Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2491

    Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2491/96 tat− 23 ta' Diċembru 1996 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali

    ĠU L 338, 28.12.1996, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2491/oj

    31996R2491



    Official Journal L 338 , 28/12/1996 P. 0014 - 0015


    Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2491/96

    tat− 23 ta' Diċembru 1996

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tal− 23 ta' Lulju 1987 fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif ġiet emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1734/96 [2], u partikolarment l- l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2564/95 [3] jipprovdi miżuri li jikkonċernaw il-klassifikajoni fin-nomenklatura magħquda ta' prodotti li jinkludu drive ta' CD-ROM u sistema li tipproduċi ħoss u xbiehat fuq il-kompjuter ("multimedja");

    Billi r- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3009/95 tat− 22 ta' Diċembru 1995 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru) 2658/87 [4], ta effett mill− 1ta' Jannar 1996 lill-bidliet magħmula lin-nomenkaltura tas-Sistema Armoniżżata fid-dawl tar-rakkomandazzjoniet tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali tas-6 ta' Lulju 1993; billi l-bidliet magħmula lin-nomenklatura tas-Sistema Armoniżżata jinkludu l-introduzzjoni fil- Kapitolu 84, ta' Nota ġdida 5 (D) li tista' taffettwa l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti li jistgħu jservu ta' unitajiet għall-ħażna għal magni awtomatiċi ta' l-ipproċessar waqt li jkunu qegħdin jagħmlu biċċa xogħol waħda jew aktar f'waqt wieħed;

    Billi, meta jkun qed jiġi applikat in-Nota 5 tal-Kapitolu (E), jista' jkun diffiċli biex tiddistingwi bejn compact disc li jkun qed jaqdi funzjoni speċifika li ma tkunx dik ta' proċessar ta' data u dawk maħsuba għad-daqq ta' CD-ROMs, awdjo CDs u CDs fotografiċi, li b'danakollu huma unitajiet a' ħażna bis-saħħa tan- Nota 5 (D);

    Billi, fl-interessi ta' applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda, l-ambitu tat-terminu "unitajiet ta' diski ottiċi ta' ħażna" għandha tiġa ċċarata; billi nota addizzjonali għandha għalhekk tiġi mdaħħla fil-Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda; billi r-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat f'dan is-sens;

    Billi dan-ir-Regolament ikopri l-prodotti msemmija fil-listi 2 u 3 tat-tabella annessa mar-Regolament (KE) Nru 2564/95;

    Billi il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tat-Tariffa u s-Sezzjoni tan-Nomenklatura Statistika tal-Kumitat tal-Kodici Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Din in-Nota Addizjonali li ġejja hija b'dan inserita fil- Kapitolu 84 tan-nomenklatura magħquda annessa mar- REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87;

    "2. Is-sottotitolu 84717051 japplika wkoll għal drives ta' CD-ROM, bħala unitajiet ta' ħażna għall-magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-data, li tikkonsisti f'unitajiet ta' drives intenzjonati biex jerġgħu jsibu s-sinjali minn CD-ROMs, awdjo CDs u CDs fotogarfiċi u mgħammra b'ġakk awrikolari, buttuna li tikkontrolla l-volum jew buttuna biex tibda jew tieqaf."

    Artikolu 2

    Il-punti 2 u 3 tat-tabella annessa mar-Regolament (KE) Nru 2564/95 huma b'dan imħassra.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda jseħħ mill-1ta' Jannar 1997.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' Diċembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 238, tad-19.9.1996, p. 1.

    [3] ĠU L 262, ta' l-1.11.1995, p. 25.

    [4] ĠU L 319, tat-30.12.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top