Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0010

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' IsfelTest b'relevanza ŻEE

    ĠU L 3, 7.1.1997, p. 9–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/08/2008; Imħassar b' 32008D0698

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/10(1)/oj

    31997D0010



    Official Journal L 003 , 07/01/1997 P. 0009 - 0024


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-12 ta' Diċembru 1996

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel

    (Test b'relevanza ŻEE)

    (97/10/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikoli 12 (2), 13 (2), 14, 15, 16 u 19 (i) tagħha,

    Billi l-Afrika ta' Isfel hija inkluża fil-Parti 1 ta' l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [2] li jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ifrat, il-majjali, iż-żwiemel, in-nagħaġ u l-mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/624/KE [3]; billi, b'dana kollu, l-importazzjoni taż-żwiemel mill-Afrika ta' Isfel bħalissa hija sospiża;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 95/536/KE [5], tistabbilixxi r-reġjonalizzazzjoni ta' ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni taż-żwiemel;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/279/KEE [7], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [8], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/279/KE, tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni taż-żwiemel reġistrati u ż-żwiemel għat-trobbija u l-produzzjoni;

    Billi wara missjoni ta' verifika veterinarja mill-Kummissjoni li seħħet fl-Afrika ta' Isfel is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tidher li hija taħt kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji mibnija u organizzati tajjeb;

    Billi d-deni Afrikan taż-żwiemel huwa endemiku f'ċerti partijiet ta' l-Afrika ta' Isfel; billi, b'dana kollu, il-Peninsula tal-Cape kienet ħielsa mid-deni Afrikan taż-żwiemel għal aktar minn ħames snin, u l-ebda tlaqqim sistematiku ma twettaq kontra dan id-deni matul dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    Billi kienet saret sorveljanza sero-epidemjologika inizjali għad-deni Afrikan taż-żwiemel u ħalliet riżultati pożittivi fuq iż-żwiemel kollha u fuq kampjun rappreżentattiv ta' żwiemel oħrajn f'dik li hija pproponuta bħala ż-żona ħielsa mid-deni Afrikan taż-żwiemel u fuq kampjuni meħuda bl-addoċċ ta' żwiemel f'dik li hija pproponuta bħala ż-żona ta' sorveljanza u protezzjoni fil-Provinċja tal-Punent tal-Cape biex ikun stabbilit l-istatus seroloġiku tal-popolazzjoni taż-żwiemel residenti b'relazzjoni ma' l-antikorpi kontra d-deni Afrikan taż-żwiemel u l-virus ta' l-enċefalożi taż-żwiemel;

    Billi l-marda magħrufa bħala dourine hija endemika f'ċerti partijiet ta' l-Afrika ta' Isfel; billi, b'dana kollu, il-Provinċja tal-Punent tal-Cape kienet ħielsa mid-dourine għal aktar minn sitt xhur; billi l-Afrika ta' Isfel hija uffiċjalment ħielsa mill-glanders, mit-tipi kollha ta' enċefalomilitis taż-żwiemel, l-anemija infettiva taż-żwiemel u mill-istomatitis vesikulari għal aktar minn sitt xhur;

    Billi l-awtoritajiet veterinarji ta' l-Afrika ta' Isfel taw garanzija li jagħtu notifika fi żmien 24 siegħa permezz tat-telefax, telegramm jew telex lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-konfermazzjoni ta' kwalunkwe marda infettiva jew li tittieħed fiż-żwiemel minn dawk li hemm imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE u dwar kwalunkwe tibdil fl-istrateġija tat-tilqim, u fi żmien xieraq, fl-istrateġija ta' l-importazzjoni meta jkunu kkonċernati ż-żwiemel;

    Billi l-awtoritajiet veterinarji ta' l-Afrika ta' Isfel ipprovdew ċerti garanziji dwar iż-żwiemel irreġistrati intiżi għad-dħul temporanju jew permanenti fil-Komunità;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għandhom ikunu adottati bi qbil mas-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tal-pajjiż terz konċernat; billi minħabba l-kriterji meħtieġa dwar il-kontroll tal-moviment u l-kwarantina fl-Afrika ta' Isfel il-każ preżenti għandu x'jaqsam biss mad-dħul temporanju u l-importazzjoni taż-żwiemel irreġistrati;

    Billi d-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-reġjonalizzazzjoni ta' l-Afrika ta' Isfel dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel reġistrati għandha tkun tapplika permezz tal-kondizzjoni li l-garanziji addizzjonali li hemm fl-Anness I ikunu mwettqa.

    Artikolu 2

    Il-Parti 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE fil-kolonna "annimali ħajjin" taħt "Rimarki Speċjali" in-nota "(6)" dwar l-Afrika ta' Isfel hija mibdula bi "(5)".

    Artikolu 3

    L-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE ikun emendat kif ġej:

    1. il-kelmiet li ġejjin għandhom jiżdiedu:

    "L-Afrika ta' Isfel (3)

    iż-żona metropolitana ta' Cape Town iddelineata kif ġej:

    il-konfini tat-tramuntana: | It-Triq Blaauberg (M14) |

    il-konfini tal-lvant: | It-Triq Koeberg (M14); It-Triq Plaatekloof (M14), It-Triq Ewlenija N7, It-Triq Ewlenija N1 u t-Triq Ewlenija M5 |

    il-konfini ta' nofsinhar: | Triq Ottery, Prince George's Drive, Triq Wetton, Triq Riverstone, Triq Tennant, Newlands Drive, Triq Paradise, Union Drive sa l-Istazzjoni Forestali ta' Newlands u jaqsam Echo Gorge ta' Table Mountain sal-Bajja ta' Camps |

    il-konfini tal-punent: | il-linja kostali mill-Bajja ta' Camps sat-Triq Blaauwberg" |

    2. in-nota korrispondenti fil-qiegħ tal-paġna hija miżjuda:

    "(3) (3) Id-dħul temporanju u l-importazzjoni permanenti fil-Komunità taż-żwiemel reġistrati biss huma awtorizzati."

    Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

    1. il-kelmiet li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I:

    "Grupp F

    L-Afrika ta' Isfel (1)";

    2. fl-Anness II għandu jiżdied dan li ġej:

    (a) "F. Ċertifikat tas-saħħa għad-dħul temporanju taż-żwiemel reġistrati minn pajjiżi terzi assenjati lill-grupp F."

    ;

    (b) L-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

    1. il-kelmiet li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I:

    "Grupp F

    L-Afrika ta' Isfel (1)";

    2. fl-Anness II għandu jiżdied dan li ġej:

    (a) "F. Ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni taż-żwiemel reġistrati u ż-żwiemel għat-trobbija u l-produzzjoni minn pajjiżi terzi assenjati lill-Grupp F."

    ;

    (b) l-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 224, tat-18. 8. 1990, pġ. 42.

    [2] ĠU Nru L 146, ta’ l-14. 6. 1979, pġ. 15.

    [3] ĠU Nru L 279, tal-31. 10. 1996, p. 33.

    [4] ĠU Nru L 71, tat-18. 3. 1992, pġ. 27.

    [5] ĠU Nru L 304, tas-16. 12. 1995, pġ. 49.

    [6] ĠU Nru L 130, tal-15. 5. 1992, pġ. 67.

    [7] ĠU Nru L 107, tat-30. 4. 1996, pġ. 1.

    [8] ĠU Nru L 86, tas-6. 4. 1993, pġ. 16.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Garanziji addizzjonali li japplikaw għar-reġjonalizzazzjoni ta' l-Afrika ta' Isfel dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea taż-żwiemel irreġistrati

    1. Il-mard segwenti għandu jkun innotifikat b'mod obbligatorju fl-Afrika ta' Isfel:

    Id-deni Afrikan taż-żwiemel (AHS - DAŻ), il-glanders, id-dourine, it-tipi kollha ta' l-enċefalomilitis fiż-żwiemel inkluża dik tal-Venezwela, l-anemija infettiva taż-żwiemel, stomatitis vesikulari, it-traċna u r-rabbja.

    Iż-żona kollha tal-Provinċja tal-Punent tal-Cape hija dikjarata bħala 'żona ta' kontroll għad-deni Afrikan taż-żwiemel' bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Mard ta' l-Annimali. Fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni tad-deni Afrikan taż-żwiemel, it-territorju tal-Provinċja tal-Punent tal-Cape huwa maqsum fiż-żona ħielsa mid-deni Afrikan taż-żwiemel, iż-żona ta' sorveljanza u ż-żona ta' protezzjoni.

    Fil-Provinċja tal-Punent tal-Cape, id-deni Afrikan taż-żwiemel huwa meqjus bħala 'marda kontrollata' bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Mard ta' l-Annimali.

    2. Reġjonalizzazzjoni:

    2.1. Iż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel.

    Iż-żona metropolitana ta' Cape Town hija ż-żona ħielsa mid-deni Afrikan taż-żwiemel u hija delineata kif ġej: iż-żona metropolitana ta' Cape Town iddelineati kif ġej:

    —il-konfini tat-tramuntana: | It-Triq Blaauberg (M14) |

    —il-konfini tal-lvant: | It-Triq Koeberg (M14); It-Triq Plaatekloof (M14), It-Triq ewlenija N7, It-Triq ewlenija N1 u t-Triq ewlenija M5 |

    —il-konfini ta' nofsinhar: | It-Triq Ottery, il-Prince George's Drive, it-Triq Wetton, it-Triq Riverstone, it-Triq Tennant, il-Newlands Drive, it-Triq Paradise, il-Union Drive sa l-Istazzjoni Forestali ta' Newlands u jaqsam Echo Gorge ta' Table Mountain sal-Bajja ta' Camps |

    —il-konfini tal-punent: | il-linja kostali mill-Bajja ta' Camps sat-Triq Blaauwberg |

    2.2. Iż-żona ta' sorveljanza għad-deni Afrikan taż-żwiemel:

    Iż-żona ħielsa mid-deni Afrikan taż-żwiemel hija mdawra b'żona ta' sorveljanza ta' minn lanqas 50 km wisa' li tinkludi d-distretti maġisterjali ta' Cape Town, Vredenburg, Hopefield, Moorreesburg, Malmesbury, Wellington, Paarl, Stellenbosch, Kuilsrivier, Goodwood, Wynberg, Simonstown, Somerset West, Mitchell's Plain u Strand u hija definita bix-xmara Berg min-naħa tat-tramuntana, il-Muntanji Hottentots Holland fuq in-naħa tal-lvant u l-kosta lejn in-naħa ta' nofsinhar u dik tal-punent.

    2.3. Iż-żona ta' protezzjoni tad-deni Afrikan taż-żwiemel:

    Iż-żona ta' sorveljanza hija mdawra b'żona ta' protezzjoni ta' mil-lanqas 100 km wisa' li tinkludi d-distretti maġisterjali ta' Vanrynsdorp, Vredendal, Clanwilliam, Piketberg, Ceres, Tulbagh, Worcester, Caledon, Hermanus, Bredasdorp, Robertson, Montagu, Swellendam, Laingsburg, Ladismith, Heidelberg, Riversdale, Mossel Bay, Calitzdorp, Oudtshoorn, George, Knysna, Uniondale, Prince Albert, Beaufort west u Murraysburg.

    2.4. Iż-żona infettata mid-deni Afrikan taż-żwiemel:

    Il-parti tat-territorju tar-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel 'il barra min-naħa tal-punent ta' Cape Province.

    3. Vaċċinazzjoni (tilqim):

    3.1. L-ebda vaċċinazzjoni sistematika kontra d-deni Afrikan taż-żwiemel m'hi awtorizzata fiż-żona ħielsa u f'dik ta' sorveljanza.

    B'dana kollu, b'deroga d-Direttur tas-Saħħa ta' l-Annimali fi ħdan il-Ministeru ta' l-Agrikoltura ta' l-Afrika ta' Isfel jista' jawtorizza l-vaċċinazzjoni, bl-użu ta' vaċċin polivalenti AHS reġistrat kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin u li jitwettaq b'mod esklussiv minn veterinarju, ta' dawk iż-żwiemel skedati biex iħallu ż-żona ħielsa jew dik ta' sorveljanza lil hinn mill-perimetri taż-żona ta' sorveljanza bil-patt li dawn iż-żwiemel ma jkunux jistgħu jħallu l-qasam sat-tluq tagħhom għal destinazzjoni barra ż-żona ħielsa u dik ta' sorveljanza.

    3.2. Meta l-vaċċinazzjoni taż-żwiemel irreġistrati kontra d-deni Afrikan taż-żwiemel (AHS - DAŻ) titwettaq f'żoni il-barra minn dik ħielsa u dik ta' sorveljanza, din għandha ssir minn veterinarju li għandu jagħmel użu minn vaċċin polivalenti ta' l-AHS reġistrat, kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin, u l-vaċċinazzjoni għandha tkun inkluża fil-passaport.

    4. Ir-reġistrazzjoni ta' l-oqsma u l-identifikazzjoni ta' żwiemel:

    4.1. Fiż-żona ħielsa l-oqsma kollha (l-oqsma fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 (a) tad-Direttiva 90/426/KEE) ikunu identifikati, reġistrati u sorveljati mill-veterinarju ta' l-Istat taż-żona.

    4.2. Iż-żwiemel residenti kollha fiż-żona ħielsa jiġu identifikati u d-dokumenti kollha jinżammu. Dawn ta' l-aħħar ikunu jinkludu l-informazzjoni dwar il-moviment kif ukoll fuq is-saħħa u l-istorja tal-vaċċinazzjoni ta' kull annimal.

    5. Il-kontroll tal-moviment

    5.1. Kull moviment taż-żwiemel miż-żona infettata għal dik ta' protezzjoni, ta' sorveljanza u dik ħielsa u kwalunkwe moviment ta' żwiemel miż-żona ta' protezzjoni għal dik ta' sorveljanza u dik ħielsa u kwalunkwe moviment ta' żwiemel miż-żona ta' sorveljanza għal dik ħielsa huwa projbit.

    5.2. B'dana kollu, b'deroga għall-projbizzjonjiet stabbiliti fil-paragrafu 5.1, iż-żwiemel għajr dawk reġistrati jistgħu jiddaħħlu miż-żona infettata għal dik ta' protezzjoni, dik tas-sorveljanza u dik ħielsa, u miż-zona ta' protezzjoni għal dik ta' sorveljanza u dik ħielsa, u miż-żona ta' sorveljanza għal dik ħielsa esklussivament permezz tal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 (3) tad-Direttiva 90/426/KE.

    5.2.1. Ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awissu huma l-perjodu bla periklu għal kontra l-insetti li jġorru l-mard kif meħtieġ fl-Artikolu 5 (3) (a) tad-Direttiva 90/426/KEE.

    5.2.2. Iż-żwiemel jinħeslu mill-kwarantina identifikati kif suppost.

    5.2.3. B'żieda mad-disposizzjonijiet li hemm fil-paragrafu 5.2, iż-żwiemel għall-qatla m'għandhomx jidħlu fiż-żona ħielsa u għandhom jidħlu f'dik tas-sorveljanza taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali biss għall-qatla immedjata f'biċċeriji magħżula apposta.

    5.3. B'dana kollu, b'deroga għad-disposizzjonijiet fil-paragarfu 5.1, il-moviment taż-żwiemel irreġistrati miż-żona infettata lejn dik ta' protezzjoni jista' jitħalla jseħħ taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    5.3.1. Iż-żiemel għandu jkun identifikat b'passaport u d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom ikunu mniżżla fil-passaport.

    5.3.2. Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li qed jibgħat lill-veterinarju uffiċjali responsabbli fid-distrett tad-destinazzjoni.

    5.3.3. iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat li jkun parti mill-passaport u maħruġ mill-veterinarju uffiċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 (g) tad-Direttiva 90/426/KEE) mill-bini ta' l-oriġini.

    5.3.4. iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:

    - kien klinikament eżaminat fi żmien 48 siegħa tad-dispaċċ u ma wera l-ebda sinjali kliniċi ta' mard,

    - matul l-aħħar 15-il ġurnata ma kienx f'kuntatt (sa fejn jista' jkun aċċertat) ma' żwiemel oħra li jsofru minn mard infettiv jew li jittieħed,

    - mhuwiex ġej minn xi żona fejn restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra jkunu fis-seħħ u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji,

    - ma jkunx ġej minn qasam fejn kien hemm każ tad-deni Afrikan taż-żwiemel matul l-aħħar 60 ġurnata,

    - kien imlaqqam kontra d-deni Afrikan taż-żwiemel minn veterinarju li uża vaċċin polivalenti reġistrat għal kontra din il-marda kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin, minn ta' lanqas 60 jum u mhux aktar minn 24 xahar, qabel id-dħul ta' l-annimal fiż-żona ta' protezzjoni.

    5.4. B'dana kollu, b'deroga għad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 5.1, il-moviment taż-żwiemel reġistrati minn żona infettata jew minn dik ta' protezzjoni għaż-żona ta' sorveljanza tista' tkun awtorizzata permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    5.4.1. Iż-żiemel irid ikun identifikat b'passaport waqt li d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fil-passaport.

    5.4.2. Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li qed jawtorizza l-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali fid-distrett tad-destinazzjoni.

    5.4.3. Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat li jkun parti mill-passaport u maħruġ mill-veterinarju uffċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 (g) tad-Direttiva 90/426/KEE) fil-bini ta' l-oriġini.

    5.4.4. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:

    - - kien klinikament eżaminat fi żmien 48 siegħa mid-dispaċċ u ma wera l-ebda sinjali kliniċi ta' mard,

    - matul dawn l-aħħar 15-il ġurnata ma kienx f'kuntatt (sa fejn jista' jkun aċċertat) ma' żwiemel oħra li jsofru minn xi marda infettiva jew li tittieħed,

    - ma joriġinax minn żona fejn hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji,

    - ma jkunx ġej minn qasam fejn kien hemm każ tad-deni Afrikan taż-żwiemel matul l-aħħar 60 ġurnata,

    - kien imlaqqam kontra d-deni Afrikan taż-żwiemel minn veterinarju li uża vaċċin polivalenti reġistrat għal kontra din il-marda kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin f'mhux inqas minn 60 jum u mhux aktar minn 24 xahar, qabel id-dħul ta' l-annimal fiż-żona tas-sorveljanza.

    5.5. B'dana kollu, b'deroga għad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 5.1, il-moviment taż-żwiemel reġistrati fiż-żona ħielsa jista' jkun awtorizzat permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    5.5.1. Iż-żwiemel irreġistrati jistgħu jitmexxew miż-żona infettata jew minn dik ta' protezzjoni jew minn dik ta' sorveljanza għaż-żona ħielsa permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    5.5.1.1. Iż-żiemel għandu jkun identifikat b'passaport u d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom ikunu mniżżla fil-passaport.

    5.5.1.2. Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li jawtorizza l-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali tad-distertt tad-destinazzjoni.

    5.5.1.3. Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat li jifforma parti mill-passaport u jkun maħruġ mill-veterinarju uffiċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 (g) tad-Direttiva 90/426/KEE) fil-bini ta' l-oriġini.

    5.5.1.4. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:

    - kien klinikament eżaminat matul 48 siegħa mid-dispaċċ u ma wera l-ebda sinjali kliniċi ta' mard,

    - matul dawn l-aħħar 15-il ġurnata ma kienx ġie f'kuntatt (sa fejn jista' jkun aċċertat) ma' żwiemel oħra li jbatu minn xi mard infettiv jew li jittieħed,

    - ma joriġinax minn żona fejn hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji,

    - ma jkunx ġej minn qasam fejn kien hemm każ tad-deni Afrikan taż-żwiemel matul l-aħħar 60 ġurnata,

    - fil-każ, iż-żiemel joriġina minn żona 'l barra minn dik ta' sorveljanza, kien imlaqqam kontra d-deni Afrikan taż-żwiemel minn veterinarju li uża vaċċin polivalenti reġistrat għal kontra din il-marda kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin f'mhux imqas minn 60 ġurnata u mhux aktar minn 24 xhar, qabel ma dan jidħol fiż-żona ħielsa.

    5.5.2. B'dana kollu, b'deroga għad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 5.5.1, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jistgħu jagħtu liċenzja għad-dħul temporanju fiż-żona ħielsa ta' żiemel irreġistrat minn qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    5.5.2.1. iż-żiemel ikun akkumpanjat minn passaport. Id-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fuq il-passaport.

    5.5.2.2. iż-żiemel ikun immarkat b'tali mod biex tkun assigurata verifika sempliċi ta' l-identità u b'hekk tkun tista' ssir korrelazzjoni bejn l-annimal u l-passaport.

    5.5.2.3. Il-passaport ikun fih il-liċenzja. Il-liċenzja għandha tiġi rtirata fil-każ li l-kondizzjonijiet li taħthom il-liċenzja tkun inħarġet ma jkunux għadhom aktar imwettqa.

    5.5.2.4. Iż-żiemel ma jkunx ġej minn żona fejn ikun hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji.

    5.5.2.5. Il-qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza jkun inkluż fi programm ta' sorveljanza ekwivalenti għal dak li jsir fiż-żona ħielsa.

    5.5.2.6. Iż-żiemel jiddaħħal biss minn sagħtejn wara tlugħ ix-xemx sa sagħtejn qabel inżul ix-xemx fl-istess jum.

    5.5.2.7. Iż-żiemel jinżamm separat minn żwiemel li ma jkunux ta' l-istess status ta' saħħa.

    5.5.3. B'dana kollu, b'deroga għad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 5.5.1, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jistgħu joħorġu liċenzja għad-dħul mill-ġdid ta' żiemel reġistrat f'qasam fiż-żona ħielsa li jkun qiegħed jirritorna wara moviment temporanju lejn oqsma magħżula fiż-żona ta' sorveljanza permezz tad-disposizzjonijiet li ġejjin:

    5.5.3.1. Iż-żiemel ikun akkumpanjat minn passaport. Id-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fil-passaport.

    5.5.3.2. Il-passaport għandu jkollu fih il-liċenzja. Il-liċenzja għandha tiġi rtirata fil-każ li l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-liċenzja tkun inħarġet ma jkunux għadhom aktar imwettqa.

    5.5.3.3. Iż-żiemel ma jkunx ġej minn żona fejn ikun hemm fis-seħħ restrizzjonijiet veterinarji marbuta ma' mard li jittieħed minn żwiemel oħra u ma jkunx ġej minn qasam li jkun taħt restrizzjonijiet veterinarji.

    5.5.3.4. Il-qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza huwa inkluż fi programm ta' sorveljanza ekwivalenti għal dak li jsir fiż-żona ħielsa.

    5.5.3.5. Iż-żiemel jitħalla jiċċaqlaq minn żona ħielsa għal żona ta' sorveljanza u lura għal dik ħielsa biss minn sagħtejn wara tlugħ ix-xemx sa sagħtejn qabel inżul ix-xemx fl-istess jum.

    5.5.3.6. Iż-żiemel jinżamm separat minn żwiemel li ma jkunux ta' l-istess status ta' saħħa.

    6. Sorveljanza

    6.1. Sorveljanza kontinwa ssir fiż-żona ħielsa u fiż-żona ta' sorveljanza li ddur magħha.

    6.2. Ta' kull xahar issir sorveljanza sero-epidemijoloġika għad-deni Afrikan taż-żwiemel fuq minn ta' lanqas 60 żiemel ta' l-għassa identifikati bħala mhux imlaqqma u mferrxa ma' tul iż-żona ħielsa u dik ta' sorveljanza kollha biex ikun ikkonfermat in-nuqqas tad-deni Afrikan taż-żwiemel fiż-żona ħielsa kif ukoll f'dik ta' sorveljanza. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu kkomunikati ta' kull xahar lill-Kummissjoni.

    6.3. Il-każi kollha ta' mwiet ta' żwiemel fiż-żona ħielsa li jkunu ssuspettati minħabba xi marda infettiva u kwalunkwe mewt ta' żiemel identifikat, ikunu eżaminati permezz ta' nekropsja uffiċjali u r-riżultati jkunu kkonfermati bi proċeduri diagnostiċi aċċettabbli u jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    7. Il-kriterji ta' residenza

    7.1. Iż-żwiemel reġistrati intiżi għall-importazzjoni permanenti fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu residenti fiż-żona ħielsa għal tliet xhur jew mit-twelid jekk ikollhom inqas minn tliet xhur jew mid-dħul tagħhom jekk dawn kienu impurtati direttament mill-Komunità Ewropea matul it-tliet xhur ta' qabel.

    7.2. Iż-żwiemel irreġistrati intiżi għal dħul temporanju fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu residenti matul l-aħħar 60 ġurnata immedjatament qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea f'oqsma taħt sorveljanza veterinarja:

    - fiż-żona ħielsa,

    jew

    - fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea, jekk dawn ikunu ġew impurtati lejn iż-żona ħielsa ta' l-Afrika ta' Isfel direttament minn Stat Membru tal-Komunità Ewropea,

    jew

    - fit-territorju jew parti mit-territorju ta' pajjiżi terzi approvati mill-Komunità Ewropea għad-dħul temporanju jew l-importazzjoni permanenti taż-żwiemel reġistrati b'mod konformi mad-Direttiva 90/426/KEE jekk dawn kienu ġew importati fiż-żona ħielsa ta' l-Afrika ta' Isfel direttament u permezz tal-kondizzjonijiet stretti daqs dawk stabbiliti għad-dħul temporanju jew l-importazzjoni permanenti taż-żwiemel irreġistrati mill-pajjiżi terzi kkonċernati direttament fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    8. Kriterji ta' kwarantina

    8.1. Iż-żwiemel reġsitrati intiżi għall-importazzjoni jew għad-dħul temporanju fil-Komunità għandhom ikunu għaddew minn 40 jum ta' iżolament qabel l-esportazzjoni fi stazzjon ta' kwarantina approvat uffiċjalment u protett kontra l-mard. Dan il-perjodu huwa parti obbligatorja mill-perjodu ta' residenza meħtieġ fiż-żona ħielsa.

    8.2. Matul il-perjodu ta' l-iżolament iż-żiemel għandu jinżamm ġo stalla protetta minn aġenti li jġorru mard minn ta' lanqas minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara t-tlugħ ix-xemx ta' l-għada. Jekk ikun meħtieġ xi eżerċizzju, dan għandu jsir fil-perimetri delineati tal-bini ta' kwarantina taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali, wara li jkun ingħata t-titlqim effettiv għal kontra l-insetti qabel it-tneħħija tiegħu mill-istalla, u f'iżolament strett minn żwiemel li ma jkunux imħejjija għall-esportazzjoni permezz tal-kondizzjonijiet li jkunu minn ta' lanqas stretti daqs dawk meħtieġa għad-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea.

    8.3. S'issa l-istazzjon tal-kwarantina fil-Ġonna Montagu u f'Kenilworth Racecourse biss ġew identifikati għall-istabbiliment ta' dawn il-faċilitajiet ta' kwarantina fiż-żona ħielsa metropolitana ta' Cape Town. L-awtoritajiet veterinarji ntrabtu li javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-approvazzjoni ta' stazzjonijiet ta' kwarantina addizzjonali.

    9. Il-kriterji tat-test

    9.1. Matul il-perjodu ta' l-iżolament, it-testijiet tas-saħħa ta' l-annimal għad-deni Afrikan taż-żwiemel, id-dourine, l-enċefalożi taż-żwiemel u kwalunkwe marda oħra, kif meħtieġ fiċ-ċertifikati xierqa tas-saħħa ta' l-annimali, għandhom jitwettqu, bir-riżultati jkunu speċifikati fiċ-ċertifikat.

    9.2. It-testijiet kollha tas-saħħa għandhom isiru f'laboratorju akkreditat.

    10. Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal jinħareġ u jkun iffirmat mill-veterinarju uffiċjali ta' l-istazzjon tal-kwarantina.

    11. It-trasport taż-żwiemel minn stazzjon tal-kwarantina għal ġo l-ajruplan għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet ta' protezzjoni minn aġenti li jġorru l-mard. Iż-żwiemel reġistrati jiġu ttrasporti bl-ajruplan direttament lejn il-Komunità Ewropea.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    "

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    "

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top