Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0597

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini bis-saħħa ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ l-azzar ta’ rinforzament u għall-prestressing għall-konkrit

    ĠU L 240, 2.9.1997, p. 4–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/597/oj

    31997D0597



    Official Journal L 240 , 02/09/1997 P. 0004 - 0007


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-14 ta’ Lulju 1997

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini bis-saħħa ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ l-azzar ta’ rinforzament u għall-prestressing għall-konkrit

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (97/597/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jstabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106 tal-21 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bejn iż-żewġ proċeduri f’konformità ma’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, ‘il-proċedura l-anqas oneruża possibbli b’konsistenza mas-sigurtà’; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li jkun deċiż jekk, għal prodott jew familja ta’ prodotti mogħtija, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika taħt ir-risponsabbilità tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għal attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati ma’ konformità mal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp taċ-ċertifikazzjoni approvat huwa meħtieġ għal dak il-għan,

    Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura determinata b’hekk għandha tkun indikata fil-mandati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għal dan il-għan, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti wżati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti f’dettall f’ l-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għal dan il-għan li jkunu speċifikati ċarament il-metodi li bihom għandhom jiġu implimentati ż-żewġ proċeduri, b’referenza għal l-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, peress li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura li saret referenza għaliha fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistemi provduti fl-ewwel possibbilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura li saret referenza għaliha fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistemi msemmija fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbilità, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti u familji ta’ prodotti msemmija f’ l-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-manifattur għandu taħt ir-risponsabbilità tiegħu bis-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika li tiżgura li l-prodott huwa f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

    Artikolu 2

    Il-prodotti msemmija f’ l-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom affermata bi proċedura li b’sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika operata mill-manifattur, korp taċ-ċertifikazzjoni approvat huwa involut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 3

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif imsemmija fl-Artikolu III għandu jkun indikat fil-mandati għall-istandards armonizzati.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f’Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 326, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 326, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Kanali u għantijiet għall-protezzjoni jew gwida ta’ prodotti ta’ l-azzar għall-prestressing

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Prodotti ta’ l-azzar biex jirrinforzaw il-konkrit

    Vireg (bars)

    Vireg (rods), kojlijiet

    Materjali iwweldjati

    Xibka

    Strippi inċiżi

    Prodotti ta’ l-azzar għall-prestressingtal-konkrit

    Wajers (wajers meħlusin mit-tensjoni cold drawn, wajers lixxi, wajers inċiżi)

    Kurduni (kurduni b’ħafna wajers, kurduni b’ħafna wajers kompatti, kurdun inċiż u high bond)

    Vireg (vireg hot rolled u pproċessati, vireg bil-kamin, vireg bil-linji mqabbża jew pjani jew lixxi)

    Kejbils għall-prestressing

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    GĦALL-AZZAR TA’ RINFORZAMENT UPRESTRESSINGGĦALL-KONKRIT (1/3)

    1. Sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u użu(i) maħsuba mniżżlin hawn taħt, CEN/CENELEC huma meħtieġa li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestazzjoni tal-konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu(i) maħsub(in) | Livell(i) jew klassi(jiet) | Sistema(i) ta’ attestazzjoni tal-konformità |

    Prodotti ta’ l-azzar għar-rinforzament:vireg (bars)vireg (rods), kojlijietmaterjal iwweldjatXibkastrippi inċiżi | Użati għar-rinforzament tal-konkrit | | 1 + |

    2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mis-CEN għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun hekk li tkun tista’ tiġi implimentata anke fejn m’hemmx għalfejn tkun determinata il-prestazzjoni għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali ta’ xejn għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tas-CPD u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-vertifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikkjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    GĦALL-AZZAR TA’ RINFORZAMENT UPRESTRESSINGGĦALL-KONKRIT (2/3)

    1. Sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u użu(i) maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/CENELEC huma meħtieġa li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestazzjoni tal-konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu(i) maħsuba(in) | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni ta’ sistema(i) tal-konformità |

    Prodotti ta’ l-azzar għall-prestressingwajers (meħlusin mit-tensjoni, wajers cold drawn, wajers lixxi, wajers inċiżi)Kurduni (kurduni b’ħafna wajers, kurduni b’ħafna wajers kompatti, kurduni inċiżi u high bond)Vireg (vireg hot rolled u pproċessati, vireg bil-kamin, vireg bil-linji imqabbża, jew pjani jew lixxi)għall-prestressing | Użati għall-prestressing tal-konkrit | | 1 + |

    2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mis-CEN għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tant li tkun tista’ tiġi implimentata anke fejn m’hemmx għalfejn tkun determinata il-prestazzjoni għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tas-CPD u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikkjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    GĦALL-AZZAR TA’ RINFORZAMENT UPRESTRESSINGGĦALL-KONKRIT (3/3)

    1. Sistemi ta’ attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott(i) u użu(i) maħsuba mniżżlin hawn taħt, CEN/CENELEC huma meħtieġa li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestazzjoni tal-konformità fl-istandard(s) armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu(i) maħsuba(in) | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni ta’ sistema(i) tal-konformità |

    Kanali u għantijiet | Għall-protezzjoni jew gwida ta’ prodotti ta’ l-azzar għall-prestressing tal-konkrit | | 4 |

    2. Kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mis-CEN għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-attestazzjoni tas-sistema tal-konformità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke fejn m’hemmx għalfejn tkun determinata il-prestazzjoni għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-inqas Stat Membru wieħed m’għandu l-ebda ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2.1 tas-CPD u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ din il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikkjara il-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top