Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0430

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju ta'Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju ta' l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża

    ĠU L 187, 16.7.1997, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/430/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    31997D0430



    Official Journal L 187 , 16/07/1997 P. 0001 - 0002


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-2 ta' Ġunju 1997

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju ta'Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju ta' l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża

    (97/430/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130Y, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi, taħt l-Artikolu 130u tat-Trattat, il-politika Komunitarja fl-isfera ta' koperazzjoni fl-iżvilupp għandha tgħin l-iżvilupp sostenibbli ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni mingħajr problemi u eventwali fl-ekonomija dinjija u l-kampanja kontra l-faqar f'dawk il-pajjiżi;

    Billi dan il-Ftehim Proviżorju ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju ta' l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fl-24 ta' Frar 1997 għandu jservi sabiex jissoda r-rabtiet bejn il-Palestinjani u l-Unjoni Ewropea fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja u għandu jwitti t-triq għall-bidu ta' negozjati bil-għan li jiġi konkluż Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Proviżorju ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju ta' l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, minn naħa l-oħra, flimkien ma' l-Annessi, Protokolli, l-Iskambji ta' Ittri u Dikjarazzjonijiet tiegħu qiegħed jiġi approvat f'isem il-Komunità.

    It-test ta' l-atti msemmija fl-ewwel paragrafu huwa mehmuż ma' din id-Deċisjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 75 tal-Ftehim Interim f'isem il-Komunità.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, assistita mir-rappresentanti ta' l-Istati Membri, għandhom jirrapresentaw lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt mwaqqaf taħt l-Artikolu 63 tal-Ftehim Temporanju.

    Għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 63(1) ta' l-imsemmi Ftehim, il-posizzjonii tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi adottata mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, f'kull okkażjoni skond id-disposizzjonijiet relattivi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-2 ta' Ġunju 1997.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    H. Van Mierlo

    [1] ĠU No C 128, ta' l-24.4.1997, p. 1.

    [2] ĠU No C 132, tat-28.4.1997.

    --------------------------------------------------

    Top