Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0362

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 1997 li tagħraf il-prinċipju tal-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżami dettaljat minħabba l-inklużjoni possibbli ta’ carfentrazone-ethyl, fosthiazate u fluthiamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjantiTest b’rilevanza ŻEE

ĠU L 152, 11.6.1997, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/362/oj

31997D0362



Official Journal L 152 , 11/06/1997 P. 0031 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Mejju 1997

li tagħraf il-prinċipju tal-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżami dettaljat minħabba l-inklużjoni possibbli ta’ carfentrazone-ethyl, fosthiazate u fluthiamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b’rilevanza ŻEE)

(97/362/KE)

IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/68/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi d-Direttiva 91/414/KEE ipprovvdiet għall-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

Billi l-applikanti bagħtu dokumenti għal tlett sustanzi attivi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bil-għan li jiksbu l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE;

Billi dokument għas-sustanza attiva carfentrazone-ethyl kien sottomess minn FMC Ewropa NV lill-awtoritajiet Franċiżi fl-14 ta’ Frar 1996;

Billi dokument għas-sustanza attiva fosthiazate kien sottomess minn ISK Bioscienses Division lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-5 ta’ Marzu 1996;

Billi dokument għas-sustanza attiva fluthiamide kien sottomess minn Bayer SA lill-awtoritajiet Franċiżi fl-1 ta’ Frar 1996;

Billi l-awtoritajiet imsemmija indikaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ l-ewwel eżami tal-kompletezza tad-dokumenti rigward ħtiġiet ta’ data u informazzjoni previsti fl-Anness II tad-Direttiva; u għal mill-anqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III lid-Direttiva; billi sussegwentement, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), id-dokumenti kienu sottomessi mill-applikanti lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra.

Billi d-dokumenti tal-carfentrazone-ethyl, fosthiazate u fluthiamide kienu ntbagħtu lill-Kumitat Permanenti ghas-Saħħa tal-Pjanti fid-19 ta’ Diċembru 1996;

Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ li jkun ikkonfermat fuq il-livell tal-Komunità li kull dokument għandu jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni previsti fl-Anness II u, għal mill-anqas prodott wieħed ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva fir-rigward, fl-Anness III tad-Direttiva;

Billi informazzjoni bħal din hi neċessarja biex wieħed isegwi l-eżami dettaljat tad-dokument kif ukoll biex tinfetaħ għall-Istati Membri l-possibiltà li tingħata awtorizzazzjoni provviżorja lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva bil-ħarsien tal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u b’mod partikolari il-kondizzjoni li ssir stima dettaljata tas-sustanzi attivi u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva;

Billi deċiżjoni bħal din ma tippreġudikax li aktar data jew informazzjoni jkunu mitluba mill-applikant meta jkun jidher matul l-eżami dettaljat li din l-informazzjoni jew data huma meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni;

Billi huwa mifhum mill-Istati Membri u l-Kummissjoni li Franza ser issegwi l-eżami dettaljat għad-dokumenti għal carfentrazone-ethyl u fluthiamide u li r-Renju Unit ser isegwi l-eżami dettaljat għad-dokument dwar fosthiazate;

Billi Franza u r-Renju Unit ser jirrappurtaw il-konklużjonijiet ta’ l-eżamijiet flimkien ma’ kull rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew non-inklużjoni u kull kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħhom mill-aktar fis possibbli u l-aktar tard f’perjodu ta’ sena; billi fuq l-irċevuta ta’ dawn ir-rapporti l-eżami dettaljat għandu jissokta bit-tagħrif espert ta’ l-Istati Membri kollha fil-qafas tal-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokumenti li ġejjin jitqiesu bħala li jissodisfaw fil-prinċipju il-ħtiġijiet ta’ data u informazzjoni previsti fl-Anness II, u għal prodott ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva kkonċernata, fl-Anness III tad-Direttiva:

1. id-dokument sottomess minn FMC Europe NV lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż il-carfentrazone-ethyl bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien intbgħat lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-19 ta’ Diċembru 1996;

2. id-dokument sottomess minn ISK Biosciences Division lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż il-fosthiazate bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien intbgħat lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-19 ta’ Diċembru 1996;

3. id-dokument sottomess minn Bayer SA lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li jkun inkluż il-fluthiamide bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien intbgħat lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti fid-19 ta’ Diċembru 1996;

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU Nru L 277, tat-30.10.1996, p. 25.

--------------------------------------------------

Top