Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2505

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u jemenda Regolament (KE) Nru 3059/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (l-ewwel serje 1996)

    ĠU L 345, 31.12.1996, p. 1–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32010R0007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2505/oj

    31996R2505



    Official Journal L 345 , 31/12/1996 P. 0001 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96

    tal-20 ta' Diċembru 1996

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u jemenda Regolament (KE) Nru 3059/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (l-ewwel serje 1996)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28 miġjub fih,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-produzzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali mhix biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu fil-Komunità; billi, konsegwentament, il-fornitura mill-Komunità ta' prodotti ta' dan it-tip tkun tiddependi konsiderevolment fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi; billi il-ħtiġiet l-aktar urġenti tal-Komunità għal prodotti f'dan il-każ għandhom ikunu milħuqa immedjetament bl-aktar termini favorevoli; billi l-kwoti ta' tariffi tal-Komunità b'dazju mnaqqas jew żero għandhom għalhekk ikunu miftuħa fil-limiti tal-volummi xierqa billi jittieħed akkont tal-ħtieġa li ma jkunux imfixxkla s-swieq ta' prodotti bħal dawn u l-anqas il-bidu jew l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Komunità;

    Billi huwa meħtieġ, partikolarment, li jkun assigurat għall-importaturi kollha tal-Komunità aċċess ugwali u mingħajr interruzzjonijiet għall-imsemmija kwoti u biex ikun assigurat it-tħaddim mingħajr interruzzjoni tar-rati mitluba għall-kwoti tal-importazzjoni kollha tal-prodotti konċernati fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jkunu ntużaw kollha;

    Billi d-deċiżjoni biex jinfethu l-kwoti ta' tariffi tal-Komunità għandha tittieħed mill-Komunità; billi, biex tkun assigurata effiċjenza fl-amministrazjoni komuni ta' dawn il-kwoti, ma hemm l-ebda ostakolu raġjonevoli għall-awtorizzar tal-Istati Membri li jieħdu mill-volummi tal-kwoti il-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu mal-importazzjoni attwali; billi, b'dana kollu, dan il-metodu ta' amministrazzjoni jinħtieġ koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din ta' l-aħħar għandha partikolarment tkun tista tissorvelja r-rata li biha l-kwoti jkunu użati u tinforma lill-Istati Membri kif xieraq;

    Billi l-produzzjoni ta' ċerti prodotti industrijali fil-Komunità se tibqa, matul l-1996, li ma tkunx tista tilħaq il-ħtiġiet speċifiċi tal-industriji li jagħmlu użu fil-Komunita; billi, b'konsegwenza, il-fornitura fil-Komunità ta' prodotti ta' dan it-tip sejra tkun tiddependi konsiderevolament fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi; billi il-ħtiġiet l-aktar urġenti tal-Komunità għal dawn il-prodotti f'dan il-każ għandhom jintlaħqu immedjetament fuq it-termini l-aktar favorevoli;

    Billi, bir-Regolament (KE) Nru 3059/95 [1], il-Kunsill fetaħ, għall-1996, kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali; billi l-volumm ta' kwota għall-ferro-chromium (Ordni Nru 09.2711), għall-isopropylidene-bis (Ordni Nru 09.2859) u għall-oscillator (Ordni Nru 09.2939) għandha tkun miżjuda;

    Billi r-regolamenti eżistenti dwar il-ftuħ ta' dazji awtonomi tat-Tariffi Komuni Doganali fuq ċerti prodotti industrijali jew agrikoli kienu l-aktar iġeddu l-miżuri ta' qabel; billi, għalhekk, fl-interess tar-razzjonalizzazzjoni tal-implementazzjoni tal-miżuri kkonċernati, jidher li jkun xieraq li ma jkunx illimitat il-perjodu tal-validità ta' dan ir-Regolament minħabba li l-iskop tiegħu jista jkun addottat u prodotti miżjuda jew imneħħija mil-lista permezz ta' Regolament tal-Kunsill, jekk ikun meħtieġ; billi t-trasferiment ta' kwantitajiet mhux użati minn perjodu wieħed ta' kwota għal ieħor sussegwenti mhux permissibli;

    Billi l-emendi għan-nomenklatura magħquda u l-kodiċi Taric ma jagħtux bidu għal xi emendi kbar; billi, għal raġunijiet ta' simplifikazjoni, disposizzjoni għandha ssir biex tawtoriżża lill-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, biex tagħmel l-emendi meħtieġa u l-adattazzjonijiet tekniċi għall-Anness ta' dan ir-Regolament, inkluża l-publikazzjoni ta' verżjoni ikkonsolidata;

    Billi għandu jkun possibli għal din il-proċedura li tkun applikata sabiex titħaffef il-proċedura meta jsir ċar matul sena kalendarja li ż-żieda fil-kwota tat-tariffa jew l-estenzjoni ta' perjodu ta' kwota jkunu meħtieġ; billi miżuri bħal dawn għandhom ikunu meqjusa li huma temporanji sakemm teskadi s-sena kalendarja relevanti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Id-dazji tal-importazzjoni fuq l-oġġetti mniżżla fl-Anness I għandhom ikunu sospiżi bir-rata tad-dazju indikata għal perjodi u għall-ammonti indikati hemmhekk.

    2. Fir-Regolament (KE) Nru 3059/95, it-tabella murija fl-Anness għandha tkun mibdulha, għal Ordnijiet Nru 09.2711, 09.2859 u 09.2939, bit-tabella murija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-kwoti ta' tariffi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 għandhom ikunu immaniġġjati mill-Kummissjoni, li tista tieħu l-miżuri amministrattivi kollha xierqa sabiex tassigura amministrazzjoni effettiva tagħhom.

    Artikolu 3

    Jekk l-importatur jippreżenta fi Stat Membru dokument tad-dħul għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, inkluża talba għal benefiċċju preferenzjali għal prodott kopert b'dan ir-Regolament u jekk dan id-dokument tad-dħul għal rilaxx ikun aċċettat mill-awtoritajiet doganali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u jhejju ammont li jkun korrespondenti għall-ħtiġiet tiegħu mill-ammont tal-kwota korrespondenti.

    Din it-talba b'indikazzjoni tad-data tal-aċċettazzjoni ta' l-imsemmija dokument tad-dħul, għandha tkun trasmessa lill-Kummissjoni mingħajr ebda dewmien.

    Permess għal dan it-teħid jingħata mill-Kummissjoni li tirreferi għad-data tal-aċċettazjoni tad-dokument tad-dħul għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri konċernati sakemm il-bilanċi disponibbli jkunu jippermettu.

    Jekk Stat Membru ma jużax l-ammonti meħuda hu għandu jagħtihom lura kemm jista jkun malajr skond il-kwota għandu jreġġagħom lejn l-ammont tal-kwota korrespondenti.

    Jekk l-ammonti mitluba jkunu akbar mill-bilanċ disponibbli tal-ammont tal-kwota, l-allokazzjoni għandha ssir fuq bażi pro rata f'dak li għandu x'jaqsam mat-talbiet. L-Istati Membri għandhom ikunu infurmati mill-Kummissjoni dwar it-teħid magħmul.

    Artikolu 4

    Kull Stat Membru għandu jassigura li importaturi tal-prodotti konċernati jkollhom aċċess ugwali u mingħajr waqfien għall-kwoti għal dak il-perjodu permess mill-bilanċ residwu tal-volummi tal-kwota.

    Artikolu 5

    L-IStati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jiżguraw illi dan ir-Regolament jiġi mħares.

    Artikolu 6

    L-emendi u l-adattazjonijiet tekniċi, inkluża l-pubblikazzjoni ta' versjoni konsolidata, li toriġina mill-emendi tan-nomeniklatura maagħquda u tal-kodiċi Taric għandhom ikunu addottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

    Jekk ikun jidher ċar matul sena kalendarja:

    - li kwantità ta' kwota ma tkunx biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġiet tal-industrija tal-Komunità, billi jiġi kkunsidrat il-potenzjal tal-produzzjoni fil-Komunità, jew

    - estensjoni tal-kwota ta' tariffa b'perjodu ta' validità llimitata jkun meħtieġ ’il hinn minn dan il-perjodu biex jissodisfa l-ħtiġiet tal-industrija tal-Komunità, billi jittieħed akkont tal-potenzjal tal-produzzjoni fil-Komunità,

    il-kwota kkonċernata tista', sakemm dan isir sa l-aħħar tas-sena kalendarja, tkun miżjuda b'mhux aktar minn 50 % jew il-perjodu tal-kwota jkun imtawwal għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

    Artikolu 7

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bis-saħħa ta' l-Artikolu 247 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [2].

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jiġu adotti. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu taż-żmien li l-President tiegħu jippreskrivi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Kounita għandhom jitwieżnu fil-manjiera dikjarata f'dan l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri, li jkunu japplikaw immedjetament. Madankollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom jiġu komunikati mill-Kumissjoni lill-Kunsill mill-ewwel. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikar tal-miżuri li dwarhom hi tkun iddeċidiet, għal tliet xhur mid-data ta' dik il-komunikazjoni.

    Il-Kunsill, li jaġixxi skond maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limiti taż-żmien li hemm riferenza għalih fil-paragrafu preċedenti.

    3. Il-Kumtitat jista' jeżamina kull materja marbuta mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mqajma mil-president tiegħu, kemm fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' Stat Membru.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 1997 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Anness I u mill-1 ta' Jannar 1996 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Anness II.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-20 ta' Diċembru 1996.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Barrett

    [1] ĠU L 326, tat-30.12.1995, p. 19. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1535/96 (ĠU L. 191, ta' l- 1.8.1996, p. 16).

    [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat bl-Att tas-Sħubija 1994

    --------------------------------------------------

    ANNESS 1

    Ordni nru. | Kodiċi NM | Kodiċi Taric | Deskrizzjoni | Ammont ta' kwota | Dazju fuq il-Kwota | Perjodu tal-Kwota |

    09.2701 | ex03019200 | 10 | Eels (Anguilla spp.) friski, mkessħa jew iffriżata, maħsuba għall-ipproċessar minn kumpanniji li jagħmlu curing jew tqaxxir jew għall-użu fil-manifattura industrijali ta' prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1604 | 4000 tunnellata | 0 | 1.7 – 30.06 tas-sena ta' wara |

    ex03026600 | 10 |

    ex03037600 | 10 |

    09.2703 | ex28253000 | 10 | Vanadium oxides u hydroxides li mhumiex fil-forma ta' trab, għall-użu esklussiv tal-produzzjoni ta' alloys | 13000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2711 | 72024110 | — | Ferro-kromju — li għandu piż ta' aktar minn 4 % ta' Karbon | 550000 tunnellata | 0 | 1. 1 – 31.12 |

    72024191 |

    72024199 |

    09.2713 | | | Cirasa ħelwa, immarinata fl-alkoħol, b'dijametru ta' mhux aktar minn 19.9 mm, mgħaffġa, maħsuba għal manifattura tal-prodotti taċ-ċikkulata: | 2000 tunnellata | | 1. 1 – 31.12 |

    ex20086019 | 10 | — b'kontenut ta' zokkor li b'piż li jaqbeż id-9 % | 10 |

    ex20086039 | 11/19 | — b'kontenut ta' zokkor b'piż li ma jaqbiżx id-9 % | 10 |

    09.2719 | | | Cirasa qarsa (Prunus cerasus), immarinata fl-alkoħol, b'dijametru ta' mhux aktar minn 19.9 mm, mgħaffġa, maħsuba għal manifattura tal-prodotti taċ-ċikkulata: | 2000 tunellata | | 1. 1 – 31. 12 |

    ex20086019 | 20 | — b'kontenut ta' zokkor li b'piż li jaqbeż id-9 % | 10 |

    ex20086039 | 20 | — b'kontenut ta' zokkor b'piż li ma jaqbiżx id-9 % | 10 |

    09.2727 | ex39029020 | 93 | Poly-alpha-olefin sintetiku b'kinetic viscosity ta' mhux anqas minn 38 × 10 –6 m2 s–1 (38 centistokes) f'temperatura ta' 100 gradi celsius, imkejla bil-metodu ASTM D 445 | 7500 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2729 | ex08119095 | 10 | Boysenberries, ippreservata permezz tal-iffriżar, li mhix miżjuda biz-zokkor, lesti għall-industrija tal-ipproċessar | 1500 tunnellata | 12 | 1.1 – 31.12 |

    09.2791 | ex39059990 | 92 | Polyvinyl butyral fil-forma ta' trab, għall-produzzjoni ta' film għal safety glass laminat | 2000 tunnellata | 5 | 1.1 – 30.6 1997 |

    09.2797 | ex85407100 | 91 | Magnetrons b'kurrent elettriku ta' mhux aktar minn 1000 W, għall-manifattura ta' microwave ovens | 650000 unit | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2799 | ex72024990 | 10 | Ferro-kromju b'kontenut ta' karbon ta' 1.5 % jew aktar imma mhux aktar minn 4 % u mhux aktar minn 70 % ta' kromju | 24000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2809 | ex38029000 | 10 | Montmorillonite li huwa attivat bl-aċidu għall-manifattura ta' self-copy pape | 10000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2811 | ex29029080 | 20 | 4-benzylbiphenyl | 300 tunnellata | 0 | 1.1 –31.12 |

    09.2829 | ex38249095 | 19 | Estratt solidu ta' residwu li ma jinħallx fi solventi alifatiċi li jinħolqu meta tiġi estratta r-reżina mill-injam, bil-karattarestiċi li ġejjin: — Kontenut ta' aċidu tar-reżina b'piż ta' mhux aktar minn 30 % — Numru ta' aċidu li ma jaqbiżx il-110, u — Melting point ta' mhux anqas minn 100 °C | 1600 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2837 | ex29034980 | 10 | Bromochloromethane | 350 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2841 | ex27129099 | 10 | Taħlita ta' 1-elkenes b'piż ta' 80 % jew aktar ta' 1-alkenes b'tul ta' 20 u 22 carbon atoms | 8000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2845 | ex29141990 | 10 | 3,3 – Dimethylbutanone | 750 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2847 | ex29147090 | 10 | 1-Chloro-3,3-Dimethylbutanone | 750 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2849 | ex07108069 | 10 | Faqqiegħ ta' l-ispeċi Auricularia polytricha, stimjata, mgħollija jew iffriżata, għall-produzzjoni ta' ikliet ippreparati | 700 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2851 | ex29071200 | 10 | O-Cresol b'purità ta' mhux anqas minn 98,5 % bħala piż | 13000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2853 | ex29309070 | 35 | Glutathione | 15-il tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2859 | ex29094990 | 10 | 2,2 – Isopropylidene-bis (p-phenyleneoxy) diethanol forma solida | 1300 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2867 | ex32074080 | 10 | Granulata tal-ħġieg, b'kontenut skond il-piż: —73 % jew aktar imma mhux aktar minn 77 % ta' silicon dioxide—12 % jew aktar imma mhux aktar minn 18 % ta' dibroron trioxide u—4 % jew aktar imma li ma jaqbiżx it-8 % ta' polyethylene glycol | 150 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2871 | ex70112000 | 70 | Wiċċ tal-ħġieġ b'qies dijagonali ta' 723 mm (+ 3 mm) u b'dimensjoni ta' 602 × 477 (+ 2 mm), għall-manifattura ta' tubi cathode-ray tal-kulur | 350000 unit | 0 | 1.1 – tat- 30.6.1997 |

    09.2881 | ex39019090 | 92 | Chlorosulphonated polyethylene | 6000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2887 | ex29055010 | 10 | 2,2,2-trifluoroethanol | 350 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2889 | 38051090 | — | Sulphate turpentine | 20000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2892 | ex29322980 | 20 | 2-anilino-6-diethylamino-3-methylspiro (isobenzofuranne-1(3H), 9-xanthen) – 3-wieħed | 36 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2894 | ex96089100 | 20 | Ponot tal-felt u ponot porożi għal markers mingħajr kanal intern | 200000000 unit | 0 | 1.1 – tat- 30.6.1997 |

    09.2913 | ex24011041 | 10 | Tabakk naturali mhux maħdum, maqtugħ jew mhux maqtugħ f'qies regulari, b'valur tad-dwana ta' mhux anqas minn ECU 450 kull 100 kg f'piż nett, għall-użu biex ighaqqad jew igeżwer intenzjonat għall-manifattura ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-sotto-titolu 24021000 | 6000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    ex24011049 | 10 |

    ex24011050 | 10 |

    ex24011070 | 10 |

    ex24011090 | 10 |

    ex24012041 | 10 |

    ex24012049 | 10 |

    ex24012050 | 10 |

    ex24012070 | 10 |

    ex24012090 | 10 |

    09.2914 | ex38249095 | 26 | Soluzzjoni ta' l-ilma b'mhux inqas minn 40 % ta' estratt tal-betaine niexef u bejn 5 u 30 % ta' melħ organiku u inorganiku. | 38000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2915 | ex38249095 | 27 | Silicon dioxide b'purità fil-piż ta' 99 % fil-forma ta' partiċelli sferiċi maħlula fil-glycol monoethylene. | 60 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2917 | 29309014 | — | Cystine | 600 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2918 | ex29109000 | 50 | 1,2-Epoxybutan | 500 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2919 | ex87082990 | 10 | Mniefaħ li jintwew għall-manifattura ta' articulated buses | 2600 biċċa | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2920 | ex55020090 | 10 | Ġemgħa ta' cellulose acetate magħmul minn 30000 filament li b'kollox jagħmlu 2,4 decitex | 350 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2933 | ex29036990 | 30 | 1,3-dischlorobenzole | 2600 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2934 | ex38180010 | 30 | Qatgħat tas-silicon imxarrba għall-użu tal-manifattura ta' celloli solari taħt is-sotto-titolu 85414091 | 1300000 unit | 0 | 1,1 – 31.12 |

    09.2935 | 38061010 | — | Gum rosin | 50000 tunnellata | 0 | 1.1 – tat- 30.6.1997 |

    09.2935 | 38061010 | — | Gum rosin | 50000 tunnellata | 0 | 1.7 – 31.12 |

    09.2936 | ex38159090 | 45 | Aġent tal-bidla, fil-forma ta' trab, magħmul minn taħlita ta' oxide tal-vanadium jew fosfru, b'kontenut f'piż ta' 0.5 % jew anqas ta' xi wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin: lithium, potassium, sodium, cadmium jew zinc, għall-użu fil-manifattura tal-maleic anhydride mill-butane | 160 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2937 | ex38180010 | 40 | Wafer tas-silicon imxarrba b'dijametru ta' 200 mm (+ 0,25 mm), għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti li hemm riferenza għalihom fit-titlu 8542 | 800000 unit | 0 | 1.1 – 31. 12 |

    09.2938 | ex70112000 | 65 | Folja tal-ħġieġ b'dijametru ta': —604,5 mm (± 3 mm) u b'dimensjoni 541 × 340 (± 2 mm),— 708 mm (± 3 mm) u b'dimensjoni 633 × 404 mm (± 2 mm) —812,8 mm (± 3 mm) u b'dimensjoni 725,5 × 463,8 mm (± 2 mm),għall-manifattura ta' tubi cathode-rays tal-kulur | 515000 biċċa | 0 | 1.1 – tat- 30.6.1997 |

    09.2939 | 85438990 | 59 | Ossillatur b'vultaġġ ikkontrollat (VCO), eskluż l-ossillatur li jikkumpensa għat-temperatura, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi immuntati fuq ċirkwit ipprintjat imqiegħed f'post immarkat kif ġej: —b'marka ta' identifikazzjoni li tikkonsisti fi jew li tinkludi xi waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet ta' numri u ittri:1012TDK, 1019TDK, EK304, MQC403, MQC404, MQE001, MQE041, MQE042, MQE051, MQE201, MQE411, MQE501, URAEBX956A, URAB8, URAEBX960A, VD2S40, VD2S41, VD5SO7 —jew xi marki ta' identifikazzjoni oħra relatati mal-oġġetti li jaderixxu mad-deskrizzjoni ta' hawn fuq | 9000000 unit | 0 | 1.1 – tat- 30.6.1997 |

    09.2940 | ex39206219 | 65 | Film tal-polyethylene terephthalate, meħxen 9 mikrometri (± 0,5 micrometri) għall-manifattura ta' prodotti li jaqgħu taħt is-sotto-titolu 85231300 | 300 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.1.12 |

    09.2941 | ex84717053 | 60 | Hard disk storage unit, esklużi units li jużaw diski inkorporati f'cartridges li jinqalgħu, tal-qisien 2,5, 3,5 jew 5,25, b'kapaċità totali,meta huma ifformatjati, ta' mhux aktar minn 18-il gigabajt, għall-użu fil-manifattura tal-prodotti li jaqgħu taħt is-sotto-titolu 8471 | 25000000 unit | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2942 | ex29171990 | 40 | Dodecanadioic acid ta' purità b'piż akbar minn 98,5 % | 1000 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2943 | ex85312080 | | Liquid crystal display (LCD) b'matrix passiv, li fih komponenti elettroniċi b'funzjoni ta' drive jew kontroll | 40000000 unit | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2944 | 90138030 | | Apparat bil-liquid crystal, li mhux apparat bl-active matrix | 40000000 unit | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2945 | ex29400090 | 10 | D-Xylose | 1500 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2946 | ex38180010 | 50 | Wafer tas-silicon imxarrba, b'dijametru ta' 150 mm (± 0,5 mm), b'wiċċ akbar minn 10 microns li fih ma jkunx hemm anqas minn 6 x 108bulk micrometers defects, għall-użu fil-manifattura ta' oġġetti taħt it-titlu 8542 | 30000 unit | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2947 | ex39046990 | 95 | Polyfluorene ta' vinylidene, fil-forma ta' trab, intenzjonat għall-manifattura ta' żebgħa jew verniċ li jistgħu jiġu applikati fuq il-metall | 900 tunnellata | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2948 | ex85299089 | 33 | Tastieri għat-telefons ċellulari li jinkludu saff tas-silicon kif ukoll saff tal-plastik intenzjonati għall-manifattura ta' radio-telefons mingħajr fil taħt is-sotto-titolu 85252091 | 8000000 biċċa | 0 | 1.1 – 31.12 |

    09.2949 | ex85438990 | 53 | Ossillatur li jikkumpensa għat-temperatura, li jinkludi ċirkwit ipprintjat li fuqu ta' l-anqas hemm immuntat piewo-electric crystal u adjustable capacitor impoġġi f'post immarkat kif ġej: —b'marka ta' identifikazzjoni li tikkonsisti fi jew li tinkludi waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet:3211A-ANF50, 5111B-ANL51, TCXO111, TX02603 —jew marki ta' identifikazzjoni oħra marbuta ma' apparat li jaderixxi mad-deskrizzjoni hawn fuq. | 6500000 biċċa | 0 | 1.1 – 31.12 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Ordni Nru | Kodiċi NM | Kodiċi Taric | Deskrizzjoni | Ammont ta' kwota | Dazju fuq il-kwota (%) | Perjodu tal-kwota |

    09.2711 | 72024110 | — | Ferro-chromium — li għandu piż ta' aktar minn 4 % f'carbon | 770000 tunnellata | 0 | 1.1 – tal- 31.12.1996 |

    72024191 |

    72024199 |

    09.2859 | ex29094990 | 10 | 2,2″-Isopropylidene-bis (p-phenyleneoxy) diethanol forma solida | 1300 tunnellata | 0 | 1.1 – tal- 31.12.1996 |

    09.2939 | 85438990 | 59 | Ossillatur b'vultaġġ ikkontrollat (VCO), eskluż l-ossillatur li jikkumpensa għat-temperatura, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi immuntati fuq ċirkwit ipprintjat imqiegħed f'post immarkat kif ġej: —b'marka ta' identifikazzjoni li tikkonsisti fi jew li tinkludi xi waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet ta' numri u ittri:1012TDK, 1019TDK, EK304, MQC403, MQC404, MQE001, MQE041, MQE042, MQE051, MQE201, MQE411, MQE501, URAEBX956A, URAB8, URAEBX960A, VD2S40, VD2S41, VD5SO7 —jew xi marki ta' identifikazzjoni oħra relatati mal-oġġetti li jaderixxu mad-deskrizzjoni ta' hawn fuq | 6870000 unit | 0 | 1.7 – tal- 31.12.1996 |

    --------------------------------------------------

    Top