This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0763
97/763/EC: Council Decision of 10 November 1997 concluding the Agreement on scientific and technological cooperation between the European Community and the Republic of South Africa
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 1997 li tikkonkludi l-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 1997 li tikkonkludi l-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel
ĠU L 313, 15.11.1997, p. 25–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/763/oj
Official Journal L 313 , 15/11/1997 P. 0025 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 1997 li tikkonkludi l-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel (97/763/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130 (m), flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Komunità Ewropea u l-Afrika t'Isfel qed isegwu speċifikament il-programmi RTD f'ambiti ta; interess komuni; Billi fuq il-bażi ta' esperjenza tal-passat, iż-żewġ naħat urew ix-xewqa li jistabbilixxu struttura iżjed fonda u wiesa' għat-tmexxija ta' kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija; Billi dan l-Ftehim ta' koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija jifforma parti mill-koperazzjoni globali bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra; Billi bid-Deċiżżjoni tagħha tat-22 ta' Jannar 1996, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex jinnegozja ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel; Billi bid-Deċizjoni tagħha tal-5 ta' Diċembru 1996, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim fuq koperazzjoni xjentifika u teknologika tkun iffirmata f'isem il-Komunità; Billi l-Ftehim fuq koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Komunità Ewopea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel kient iffirmata fil-5 ta' Diċembru 1996; Billi l-Ftehim fuq il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel għandha tiġi appprovata, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel hawnhekk approvata f'isem l-Komunità. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Skond l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifiki li l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim kienu kompluti fil-parti tal-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Novembru 1997. F'isem il-Kunsill Il-President E. Hennicot-Schoepges [1] ĠU C 134, tad-29.4.1997, p. 7. [2] ĠU C 304, tas-6.10.1997. --------------------------------------------------