This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0640
97/640/EC: Council Decision of 22 September 1997 on the approval, on behalf of the Community, of the amendment to the Convention on the control of transboundary movements of hazardous wastes and their disposal (Basle Convention), as laid down in Decision III/1 of the Conference of the Parties
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1997 fuq l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità, ta' l-emenda għall-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu (Konvenzjoni ta' Basilea), kif stabbilit f'Deċiżjoni III/1 tal-Konferenza tal-Partijiet
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1997 fuq l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità, ta' l-emenda għall-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu (Konvenzjoni ta' Basilea), kif stabbilit f'Deċiżjoni III/1 tal-Konferenza tal-Partijiet
ĠU L 272, 4.10.1997, p. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/640/oj
Official Journal L 272 , 04/10/1997 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1997 fuq l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità, ta' l-emenda għall-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-moviment bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu (Konvenzjoni ta' Basilea), kif stabbilit f'Deċiżjoni III/1 tal-Konferenza tal-Partijiet (97/640/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 130s (1), flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u (3), l-ewwel subparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, b'Deċiżjoni 93/98/KEE [3], il-Komunità approvat il-Konvenzjoni fuq il-kontroll tal-moviment bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu komunement magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta' Basilea, u saret Parti sħiħa fil-Konvenzjoni fis-7 ta' Mejju ta' l-1994; Billi, permezz ta' Deciżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1995, il-Kummissjoni pparteċipat f'isem il-Komunità, b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta' l-Istai Membri, fin-negozjati fil-kuntest tat-tielet laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta' Basilea, bil-ħsieb li tiġi emendata l-Konvenzjoni skond id-Deċiżjoni II/12 tal-Konferenza tal-Partijiet; billi skond dik id-Deciżjoni l-esportazzjoni ta' skart perikoluż destinat għar-rimi finali tiegħu minn pajjiżi tal-OECD lejn pajjiżi mhux tal-OECD kellha tiġi pprojbita immedjatament u l-esportazzjoni ta' skart perikoluż destinat għall-operazzjonijiet ta' rkupru kellhom jiġu mnaqqsa u mwaqqfa sal-31 ta' Diċembru ta' l-1997 u pprojbiti minn dik id-data; Billi, bħala riżultat ta' dawk in-negozjati, fit-22 ta' Settembru 1995 il-Konferenza tal-Partijiet adottat id-Deċiżjoni III/1, daħħlet paragrafu ta' prejambolu ġdid Nru. 7 bis, Artikolu ġdid 4A u l-Anness VII ġdid fil-Konvenzjoni; billi d-Deċiżjoni III/1 għandha l-intenzjoni li tipprojbixxi immedjatament l-esportazzjoni ta' l-iskart perikoluż destinat għar-rimi finali minn Partijiet elenkati fl-Anness VII lejn l-Istati mhux elenkati u li tnaqqas u twaqqaf sal-31 ta' Diċembru 1997 u tipprojbixxi minn dik id-data l-esportazzjoni ta' skart perikoluż destinat għall-operazzjonijiet ta' rkupru mill-Partijiet elenkati fl-Anness VII lejn Stati mhux elenkati fih; Billi l-leġislazzjoni tal-Komunità dwar konsenji ta' skart ġiet emendata kif miftiehem bir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 120/97 tal-20 ta' Jannar ta' l-1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 259/93 dwar is-sorveljanza u l-kontrol fuq konsenji ta' skart fi ħdan il-Komunità Ewropea, lejha u minnha 'l barra [4]; Billi, skond l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni, l-emenda tal-Konvenzjoni ta' Basilea hija miftuħa għar-ratifika, approvazzjoni, konferma formali jew aċċettazzjoni; billi l-emenda ser tidħol fis-seħħ bejn il-Partijiet li aċċetawha fid-90 jum wara li d-Depożitarju jirċievi l-istrumenti tar-ratifika, l-approvazzjoni, il-konferma formali jew l-aċċettazzjoni mingħand mill-anqas tliet kwarti tal-Partijiet li aċċettaw l-emenda, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-emenda tal-Konvenzjoni fuq il-kontrol tal-moviment bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru III/1 adottata mill-Konferenza tal-Partijiet fit-22 ta' Settembru 1995, hija hawn approvata f'isem il-Komunità. It-test ta' din l-emenda huwa mehmuż ma' din id-Deċizjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawn awtorizzat biex jinnomina lil persuna/i bil-poter li jiddepożita, f'isem il-Komunità, l-istrument ta' l-approvazzjoni mas-Segretarju-Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, kif provdut fl-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Settembru 1997. Għall-Kunsill Il-President F. Boden [1] ĠU C 197, tas-27.6.1997, p. 12. [2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Settembru 1997 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 39, tas-16.2.1993, p. 1. [4] ĠU L 22, ta' l-24.1.1997, p. 14. --------------------------------------------------