetika, - l-ewwel indikazzjoni tar-riskji possibbli assoċjati mad-droga sintetika ġdida, u, sa fejn hu possibbli: (b) - informazzjoni dwar il-perkursuri kimiċi, - informazzjoni dwar il-mod u l-iskop ta' l-użu stabbilit jew mistenni tad-droga sintetika ġdida bħala sustanza psikopatika, - informazzjoni dwar użu ieħor tad-droga sintetika ġdida u l-limitu ta' dak l-użu, - aktar informazzjoni dwar ir-riskji ta' l-użu tad-droga sintetika ġdida, inklużi r-riskji għas-saħħa u dawk soċjali. Artikolu 4 Stima tar-riskju 1. Fuq it-talba ta' wieħed mill-Istati Membri jew tal-Kummissjoni, l-EMCDDA għandha tlaqqa' laqgħa speċjali taħt l-awspiċi tal-Kumitat Xjentifiku imkabbra b'esperti nominati mill-Istati Membri u li għaliha r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-EDU u l-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta' Prodotti Mediċinali għandhom ikunu mistiedna. Dan il-Kumitat għandu jistma r-riskji possibbli, inklużi r-riskji tas-saħħa u dawk soċjali, kawżati mill-użu ta', u t-traffikar fi, droga sintetika ġdida, u l-konsegwenzi possibbli ta' projbizzjoni. 2. L-istima tar-riskju għandha titwettaq fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, l-EDU ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta' Prodotti Mediċinali u waqt li jingħata kont tal-fatturi kollha li, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971 dwar Sustanzi Psikopatiċi, tiġġustifika t-tqegħid ta' sustanza taħt kontroll internazzjonali. 3. Malli titħejja l-istima tar-riskju, għandu jitħejja rapport dwar is-sejbiet. Fir-rapport l-aspetti kollha għandhom jiġu ndirizzati. L-opinjonijiet kollha dwar dawn l-aspetti għandhom ikunu riflessi fir-rapport. Artikolu 5 Proċedura biex droga speċifika sintetika ġdida tinġieb taħt kontroll 1. Il-Kunsill jista', fuq il-bażi ta' inizjattiva li għandha tiġi presentata fi żmien xahar mid-data li fiha r-rapport tar-riżultati dwar l-istima tar-riskju skond l-Artikolu 4(1) jiġi stabbilit u waqt li jaġixxi skond l-Artikolu K.3 (2) (b) tat-Trattat, jadotta unimament deċiżjoni li tiddefinixxi d-droga sintetika ġdida jew drogi li għandhom jintgħamlu suġġetti għall-miżuri meħtiġa ta' kontroll. Jekk il-Kummissjoni tqis li ma jkunx meħtieġ li tiġi presentata inizjattiva biex id-droga sintetika ġdida jew drogi jintbagħtu għal miżuri ta' kontroll, hija għandha tippresenta rapport lill-Kunsill u tispjega l-idejat tagħha. L-Istati Membri jintrabtu, skond id-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill, skond dak id-dewmien hekk kif id-deċiżjoni tista' tispeċifika, li jieħdu l-miżuri meħtieġa skond il-liġi nazzjonali tagħhom biex jibgħatu din id-droga ġdida sintetika għal miżuri ta' kontroill u penalitajiet kriminali kif provdut taħt il-leġislazzjoni tagħhom u jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1971 dwar Sustanzi Psikopatiċi fir-rigward tas-sustanzi elenkati fl-Iskedi I u II hemm mehmusa. 2. Ebda ħaġa f'din l-Azzjoni Konġunta m'għandha tipprevjeni Stat Membru milli jsostni jew jintroduċi fit-territorju tiegħu kull miżuri nazzjonali ta' kontroll li jqis adattati malli droga sintetika ġdida tkun ġiet identifikata minn Stat Membru. 3. Il-Presidenza għandha kull sena tibgħat rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill fuq il-bażi tal-paragrafu 1. Artikolu 6 Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-16 ta' Ġunju 1997. Għall-Kunsill Il-President H. Van Mierlo [1] ĠU Nru. L 342, tal-31.12.1996, p. 6. [2] ĠU Nru. L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 3769/92 (ĠU Nru. L 383, tad-29.12.1992, p. 17). [3] ĠU Nru. L 370, tad-19.12.1992, p. 76. Direttiva emendata mid-Direttiva 93/46/KEE (U Nru. L 159, ta' l-1.07.1993, p. 134). --------------------------------------------------